Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

4.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fil-5 ta’ April 2022 – État belge u Promo 54 vs Promo 54 u État belge

(Kawża C-239/22)

(2022/C 257/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: État belge, Promo 54

Konvenuti: Promo 54, État belge

Domanda preliminari

L-Artikoli 12(1) u (2) u 135(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fin-nuqqas tal-Istat Membru li jiddefinixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-ewwel okkupazzjoni għall-bdil ta’ bini, il-provvista, wara l-bdil, ta’ bini li kien is-suġġett, qabel il-bdil, tal-ewwel okkupazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1)(a) jew tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tad-direttiva, tibqa’ eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.