Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Settembru 2021 – A vs Finanzamt M

(Kawża C-596/21)

(2021/C 513/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Finanzamt M

Domandi preliminari (1)

1)

It-tieni xerrej ta’ beni jista’ jiġi rrifjutat it-tnaqqis tal-VAT fir-rigward tax-xiri abbażi tal-fatt li kellu jkollu għarfien li l-bejjiegħ oriġinali kien evada l-VAT fl-ewwel bejgħ, minkejja li l-ewwel xerrej ukoll kellu għarfien li l-bejjiegħ oriġinali kien evada l-VAT fl-ewwel bejgħ?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ir-rifjut tad-dritt għal tnaqqis fir-rigward tat-tieni xerrej huwa limitat għall-ammont tad-dannu fiskali kkawżat mill-evażjoni?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, id-dannu fiskali kkawżat mill-evażjoni huwa kkalkolat

a.

b’paragun bejn it-taxxa legalment dovuta fil-katina ta’ provvista u t-taxxa effettivament stabbilita, jew

b.

b’paragun bejn it-taxxa legalment dovuta fil-katina ta’ provvista u t-taxxa effettivament imħallsa, jew

c.

b’liema mod ieħor?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU L 335, 20.12.2007, p. 60).