Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

Edizzjoni Provviżorja

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA

ippreżentati fit-28 ta’ Mejju 2020 (1)

Kawża C-620/18

L-Ungerija

vs

Il-Parlament Ewropew,

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Rikors għal annullament — Direttiva (UE) 2018/957 — Direttiva (UE) 96/71 — Kollokament ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ provvista ta’ servizzi — Standards relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema — Bażi legali mhux adattata — Użu ħażin ta’ poter — Restrizzjonijiet diskriminatorji, mhux meħtieġa jew sproporzjonati — Ksur tal-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi — Remunerazzjoni tal-ħaddiema kkollokati — Ħaddiema kkollokati fit-tul —Ksur tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali — Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ ċarezza leġiżlattiva — Azzjonijiet kollettivi tal-ħaddiema — Trasport bit-triq”






1.        Prinċipalment, l-Ungerija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja l-annullament tad-Direttiva (UE) 2018/957 (2) li temenda d-Direttiva 96/71/KE (3) dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi. Sussidjarjament, hija titlob l-annullament ta’ diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2018/957.

I.      Il-kuntest ġuridiku

A.      Direttiva 96/71

2.        Id-Direttiva 96/71 ġiet adottata abbażi tal-Artikoli 57(2) u 66 tat-Trattat KE (li llum huma l-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE).

3.        Skont l-Artikolu 3(1) tagħha, din id-direttiva kellha l-għan li tiggarantixxi lill-ħaddiema kkollokati fit-territorju tal-Istati Membri l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg li jkopru l-kwistjonijiet previsti fih li, fl-Istat Membru fejn jitwettaq ix-xogħol, kienu rregolati minn liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, jew minn ftehim kollettiv jew minn sentenzi ta’ arbitraġġ iddikjarati universalment applikabbli.

4.        Fost il-kwistjonijiet imsemmija fid-Direttiva 96/71, fl-Artikolu 3(1)(c) tagħha jinsabu r-rati minimi ta’ salarju, inklużi r-rati ta’ sahra.

B.      Direttiva 2018/957

5.        Id-Direttiva 2018/957 għandha bħala bażi legali l-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE.

6.        L-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2018/957 jintroduċi dawn il-paragrafi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/71:

“1.      Din id-Direttiva għandha tiżgura l-protezzjoni ta’ ħaddiema stazzjonati [ikkollokati] matul l-istazzjonar [il-kollokament] tagħhom fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, billi jiġu stipulati dispożizzjonijiet obbligatorji rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema li għandhom jiġu rrispettati.

1a.      Din id-Direttiva ma għandha bl-ebda mod taffettwa l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, inkluż id-dritt jew il-libertà tal-istrajk jew li jittieħdu azzjonijiet oħra koperti bis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri, f’konformità mal-liġi u/jew il-prassi nazzjonali. Lanqas ma taffettwa d-dritt tan-negozjar, il-konklużjoni u l-infurzar ta’ ftehimiet kollettivi, jew li tittieħed azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġi u/jew il-prassi nazzjonali”.

7.        L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2018/957 jemenda l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, li jissostitwixxi b’dan it-test:

“1.      L-Istati Membri għandhom jiżguraw, irrispettivament minn liema liġi tkun tapplika għar-relazzjonijiet tal-impjieg, li impriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) jiggarantixxu, abbażi ta’ ugwaljanza ta’ trattament, lill-ħaddiema li jkunu stazzjonati [kkollokati] fit-territorju tagħhom it-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg li jkopru l-kwistjonijiet li ġejjin li jkunu stipulati fl-Istat Membru fejn jitwettaq ix-xogħol:

‐      skont dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amministrattivi, [...]

‐      skont ftehimiet kollettivi jew sentenzi ta’ arbitraġġ li jkunu ġew iddikjarati applikabbli universalment jew li japplikaw mod ieħor f’konformità mal-paragrafu 8:

a)      il-perijodi massimi ta’ xogħol u l-perijodi minimi ta’ mistrieħ;

b)      it-tul minimu tal-leave annwali mħallas;

c)      ir-remunerazzjoni, inkluż ir-rati ta’ sahra; dan il-punt ma japplikax għal skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali tal-irtirar supplementari;

d)      il-kondizzjonijiet għall-forniment ta’ ħaddiema, b’mod partikolari l-forniment ta’ ħaddiema minn impriżi tal-impjieg temporanju;

e)      is-saħħa, is-sigurtà u l-iġjene fuq ix-xogħol;

f)      miżuri protettivi dwar it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ nisa tqal jew nisa li welldu reċentement, ta’ tfal u ta’ żgħażagħ;

g)      ugwaljanza ta’ trattament bejn l-irġiel u n-nisa u dispożizzjonijiet oħra dwar in-nondiskriminazzjoni;

h)      il-kondizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tal-ħaddiema fejn ipprovduti minn min iħaddem lil ħaddiema li jkunu l-bogħod mill-post tax-xogħol regolari tagħhom;

i)      allowances jew rimborż ta’ spejjeż biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ vjaġġar, tal-ikel u tal-alloġġ għal ħaddiema l-bogħod mid-dar għal raġunijiet professjonali.

Il-punt (i) għandu japplika esklużivament għal spejjeż tal-ivvjaġġar, l-ikel u l-alloġġ imġarrba minn ħaddiema stazzjonati [kkollokati] fejn huma jkunu meħtieġa li jivvjaġġa lejn il-post regolari tax-xogħol tagħhom fl-Istat Membru li ġew stazzjonati fit-territorju tiegħu, u lura, jew fejn jintbagħtu temporanjament mill-impjegatur tagħhom minn dak il-post regolari tax-xogħol lejn post tax-xogħol ieħor.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ remunerazzjoni għandu jiġi ddeterminat mil-liġi u/jew il-prattika nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jiġi stazzjonat [kkollokat] il-ħaddiem u jfisser l-elementi kostitwenti kollha tar-remunerazzjoni magħmula obbligatorji permezz ta’ dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amministrattivi, ftehimiet kollettivi jew sentenza ta’ arbitraġġ nazzjonali li, f’dak l-Istat Membru, tkun ġiet iddikjarata universalment applikabbli jew tapplika mod ieħor f’konformità mal-paragrafu 8.

[...]”

8.        L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2018/957 jinkorpora l-paragrafu 1a fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71, li huwa fformulat kif ġej:

“1a.      Fejn id-durata effettiva tal-stazzjonar [kollokament] taqbeż it-12-il xahar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, irrispettivament minn liema liġi tapplika għar-relazzjonijiet tal-impjieg, li impriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) jiggarantixxu, abbażi ta’ ugwaljanza ta’ trattament, lill-ħaddiema stazzjonati [kkollokati] li jkunu fit-territorju tagħhom, flimkien mat-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli kollha tal-impjieg li jkunu stipulati fl-Istat Membru fejn jitwettaq ix-xogħol:

‐      skont dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amministrattivi, u/jew

‐      skont ftehimiet kollettivi jew sentenzi ta’ arbitraġġ li jkunu ġew iddikjarati applikabbli universalment jew li japplikaw mod ieħor skont il-paragrafu 8.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-kwistjonijiet li ġejjin:

a)      il-proċeduri, il-formalitajiet u l-kondizzjonijiet tal-konklużjoni u t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ impjieg, inkluż klawżoli ta’ nonkompetizzjoni;

b)      skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali tal-irtirar supplementari.

Fejn il-fornitur ta’ servizz jippreżenta notifika motivata, l-Istat Membru fejn jiġi pprovdut is-servizz għandu jestendi l-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għal 18-il xahar.

Fejn impriża kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tissostitwixxi ħaddiem stazzjonat [ikkollokat] b’ħaddiem stazzjonat ieħor li jwettaq l-istess xogħol fl-istess post, id-durata tal-istazzjonament [kollokament], għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, għandha tkun id-durata kumulattiva tal-perijodi ta’ stazzjonament tal-ħaddiema stazzjonatib individwali kkonċernati.

Il-kunċett ta’ ‘l-istess xogħol fl-istess post’ imsemmi fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi ddeterminat filwaqt li jittieħed kont fost l-oħrajn tan-natura tas-servizz li għandu jiġi pprovdut, ix-xogħol li għandu jitwettaq u l-indirizz(i) tal-post tax-xogħol”.

9.        Skont l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 2018/957, l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71 issa huwa redatt kif ġej:

“7.      Il-paragrafi 1 sa 6 m’għandhomx jipprevjenu l-applikazzjoni ta’ termini u kondizzjonijiet ta’ impjieg li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema.

L-allowances speċifiċi għall-istazzjonament [kollokament] għandhom jitqiesu bħala parti mir-remunerazzjoni, sakemm ma jitħallsux bħala rimborż ta’ spejjeż effettivament imġarrba minħabba l-istazzjonament, bħal spejjeż tal-ivvjaġġar, tal-ikel u tal-alloġġ. Min iħaddem jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għall-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jirrimborża lill-ħaddiema stazzjonat [kkollokati] għal tali spejjeż f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali applikabbli għar-relazzjoni ta’ impjieg.

Fejn it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg applikabbli għar-relazzjoni tal-impjieg ma jiddeterminawx jekk u, fil-każ li iva liema, elementi tal-allowance speċifika għall-istazzjonament [kollokament] jitħallsux bħala rimborż ta’ spejjeż effettivament imġarrba minħabba l-istazzjonament jew li humiex parti mir-remunerazzjoni, allura l-allowance sħiħa għandha titqies li tkun tħallset bħala rimborż ta’ spejjeż effettivament”.

10.      Skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2018/957:

“Din id-Direttiva għandha tapplika għas-settur tat-trasport bit-triq mid-data tal-applikazzjoni ta’ att leġislattiv li jemenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ infurzar u li jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (‘Ir-Regolament tal-IMI’ (ĠU 2014, L 159, p. 11)] għall-istazzjonar tax-xufiera fil-qasam tat-trasport bit-triq”.

II.    Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet

11.      Il-Gvern Ungeriż jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-Direttiva 2018/957 fl-intier tagħha. Sussidjarjament, tillimita t-talbiet tagħha għall-annullament ta’:

‐      Id-dispożizzjonijiet tal-punt 2(a) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2018/957, li jistabbilixxu s-subparagrafu (c) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) il-ġdid tad-Direttiva 96/71.

‐      Id-dispożizzjonijiet tal-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2018/957 li permezz tagħhom, il-paragrafu 1a jiddaħħal fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71.

‐      Il-punt 2(c) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2018/957.

‐      L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2018/957.

12.      Il-Gvern Ungeriż jitlob ukoll li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiġu kkundannati għall-ispejjeż.

13.      Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-rikors u tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

14.      Franza, il-Ġermanja il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni tħallew jintervjenu fil-proċedura insostenn tat-talbiet tal-Parlament u tal-Kunsill. Kollha kemm huma ressqu osservazzjonijiet bil-miktub minkejja li l-Pajjiżi l-Baxxi llimitaw lilhom infushom sabiex jappoġġjaw l-argumenti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew.

15.      Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Ungeriż talab li l-kawża tiġi deċiża mill-Awla Manja.

16.      Fis-seduta tat-3 ta’ Marzu 2020 ħadu sehem il-Kunsill, il-Parlament, il-Kummissjoni kif ukoll il-Gvern Ungeriż, Franċiż, Ġermaniż, u dak tal-Pajjiżi l-Baxxi.

III. Kunsiderazzjonijiet preliminari

17.      Il-kollokament tal-ħaddiema (4) fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi transnazzjonali bejn l-Istati Membri dejjem kienet kwistjoni sensittiva fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Minkejja l-importanza ekonomika żgħira tagħhom f’termini relattivi (5), ir-regolamentazzjoni ġuridika tagħhom tat lok għal kontroversji, peress li huma involuti żewġ tipi ta’ loġika opposti fir-regolamentazzjoni tagħhom:

‐      Minn naħa, il-loġika tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-suq intern. Skont din, għandhom jiġu eliminati r-restrizzjonijiet li jipprekludu lil impriża ta’ Stat Membru b’nefqa tax-xogħol baxxa milli tipproċedi għal kollokament tal-ħaddiema tagħha sabiex jipprovdu s-servizzi fi Stat Membru ieħor b’nefqa tax-xogħol ogħla. L-Istati ta’ oriġini ta’ dawn l-impriżi jenfasizzaw il-bżonn li tiġi ffaċilitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Għal dan il-għan, dawn huma favur li l-ħaddiema temporanjament ikkollokati jkunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ oriġini u li jiġu applikati fil-konfront tagħhom l-inqas numru possibbli ta’ regoli tal-Istat ta’ destinazzjoni.

‐      Min-naħa l-oħra, il-loġika tal-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u soċjali tal-ħaddiema temporanjament ikkollokati. L-Istati ta’ destinazzjoni għandhom l-għan li dawn il-ħaddiema jkunu suġġetti għall-istess regoli ta’ xogħol bħall-kumplament li jaħdmu fit-territorju tagħhom (billi jirċievu l-istess salarju għall-istess xogħol f’dan l-Istat). Għalhekk, l-impriżi li jikkollokawhom ma jkunux jistgħu jikkompetu b’mod żleali ma’ dawk li jinsabu fit-territorju tagħhom u dan jevita l-hekk imsejjaħ dumping soċjali, filwaqt li tiġi ggarantita protezzjoni ikbar għall-ħaddiema kkollokati.

18.      Id-diffikultajiet fir-regolamentazzjoni tal-kollokament transnazzjonali tal-ħaddiema jirriżultaw, fil-mertu, mill-fatt li l-Unjoni ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tarmonizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Huma l-Istati Membri li għandhom din il-ġurisdizzjoni, li tirriżulta f’differenzi notevoli bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ salarju ta’ kull wieħed minnhom (6).

19.      Il-kollokament transnazzjonali tal-ħaddiema, minbarra r-regoli tax-xogħol tal-Istati kkonċernati kif ukoll dawk dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-Unjoni, huwa suġġett għar-regoli tad-dritt internazzjonali privat tal-Unjoni (dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali), għar-regoli tas-sigurtà soċjali tal-Unjoni u tal-Istati Membri kkonċernati kif ukoll għal dawk ta’ natura fiskali. Dan l-issuġġettar multiplu jżid id-diffikultajiet li jiġi rregolat.

A.      Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-ħaddiema kkollokati fil-kuntest tal-provvista transnazzjonali ta’ servizzi

20.      Qabel ma jiġu armonizzati l-leġiżlazzjonijiet f’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi dwar liema liġi għandha tiġi applikata għall-ħaddiema kkollokati (7). Mingħajr dubju, din l-impożizzjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni sabiex jiġu ssodisfatti r-regoli tax-xogħol tiegħu tkun ixxekkel il-provvista tas-servizzi tagħhom lill-impriżi ta’ Stati oħra li jixtiequ jkollhom dawn it-tipi ta’ ħaddiema.

21.      L-approċċ adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-miżuri nazzjonali f’dan il-qasam kien dak li normalment jintuża fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Huwa jiddetermina, l-ewwel nett, jekk ir-regola nazzjonali tagħmilx iktar diffiċli l-provvista transnazzjonali ta’ servizzi bil-kollokament ta’ ħaddiema u, jekk dan ikun il-każ, tużax it-test ta’ proporzjonalità sabiex tibbilanċja jekk din tkunx iġġustifikata minn rekwiżit imperattiv, jiġifieri, minn motiv ta’ interess ġenerali li jistħoqqlu protezzjoni.

22.      Skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 56 TFUE ma jeżiġix biss l-eliminazzjoni ta’ kull diskriminazzjoni kontra l-fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor minħabba n-nazzjonalità tiegħu, iżda wkoll it-tneħħija ta’ kull restrizzjoni, anki jekk din tapplika mingħajr distinzjoni għall-fornituri nazzjonali ta’ servizzi u għal dawk ta’ Stati Membri oħra, meta din tkun ta’ natura li tipprojbixxi, tfixkel jew tagħmel inqas attraenti l-attivitajiet tal-fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor (8).

23.      Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat bħala restrittivi l-miżuri nazzjonali li jobbligaw lill-persuna li timpjega li fl-Istat ospitanti jħallas il-kwota tas-sidien tal-kontribuzzjonijiet lis-Sigurtà Soċjali li tikkorrispondi għall-ħaddiema li huma jikkollokaw (9), jew li jħallsu l-kontribuzzjonijiet abbażi ta’ “bolol ta’ lealtà” u ta’ “bolol għat-temp ħażin”, meta jħallsu kontribuzzjonijiet simili fl-Istat ta’ oriġini tagħhom (10).

24.      Hija ddeċidiet ukoll li regola nazzjonali li tipprevedi, fil-kuntest tal-kollokament ta’ ħaddiema, l-obbligu li jitfasslu u li jinżammu dokumenti soċjali u tax-xogħol fl-Istat Membru ospitanti jista’ jwassal għal spejjeż u piżijiet amministrattivi u ekonomiċi addizzjonali għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor u għaldaqstant tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (11).

25.      Madankollu, il-miżuri nazzjonali restrittivi jistgħu jiġu ġġustifikati sakemm jissodisfaw raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali u sakemm: a) dan l-interess ma jkunx imħares mir-regoli li jirregolaw il-fornitur tas-servizzi fl-Istat Membru ta’ stabbiliment; u b) dawn ir-regoli jkunu adegwati sabiex jiggarantixxu t-twettiq tal-għan imfittex u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan (jiġifieri li jkunu proporzjonati) (12).

26.      Fost ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali aċċettati mill-Qorti tal-Ġustizzja insostenn tal-applikazzjoni tal-miżuri tax-xogħol tal-Istat ta’ destinazzjoni għall-ħaddiema kkollokati hemm: (a) il-protezzjoni tal-ħaddiema (13); (b) “il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema” (14) [traduzzjoni mhux uffiċjali]; (c) il-“protezzjoni soċjali tal-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni” (15) [traduzzjoni mhux uffiċjali]; (d) il-prevenzjoni tal-kompetizzjoni żleali min-naħa ta’ impriżi li jħallsu lill-ħaddiema kkollokati tagħhom f’livell inferjuri għal dak li jikkorrispondi għas-salarju minimu, peress li dan l-għan jinkludi miżura ta’ protezzjoni tal-ħaddiema permezz tal-ġlieda kontra d-“dumping” soċjali (16), u e) il-ġlieda kontra l-frodi.

27.      Fis-sentenza Seco u Desquenne & Giral (17) il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni l-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-persuna li timpjega ħaddiema kkollokati bil-għan li jipprovdu servizzi sabiex pereżempju jħallsulhom ir-remunerazzjoni minima applikabbli fl-Istat Membru ospitanti, anki jekk dawn il-ħaddiema jwettqu l-attività tagħhom biss temporanjament fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti u indipendentement mill-pajjiż fejn hija stabbilita l-persuna li timpjega. L-Istati Membri jistgħu wkoll jimponu l-obbligu ta’ konformità ma’ dawn ir-regoli tax-xogħol (18).

28.      L-adozzjoni tad-Direttiva 96/71 naqqset, iżda ma neħħietx, il-kawżi li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja evalwat il-kompatibbiltà tal-miżuri nazzjonali restrittivi tal-kollokament tal-ħaddiema mal-Artikolu 56 TFUE.

29.      Peress li d-Direttiva 96/71 ma kinitx tinkludi dispożizzjonijiet sabiex jiġi sostnut l-għan li r-regoli sostantivi tagħha jintlaħqu, il-Qorti tal-Ġustizzja kompliet tagħmel uu mill-Artikolu 56 TFUE sabiex tiddeċiedi dwar ir-restrizzjonijiet nazzjonali imposti f’dan il-qasam. Din is-sitwazzjoni tinbidel bid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/67.

30.      B’mod partikolari, l-istħarriġ tar-regoli amministrattivi nazzjonali anċillari intiżi sabiex jippermettu l-verifika tal-osservanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għall-ħaddiema tkompla permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE (19):

‐      Skont is-sentenza Čepelnik, l-Artikolu 56 TFUE jipprekludi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti jkunu jistgħu jeżiġu li l-iżviluppatur stabbilit f’dan l-Istat Membru jirtira l-ħlas mill-kuntrattur stabbilit fi Stat Membru ieħor (ta’ oriġini) jew ukoll li jikkostitwixxi garanzija tal-ammont tal-prezz tax-xogħlijiet li jkun għad iridu jitħallsu, sabiex jiġi ggarantit il-ġbir tal-multa li tkun tista’ tiġi imposta fuq dan il-kuntrattur fil-każ li jiġi stabbilit ksur tad-dritt tax-xogħol tal-Istat ospitanti (20).

‐      Fuq l-istess linja hija mogħtija s-sentenza Maksimovic et (21).

‐      Fir-rigward tal-kollokament ta’ ħaddiema ta’ Stat terz minn impriża li tipprovdi servizzi stabbilita fi Stat Membru, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-issuġġettar tal-provvista ta’ servizzi fit-territorju nazzjonali, minn impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor, għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva, jikkostitwixxi restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE (22). L-istess japplika jekk jiġi obbligat jikseb permessi tax-xogħol sabiex jikkolloka l-ħaddiema tiegħu ċittadini ta’ Stati extra-Komunitarji li kienu jirrisjedu u jaħdmu legalment f’dan l-Istat Membru l-ieħor (23).

B.      Armonizzazzjoni tal-liġijiet permezz ta’ direttivi

1.      Id-Direttiva 96/71 u l-emendi tagħha qabel l-2018

31.      Peress li kellhom dubji dwar liema regoli tad-dritt nazzjonali tax-xogħol jistgħu jiġu rikjesti mill-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema tagħhom, l-Istati Membri ħeġġew lil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex jarmonizza dawn il-leġiżlazzjonijiet.

32.      Id-Direttiva 96/71 tirregola tliet tipi ta’ kollokament: a) il-provvista diretta ta’ servizzi minn impriża fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ servizzi (24); b) il-kollokament fil-kuntest ta’ stabbiliment jew ta’ impriża li tappartjeni għall-istess grupp (“kollokament fi ħdan il-gruppi”), u c) il-kollokament permezz tat-trasferiment ta’ ħaddiem minn impriża ta’ impjieg temporanju stabbilita fi Stat Membru ieħor.

33.      Id-Direttiva 96/71 kienet intiża sabiex tħeġġeġ il-provvista transnazzjonali ta’ servizzi permezz tal-ħolqien ta’ klima ta’ kompetizzjoni leali u permezz ta’ miżuri li jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati.

34.      L-għan tagħha kien, għaldaqstant, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol applikabbli fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol imwettqa f’kuntest transnazzjonali. Għal dan il-għan, hija kienet intiża sabiex tikkoordina l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri “sabiex jistabbilixxu nukleu ta’ regoli obbligatorji għall-protezzjoni minima li jkunu osservati fil-pajjiz li jilqa’ għandu minn min iħaddem li jibgħat ħaddiema biex jagħmlu xogħol temporanju fit territorju ta’ Stat Membru fejn is-servizzi huma pprovduti” (25).

35.      Dawn l-għanijiet huma riprodotti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71:

‐      Minn naħa, dan għandu jiżgura kompetizzjoni leali bejn l-impriżi nazzjonali u dawk li jipprovdu servizzi transnazzjonali: dawn tal-aħħar għandhom jirrikonoxxu lill-ħaddiema tagħhom, fir-rigward ta’ lista limitata ta’ suġġetti, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti.

‐      Min-naħa l-oħra, ifittex li jiżgura lill-ħaddiema kkollokati l-applikazzjoni tar-regoli ta’ protezzjoni minimi tal-Istat Membru ospitanti, f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg li jikkonċernaw il-kwistjonijiet imsemmija, filwaqt li dawn jeżerċitaw attivitajiet temporanji fit-territorju tiegħu (26).

36.      L-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71 kienet diffiċli sa mill-bidu nett, minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni ta’ xi wħud mit-termini u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħha (27).

37.      Il-Qorti tal-Ġustizzja pprovat tikkjarifika wħud mill-kunċetti l-iktar rilevanti f’dan il-qasam:  

‐      F’dak li jirrigwarda r-“rati minimi ta’ ħlas”, id-definizzjoni tal-elementi li jikkostitwixxu dan il-kunċett tiddependi mid-dritt tal-Istat Membru kkonċernat, bil-kundizzjoni unika li din id-definizzjoni (li tista’ tirriżulta mil-leġiżlazzjoni jew mill-ftehimiet kollettivi nazzjonali applikabbli, jew mill-interpretazzjoni tagħhom mill-qrati nazzjonali) ma tostakolax il-libertà li jiġu pprovduti servizzi bejn l-Istati Membri.

‐      Il-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tispeċifika b’mod każistiku liema elementi kellhom jinkludu (jew le) dawn ir-rati tas-salarju minimu, b’mod partikolari fis-sentenzi Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, Isbir u Sähköalojen ammattiliitto (28).

38.      Is-sentenza Laval un Partneri kienet ta’ importanza partikolari, peress li: a) minn naħa, ikkonfermat li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jipprovdu l-livell minimu ta’ protezzjoni previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom lill-ħaddiema kkollokati; u b) min-naħa l-oħra, hija ddikjarat li, bla ħsara għall-possibbiltà li l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra jipparteċipaw volontarjament fl-Istat Membru ospitanti, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ impenn meħud fir-rigward tal-persunal ikkollokat tagħhom, fi ftehim kollettiv ta’ xogħol eventwalment iktar favorevoli, il-livell ta’ protezzjoni li għandu jiġi żgurat lill-ħaddiema kkollokati fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti huwa, bħala prinċipju, limitat għal dak previst fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 (29).

39.      Barra minn hekk, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71 (flimkien mal-Artikolu 56 TFUE) kellhom jiġu interpretati fis-sens li kienu jipprekludu l-fatt li organizzazzjoni sindakali tista’ tipprova ġġiegħel, permezz ta’ azzjoni kollettiva fil-forma ta’ mblokk ta’ siti ta’ kostruzzjoni, lil fornitur tas-servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor jibda magħha negozjati dwar ir-rati ta’ salarju li għandhom jitħallsu lill-ħaddiema kkollokati u intiżi sabiex iġiegħluh jaderixxi ma’ ftehim kollettiv li l-klawżoli tiegħu jinkludu, għal xi wħud minn dawn l-oqsma, kundizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk idderivati mid-dispożizzjonijiet legali rilevanti, filwaqt li klawżoli oħra jirreferu għal kwistjonijiet mhux inklużi fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva (30).

40.      Is-sentenza Laval un Partneri ġiet ippreċeduta mis-sentenza International Transport Workers’ Federation u Finnish Seamen’s Union (31) u ġiet segwita mis-sentenzi Rüffert u Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (32), li fihom ġie kkunsidrat li ċerti miżuri protettivi tal-ħaddiema li jirrestrinġu l-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment ma humiex iġġustifikati.

41.      Din il-ġurisprudenza ġiet interpretata mis-sindakati bħala sfavorevoli għall-interessi tal-ħaddiema kkollokati (33) u ġiet ikkritikata peress li dehret li qiegħda tibdel id-Direttiva 96/71 fil-livell massimu tad-drittijiet li l-Istat Membru ospitanti seta’ jirrikonoxxi lill-ħaddiema kkollokati u jimponi fuq l-impriżi li kienu jimmobilizzawhom (34). Ma huwiex sorprendenti li din wasslet għat-talba ta’ riforma tad-Direttiva 96/71 (35).

42.      Ma’ dan jiżdied l-effett tat-tkabbir tal-Unjoni fl-2004 u fl-2007, jiġifieri l-wasla ta’ Stati Membri ġodda b’potenzjal notevoli ta’ esportazzjoni ta’ ħaddiema kkollokati. Il-kriżi ekonomika tal-2008 wkoll kellha effett fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71, billi ffavorixxiet il-kollokamenti transnazzjonali ta’ ħaddiema u billi kkontribwixxiet għall-iżvilupp ta’ prattiki frawdolenti (impriżi fittizji jew letter box companies, awtonomi foloz) (36) sabiex tiġi evitata l-protezzjoni “minima” li hija kienet toffri lill-ħaddiema kkollokati.

43.      L-ewwel żvilupp fil-proċess ta’ riforma kien l-approvazzjoni tad-Direttiva 2014/67, intiża sabiex tiżgura l-osservanza tad-Direttiva 96/71 billi tipprevedi strumenti ġodda u msaħħa sabiex jiġi miġġieled u ppenalizzat kull abbuż, evażjoni jew frodi fil-każ ta’ kollokament transnazzjonali tal-ħaddiema (37).

44.      Id-Direttiva 2014/67 fiha wkoll dispożizzjonijiet intiżi sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-kollokament. Hija tirregola l-miżuri ta’ kontroll applikabbli mill-Istati Membri meta jissorveljaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kkollokati. Barra minn hekk, hija teżiġi l-istabbiliment ta’ kontrolli u ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ adegwati u effikaċi kif ukoll ta’ spezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiġi ssorveljata l-osservanza tad-Direttiva 96/71.

2.      Id-Direttiva 2018/957

45.      L-Istati Membri kellhom sat-18 ta’ Ġunju 2016 sabiex jinkorporaw id-Direttiva 2014/67 fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom (38). Qabel ma ntemm dan il-perijodu, fit-8 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni ressqet proposta għal emenda tad-Direttiva 96/71 (39).

46.      L-ipproċessar ta’ din il-proposta wera l-konfrontazzjoni bejn l-Istati Membri esportaturi u riċevituri ta’ ħaddiema kkollokati:

‐      L-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja, f’ittra konġunta, esprimew l-appoġġ tagħhom għall-modernizzazzjoni tad-Direttiva 96/71, sabiex jistabbilixxu l-prinċipju ta’ “ħlas indaqs għall-istess xogħol fl-istess post”. Huma ssuġġerixxew li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u dawk soċjali applikabbli għall-ħaddiema kkollokati, prinċipalment, fir-rigward tal-paga; l-iffissar tat-terminu massimu għall-kollokamenti, b’mod partikolari bl-għan li jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet mar-Regolament tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali; kif ukoll il-kjarifika tal-kundizzjonijiet applikabbli għas-settur tat-trasport bit-triq.

‐      Min-naħa l-oħra, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Ungerija, f’ittra konġunta oħra sostnew li reviżjoni tad-Direttiva 96/71 kienet prematura u li kellha tiġi posposta sal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/67 u għal evalwazzjoni fid-dettall tal-effetti tagħha. Dawn l-Istati Membri esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li l-prinċipju ta’ “ħlas indaqs għall-istess xogħol fl-istess post” jista’ joħloq ostakoli għas-suq uniku, peress li d-differenzi fis-salarji jikkostitwixxu element leġittimu ta’ vantaġġ kompetittiv għall-fornituri tas-servizzi. Barra minn hekk, huma kkunsidraw li l-ħaddiema kkollokati kellhom jibqgħu koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini, għal raġunijiet ta’ sigurtà soċjali, u li r-relazzjoni bejn il-kollokament ta’ ħaddiema u l-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali ma kellhomx jiġu riveduti.

47.      Fit-terminu stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2, erbatax-il Parlament nazzjonali bagħtu opinjonijiet motivati lill-Kummissjoni, li fihom huma ddikjaraw li l-proposta tat-8 ta’ Marzu 2016 ma kinitx konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. B’hekk huma attivaw il-proċedura tal-Artikolu 7(2) tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattat, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità.

48.      Il-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni kienet ikkostitwita mir-regoli dwar is-suq intern, jiġifieri l-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE. Wara analiżi tal-kontenut tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-reviżjoni tad-Direttiva 96/71 kienet konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) TUE u li ma kienx neċessarju li tiġi rtirata jew emendata (40).

49.      Fi tmiem negozjati kumplessi fi ħdan il-Kunsill u l-Parlament Ewropew,(41) ir-reviżjoni tad-Direttiva 96/71 ġiet approvata fit-28 ta’ Ġunju 2018, permezz tal-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957, li l-Artikolu 3 tagħha jipprevedi perijodu ta’ traspożizzjoni sat-30 ta’ Lulju 2020 u li l-applikazzjoni tiegħu għas-servizzi tat-trasport bit-triq tiddependi mill-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv speċifiku.

50.      Id-Direttiva 2018/957 ġiet adottata bil-vot kontra tal-Polonja u tal-Ungerija kif ukoll bl-astensjoni tal-Kroazja, tal-Litwanja, tal-Latvja u tar-Renju Unit.

51.      Fl-aħħar nett, għandu jiġi indikat li l-emenda għad-Direttiva 96/71, permezz tal-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957, kienet akkumpanjata minn proposta ta’ riforma tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (42) u tal-ħolqien tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (43), li l-għan tagħha huwa li tgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni u l-osservanza effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-mobbiltà tal-ħaddiema (inkluża d-Direttiva 96/71) kif ukoll tal-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali fi ħdan l-Unjoni.

IV.    L-ewwel motiv: żball fl-għażla tal-bażi legali tad-Direttiva 2018/957

A.      Argumenti

52.      Skont il-Gvern Ungeriż, l-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE, li jipprevedu l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, ma humiex il-bażi legali xierqa għad-Direttiva 2018/957. Fid-dawl tal-għan u tal-kontenut tagħha, din id-direttiva hija indirizzata esklużivament, jew prinċipalment, għall-protezzjoni tal-ħaddiema, b’tali mod li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu jadottaha abbażi tal-Artikolu 153 TFUE jew, tal-inqas, billi jibbaża ruħu prinċipalment fuq din l-aħħar bażi legali fil-qasam tal-politika soċjali.

53.      Skont dan il-Gvern, id-Direttiva 2018/957 ma teliminax ir-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, iżda toħloq ostakoli għall-impriżi li jipprovdu servizzi transnazzjonali bil-kollokament ta’ ħaddiema, għaliex hija timplimenta miżuri ta’ protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati. L-għan prinċipali tagħha huwa l-ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema, b’mod partikolari l-estensjoni tar-remunerazzjoni ugwali (salarju ugwali għall-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol).

54.      Meta l-ħaddiema jiġu kkollokati fil-kuntest ta’ provvista transnazzjonali ta’ servizzi għal perijodu ta’ iktar minn 12-il xahar (jew eċċezzjonalment għal 18-il xahar), id-Direttiva timponi li fir-rigward tagħhom jiġu applikati l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg bħal dawk tal-ħaddiema tal-pajjiż ospitanti. Għal perijodi inferjuri, il-Gvern Ungeriż jifhem li d-Direttiva ssaħħaħ in-nukleu iebes tar-regoli obbligatorji li jiżguraw lil dawn il-ħaddiema protezzjoni minima meta jiġu kkollokati fl-Istat ospitanti.

55.      Il-Gvern Ungeriż iqis li d-Direttiva 2018/957 ma għandux ikollha l-istess bażi legali bħal dik tad-Direttiva 96/71: il-kontenut tad-Direttiva tal-2018 huwa limitat għall-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati mingħajr dispożizzjonijiet immirati lejn il-liberalizzazzjoni tal-provvista tas-servizzi.

56.      Il-Gvern Ungeriż jinvoka wkoll il-ġurisprudenza dwar is-supremazija tal-bażi legali iktar speċifika. Meta ġiet adottata d-Direttiva 96/71, intużat il-bażi ġenerali tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi peress li ma kienx hemm bażi oħra iktar speċifika. Din il-bażi iktar speċifika (l-Artikolu 153 TFUE) li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu juża kienet diġà teżisti meta ġiet adottata d-Direttiva 2018/957.

57.      Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li hija l-bażi legali tad-Direttiva 2018/957 (Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE) li hija korretta.

B.      Evalwazzjoni

58.      Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għażla tal-bażi legali ġiet issintetizzata fis-sentenza Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill (44) fit-termini li ġejjin li qiegħed nirriproduċi.

‐      “[L]-għażla tal-bażi legali ta’ att tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju, fosthom l-għan u l-kontenut ta’ dan l-att. Jekk l-eżami tal-att ikkonċernat juri li dan għandu żewġ għanijiet jew li għandu żewġ komponenti u jekk wieħed minn dawn ikun identifikabbli bħala ewlieni jew predominanti, filwaqt li l-ieħor ma jkunx għajr anċillari, dan l-att għandu jiġi bbażat fuq bażi legali waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti” (45).

‐      “Barra minn hekk [...] jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-bażi legali xierqa, il-kuntest ġuridiku li fih taqa’ leġiżlazzjoni ġdida, b’mod partikolari sa fejn tali kuntest jista’ jipprovdi kjarifika dwar l-għan tal-imsemmija leġiżlazzjoni (46).

‐      [F]ir-rigward ta’ leġiżlazzjoni li temenda leġiżlazzjoni eżistenti, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll, għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-bażi legali tagħha, il-leġiżlazzjoni eżistenti li hija temenda u, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut tagħha (47).

‐      Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li, ladarba regola ta’ armonizzazzjoni tiġi adottata, “il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li jadatta dan l-att għal kull tibdil fiċ-ċirkustanzi jew għal kull żvilupp tal-konoxxenzi fid-dawl tal-kompitu li huwa għandu li jiżgura l-protezzjoni tal-interessi ġenerali rrikonoxxuti mit-Trattat” (48).

59.      Għaldaqstant, ser nipproċedi, konformement ma’ din il-ġurisprudenza, sabiex nivverifika jekk l-emenda tad-Direttiva 96/71 taqax fil-marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li teħtieġ: i) l-identifikazzjoni tal-għan prinċipali tad-Direttiva 2018/957; ii) l-eżami tal-kontenut tagħha (49); u iii) l-analiżi tal-kuntest li fih ġiet adottata.

1.      L-għan tad-Direttiva 2018/957

60.      Sabiex jiġi identifikat l-għan prinċipali ta’ din id-direttiva, huwa indispensabbli li jittieħed inkunsiderazzjoni l-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha u d-dispożizzjonijiet li hija tinkludi fit-totalità tagħhom (50).

61.      Il-premessi tad-Direttiva 2018/957 jenfasizzaw li din hija intiża sabiex tistabbilixxi bilanċ, li ma huwiex dejjem faċli, bejn żewġ interessi li mhux neċessarjament jikkoinċidu (51):

‐      Minn naħa, il-garanzija, għall-impriżi tal-Istati Membri, li jkunu jistgħu jwettqu provvisti transnazzjonali ta’ servizzi (52) billi jimmobilizzaw, mingħajr restrizzjonijiet mhux iġġustifikati, ħaddiema mill-Istat ta’ stabbiliment tagħhom, b’tali mod li huma jistgħu jinvokaw il-vantaġġ kompetittiv tagħhom f’każ li jkollhom nefqa salarjali iktar baxxa.

‐      Min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati (53), li s-sitwazzjoni tax-xogħol tagħhom fl-Istat ta’ destinazzjoni għandha tidher f’dik tal-ħaddiema ta’ dan l-Istat.

62.      L-allużjonijiet għal dan il-bilanċ (bejn l-interessi tal-fornituri tas-servizzi u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kkollokati) huma stabbiliti fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tad-Direttiva 2018/957 (54). Il-premessa 10 tagħha, pereżempju, wara li tiddikjara li “[h]uwa neċessarju li tiġi żgurata protezzjoni akbar tal-ħaddiema biex tkun salvagwardata l-libertà li jiġu pprovduti, kemm fil-perijodu qasir kif ukoll dak fit-tul, servizzi fuq bażi ġusta, b’mod partikolari billi jiġi evitat l-abbuż tad-drittijiet garantiti mit-Trattati”, iżżid, bħala kontropiż, li “r-regoli li jiżguraw tali protezzjoni għall-ħaddiema ma jistgħux jaffettwaw id-dritt ta’ dawk impriżi li jistazzjonaw [jikkollokaw] ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li jinvokaw il-libertà li jipprovdu servizzi”.

63.      Bilanċ ġust bejn dawn iż-żewġ interessi għandu jiżgura wkoll kompetizzjoni leali tal-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema u ta’ dawk stabbiliti fl-Istat ta’ destinazzjoni.

64.      Huwa minnu li parti kbira mill-premessi tad-Direttiva 2018/957 jikkonċernaw b’mod partikolari l-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati. Din ir-repetizzjoni hija dovuta għall-fatt li, matul is-sena 2018, kien hemm l-intenzjoni li tiġi emendata d-Direttiva 96/71, preċiżament, sabiex jiġi mibdul il-bilanċ stabbilit f’din tal-aħħar u tiġi offruta iktar protezzjoni lill-ħaddiema kkollokati. Din l-emenda tqieset li hija indispensabbli mil-leġiżlatur tal-Unjoni fir-rigward tal-iżvilupp tas-swieq tax-xogħol tal-Unjoni wara t-tkabbir b’suċċess u wara l-kriżi ekonomika tal-2008.

2.      Il-kontenut tad-Direttiva 2018/957

65.      Il-kontenut ta’ din id-direttiva huwa konformi mal-għanijiet imsemmija fil-premessi tagħha. Il-verżjoni l-ġdida tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 96/71 tenfasizza iktar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati, filwaqt li l-verżjoni preċedenti kienet tagħmel dan fl-impriżi li jimpjegawhom.

66.      Il-bidliet li d-Direttiva 2018/957 tintroduċi fid-Direttiva 96/17 huma, nirrepeti, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kkollokati billi jsiru iktar simili għal dawk tal-ħaddiema tal-Istat ospitanti. B’hekk:

‐      Il-perijodu massimu għall-kollokament huwa ffissat għal sena (jew eċċezzjonalment għal 18-il xahar). Wara dan iż-żmien, l-individwu kkollokat isir ħaddiem fit-tul (55), li għalih japplikaw, bħala prinċipju, l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħal dawk tal-ħaddiema tal-Istat ospitanti.

‐      Fir-rigward tal-ħaddiema kkollokati għal perijodu ta’ inqas minn sena (jew eċċezzjonalment 18-il xahar), jiżdiedu s-suġġetti li fuqhom huwa estiż l-obbligu ta’ trattament ugwali maċ-ċittadini (56). B’mod speċifiku, l-espressjoni “rati minimi ta’ ħlas” hija ssostitwita b’“remunerazzjoni”.

‐      Jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kkollokati minn aġenziji ta’ impjieg jew minn impriżi ta’ xogħol temporanju. L-Istati Membri, minn issa ’l quddiem għandhom jiżguraw (qabel, din kienet fakultattiva) li dawn l-entitajiet jiggarantixxu lilhom il-kundizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/104/KE (57), għall-ħaddiema pprovduti minn aġenziji stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti.

67.      Minbarra dawn l-emendi, id-Direttiva 2018/957 tinkludi bidliet oħra relatati mas-sorveljanza, mal-kontroll u mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71, li jirriżultaw mill-adozzjoni tad-Direttiva 2014/67.

68.      Meħud fl-intier tiegħu, il-kontenut tad-Direttiva 2018/957 għaldaqstant huwa mħejji sabiex iżid il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati, iżda dejjem fil-kuntest ta’ provvista transnazzjonali ta’ servizzi mwettqa minn impriża.

3.      Il-kuntest li fih hija adottata d-Direttiva 2018/957

69.      Kif diġà spjegajt, id-Direttiva 96/71 għaddiet minn żvilupp kumpless. Hija kellha l-intenzjoni li tippromwovi u tiffaċilita l-provvista transkonfinali ta’ servizzi, li tipproteġi lill-ħaddiema kkollokati u tiżgura kompetizzjoni leali bejn l-impriżi tal-Istat ta’ oriġini u dawk tal-Istati Membri ta’ destinazzjoni.

70.      L-istatus quo li ntlaħaq fl-1996 ġie mibdul minħabba t-tkabbir tal-Unjoni fl-2004 u fl-2007, fit-termini esposti iktar ’il fuq (58). Il-kollokament transnazzjonali tal-ħaddiema żdied minħabba din iċ-ċirkustanza, li magħha ngħaqdet il-kriżi ekonomika tal-2008.

71.      F’din iċ-ċirkustanza, u wkoll minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza ta’ wħud mill-kunċetti tagħha, l-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni kienu jemmnu li kien essenzjali li titwettaq riforma tad-Direttiva 96/71, li seħħet f’żewġ fażijiet: a) id-Direttiva 2014/67 li, mingħajr ma ġiet emendata d-Direttiva 96/71, stabbilixxiet mekkaniżmi għat-titjib tal-implimentazzjoni tagħha fid-dawl ta’ bosta każijiet ta’ frodi fil-kollokament transnazzjonali tal-ħaddiema, u b) l-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957, li tintroduċi t-tibdiliet deskritti iktar ’il fuq.

72.      Id-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew sabiex iwettqu din ir-riforma, diġà msemmija, kixfu sitwazzjoni qawwija ta’ kunflitt ta’ interessi bejn l-Istati ta’ oriġini tal-impriżi u l-Istati ospitanti. Dan ir-rikors għal annullament u dak ippreżentat mill-Polonja (Kawża C-626/18) kontra d-Direttiva 2018/957 jenfasizzaw l-intensità tad-differenzi bejn l-Istati Membri.

4.      L-opinjoni tiegħi fuq il-bażi legali

73.      Ladarba ġew analizzati l-għan, il-kontenut u l-kuntest tad-Direttiva 2018/957, għandu jiġi ċċarat jekk il-bażi legali użata għall-adozzjoni tagħha (Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE) hijiex korretta, kif isostnu l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Gvern Franċiż, Ġermaniż u dak tal-Pajjiżi l-Baxxi, jew jekk, minflok, din id-direttiva kellhiex tiġi adottata bl-Artikolu 153 TFUE bħala bażi legali, kif issostni l-Ungerija.

74.      Naqbel mal-Ungerija li l-għanijiet u l-kontenut tad-Direttiva 2018/957 huma fil-parti l-kbira tagħhom imfassla għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati. Madankollu, dan il-fatt ma jippermettix li jiġi konkluż li l-għeruq tagħha għandhom jiġu mfittxija, bla dubju, fl-Artikolu 153 TFUE.

75.      Qabel kollox, infakkar li d-Direttiva 2018/957 twettaq emenda importanta iżda limitata tad-Direttiva 96/71. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, att li jemenda ieħor preċedenti normalment ikollu l-istess bażi legali (59), fatt li jidhirli li huwa loġiku. Għalhekk, l-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE jistgħu jikkostitwixxu l-bażi legali xierqa għad-Direttiva 2018/957, bħalma kienu preċedentement għad-Direttiva 96/71 li qiegħda tiġi emendata permezz tagħhom.

76.      Id-Direttiva 2018/957 tadatta s-soluzzjoni leġiżlattiva mogħtija mid-Direttiva 96/71 għall-fenomenu tal-kollokament (li qiegħed jiżdied) transnazzjonali tal-ħaddiema, sabiex tiffaċilita l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-impriżi li jirrikorru għal dan il-metodu ta’ mobilizzazzjoni tal-element ta’ xogħol.

77.      Nerġa’ ntenni li dan l-adattament kien neċessarju minħabba l-evoluzzjoni tas-swieq tax-xogħol tal-Unjoni u kien imfassal għal protezzjoni ikbar tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kkollokati. Jista’ jkun li, f’ċerti każijiet, ikun hemm tnaqqis korrelattiv tal-kompetittività tal-impriżi sabiex jiġu pprovduti servizzi fi Stati Membri oħra bl-użu ta’ dan il-mezz, iżda din hija l-għażla (leġittima) mixtieqa mil-leġiżlatur Ewropew.

78.      Kif sostnejt fl-analiżi tiegħi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, meta jadotta regola ta’ armonizzazzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li jadatta dan l-att għal kull bidla fiċ-ċirkustanzi jew għal kull evoluzzjoni tal-għarfien, peress li huwa għandu l-obbligu li jiżgura l-protezzjoni tal-interessi ġenerali rrikonoxxuti mit-Trattat (60).

79.      Dan huwa preċiżament dak li ġara bl-approvazzjoni tad-Direttiva 2018/957. Il-leġiżlatur tal-Unjoni introduċa tibdiliet fid-Direttiva 96/17 sabiex jadatta l-bilanċ tal-interessi rifless fiha għas-sitwazzjoni l-ġdida ġġenerata mill-moviment transnazzjonali ta’ ħaddiema. L-interessi li qegħdin jikkompetu jibqgħu l-istess, iżda l-punt ewlieni u l-punt ta’ bilanċ bejniethom xaqilbu lejn protezzjoni ikbar tad-drittijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema. Dan l-ibbilanċjar mill-ġdid ma jiġġustifikax il-bidla fil-bażi legali fir-rigward tad-Direttiva 96/71.

80.      L-Ungerija ssemmi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għażla tal-iktar bażi legali speċifika f’każ ta’ kompetizzjoni ta’ diversi bażijiet legali għall-adozzjoni ta’ att regolatorju tal-Unjoni (61). Fl-opinjoni tagħha, l-Artikolu 153 TFUE jippreżenta speċifiċità ikbar mill-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE għall-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957, billi huwa orjentat lejn il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u mhux lejn l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-moviment liberu tas-servizzi.

81.      Ma naqbilx ma’ dan l-argument. L-Artikolu 153(2) TFUE jinkludi żewġ bażijiet legali distinti:

‐      Fil-punt (a) tiegħu jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri intiżi sabiex jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam soċjali, bl-esklużjoni ta’ kull tip ta’ armonizzazzjoni.

‐      Fil-punt (b) tiegħu jikkontempla l-possibbiltà li jiġu approvati, f’ċerti oqsma soċjali, ir-“rekwiżiti minimi applikabbli progressivament”, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet eżistenti f’kull Stat Membru.

82.      L-ebda waħda minn dawn iż-żewġ bażijiet legali ma hija xierqa sabiex isservi bħala bażi għad-Direttiva 2018/957. Fir-rigward tal-ħaddiema kkollokati fil-kuntest ta’ provvista transnazzjonali ta’ servizzi, għandha tiġi ċċarata, hekk kif tagħmel din id-direttiva, il-leġiżlazzjoni tax-xogħol li tapplika għalihom matul il-kollokament tagħhom fl-Istat ospitanti. Għal dan l-għan, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri prevista fl-Artikolu 153(2)(a) TFUE ma hijiex suffiċjenti, iktar u iktar peress li, kif inhu enfasizzat f’din il-kawża, l-interessi tal-Istati Membri ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni jistgħu ma jikkoinċidux.

83.      Il-preċiżazzjoni dwar liema leġiżlazzjoni tirregola r-relazzjonijiet ta’ xogħol (taħt ċerti aspetti) matul il-kollokament fl-Istat ospitanti lanqas ma tirrikjedi l-elaborazzjoni tar-regoli Ewropej ta’ armonizzazzjoni minima msemmija fl-Artikolu 153(2)(b) TFUE. Peress li armonizzazzjoni eżawrjenti tal-kundizzjonijiet kollha tax-xogħol fl-Unjoni ma hijiex possibbli, ser jibqgħu jeżistu differenzi bejn il-leġiżlazzjoni tax-xogħol tal-Istat ta’ oriġini u dik tal-Istat ospitanti.

84.      Abbażi ta’ din il-premessa, id-Direttiva 2018/957 tillimita ruħha li tiddikjara liema regoli tal-Istat ospitanti japplikaw għall-ħaddiem ikkollokat matul il-perijodu tal-provvista transnazzjonali ta’ servizzi tal-impriża tiegħu. Interpretata b’dan il-mod, hija tixbah regola ta’ kunflitt, li f’konformità magħha hija identifikata l-leġiżlazzjoni applikabbli, sabiex tiġi ffaċilitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u, fl-istess ħin, sabiex tiġi ssalvagwardjata protezzjoni soċjali adegwata tal-ħaddiema kkollokati. Il-bażijiet legali tal-Artikolu 153(2) TFUE la jikkunsidraw u lanqas huma maħsuba għal każijiet bħal dawn.

85.      Konsegwentement, l-Artikolu 153 TFUE ma huwiex bażi legali iktar speċifika mill-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE għal dak li jinteressana fil-preżent. Dawn l-aħħar żewġ artikoli kienu l-bażi legali għall-adozzjoni tad-Direttiva 96/71 u għandhom jeżerċitaw l-istess funzjoni għall-emenda tagħha, li ħaditha f’idejha d-Direttiva 2018/957. Sa fejn dan jirriżulta f’aġġustament mill-ġdid tal-bilanċ tal-interessi li wasal għalih il-leġiżlatur tal-Unjoni fl-1996, hija għandha l-istess bażi legali bħal dik tad-Direttiva 96/71, filwaqt li tibbilanċja l-bidliet li seħħew minn dak iż-żmien ’l hawn fil-movimenti transnazzjonali tal-ħaddiema.

V.      It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 153(5) TFUE

A.      Argumenti

86.      Il-Gvern Ungeriż isostni li d-Direttiva 2018/957 tmur kontra l-Artikolu 153(5) TFUE sa fejn dan jeskludi s-setgħa leġiżlattiva tal-Unjoni fil-qasam tar-remunerazzjonijiet u fl-ambitu tar-relazzjonijiet tax-xogħol.

87.      Fil-fehma tiegħu, hekk kif stabbilixxa li r-remunerazzjoni tal-ħaddiema għandha tkun konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta direttiva li hija intiża essenzjalment għar-remunerazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol. Bħala bażijiet legali, huwa ddeċieda li jagħżel dawk indikati fid-Direttiva 2018/957, peress li dehrlu li fl-assenza ta’ kompetenza tal-Unjoni din kienet l-unika possibbiltà li jirregola r-remunerazzjonijiet tax-xogħol, li huma wieħed mill-elementi essenzjali ta’ din id-direttiva. Skont il-Gvern Ungeriż, b’dan il-mod huwa wettaq użu ħażin ta’ poter.

88.      Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jikkunsidraw li dan it-tieni aggravju huwa infondat.

B.      Evalwazzjoni

89.      Ma huwiex neċessarju li nagħti l-konklużjonijiet tiegħi dwar it-tieni motiv ladarba ladarba esprimejt ruħi fir-rigward tal-ewwel motiv. Għalhekk ser nindirizzah biss b’mod sussidjarju.

90.      Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-Artikolu 153(5) TFUE (Artikolu 137(5) KE) jikkostitwixxi deroga mill-paragrafi 1 sa 4 tal-istess artikolu, dan għandu jiġi interpretat b’mod restrittivb sabiex ma tiġix affettwata indebitament il-portata ta’ dawn l-aħħar paragrafi, u sabiex ma jiġux interpretati ħażin l-għanijiet tal-Artikolu 151 TFUE.

91.      Ir-raġuni wara l-eċċezzjoni dwar il-“pagi [remunerazzjonijiet]” (kunċett użat fl-Artikolu 153(5) TFUE) tinsab fil-fatt li l-iffissar tas-salarji jaqa’ taħt l-awtonomija kuntrattwali tal-imsieħba soċjali fuq livell nazzjonali u jikkorrispondi mal-kompetenza tal-Istati Membri f’dan il-qasam. Fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, ir-remunerazzjonijiet ġew esklużi mill-armonizzazzjoni (skont l-Artikoli 151 TFUE et seq., dwar il-politika soċjali tal-Unjoni) (62).

92.      Din l-eċċezzjoni tikkonċerna miżuri li jinvolvu interferenza diretta mil-leġiżlatur tal-Unjoni fid-determinazzjoni tar-remunerazzjonijiet tax-xogħol. Dan ikun il-każ li kieku l-elementi kostituttivi tas-salarji jew tal-livell tagħhom kellhom jiġu standardizzati, kompletament jew parzjalment, fl-Istati Membri.

93.      Madankollu, l-eċċezzjoni ma tistax tiġi estiża għal kwalunkwe aspett li huwa relatat mar-remunerazzjonijiet. Tali interpretazzjoni tkun iċċaħħad minn kull sens l-oqsma l-oħra msemmija fl-Artikolu 153(1) TFUE (63).

94.      Id-Direttiva 2018/957 tillimita ruħha għall-koordinazzjoni tal-applikazzjoni u għall-identifikazzjoni ta’ liema leġiżlazzjoni fil-qasam tax-xogħol (dik tal-Istat ospitanti jew dik tal-Istat ta’ oriġini) tapplika għall-ħaddiema kkollokati. Hija f’ebda każ ma tiffissa l-ammonti tal-pagi li għandhom jitħallsu, li, nerġa’ ntenni, hija r-responsabbiltà tal-Istat ospitanti u tal-Istat ta’ oriġini, kull wieħed fit-territorju tiegħu.

95.      L-eċċezzjoni tal-Artikolu 153(5) TFUE ma tistax tiġi kkontestata u ma tistax tipprekludi l-adozzjoni tad-Direttiva attwalment kontenzjuża. Dan huwa kkorroborat mill-premessa 17 tad-Direttiva 2018/957(64), billi tiġi rratifikata il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri f’dak li jirrigwarda r-remunerazzjonijiet tax-xogħol.

96.      Bl-istess mod, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) il-ġdid tad-Direttiva 96/71 jipprovdi espressament li “il-kunċett ta’ remunerazzjoni għandu jiġi ddeterminat mil-liġi u/jew il-prattika nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jiġi stazzjonat [kkollokat] il-ħaddiem”.

97.      Id-Direttiva 2018/957 tispjega l-formulazzjoni preċedenti tad-Direttiva 96/71, li kienet tipprevedi r-“rati minimi ta’ ħlas”, billi tippreċiżaha iktar. Il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà żgurat li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71:

“‐      [...] jagħmel espliċitament riferiment, għall-finijiet tad-Direttiva, għal-liġi jew għall-prattika nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-ħaddiem jiġi kkollokat għad-determinazzjoni tar-rata ta’ paga minima msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-istess Artikolu 3(1).

‐      F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li d-Direttiva 96/71 minnha nnifisha ma tipprovdi l-ebda element ta’ definizzjoni materjali tal-paga minima. Għalhekk, id-definizzjoni ta’ liema huma l-elementi kostituttivi ta’ din il-paga, għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandha tingħata fid-dritt tal-Istat Membru kkonċernat, madankollu biss sakemm l-effett ta’ din id-definizzjoni, kif tirriżulta mil-leġiżlazzjoni jew mill-ftehim kollettivi nazzjonali rilevanti jew mill-interpretazzjoni tagħhom mogħtija mill-qrati nazzjonali, ma jostakolax il-libertà li jiġu pprovduti servizzi bejn l-Istati Membri” (65).

98.      Dawn id-dikjarazzjonijiet jistgħu jiġu estrapolati għar-riforma tad-Direttiva 96/71. Konsegwentement, jista’ jiġi eskluż li d-Direttiva 2018/957 tarmonizza, mill-perspettiva sostantiva, ir-remunerazzjonijiet tal-ħaddiema kkollokati, u għalhekk ma tiksirx l-Artikolu 153(5) TFUE.

99.      Il-Gvern Ungeriż jemmen li l-leġiżlatur tal-Unjoni wettaq użu ħażin ta’ poter meta għażel il-bażijiet legali tad-Direttiva 2018/957; opinjoni li, kif inhi mistqarra, ma naqbilx magħha. Barra minn hekk, huwa ma jiddikjarax din iċ-ċirkustanza bħala motiv speċifiku ta’ invalidità, meta kkunsidra l-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni kiser l-Artikolu 153(5) TFUE, mingħajr ma ddetermina jekk l-aġir tiegħu jkunx ta’ ħsara għall-proċedura leġiżlattiva speċjali tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 153(2) TFUE (66).

100. Għaldaqstant, it-tieni motiv għal annullament għandu jiġi miċħud.

VI.    It-tielet motiv: ksur tal-Artikolu 56 TFUE

101. Skont il-Gvern Ungeriż, id-Direttiva 2018/957 tmur kontra l-Artikolu 56 TFUE, li jistabbilixxi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fil-fehma tiegħu, l-obbligi u r-restrizzjonijiet li hija timponi fuq l-impriżi stabbiliti fi Stat Membru meta jikkollokaw lill-ħaddiema fi Stat Membru ieħor, fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi, huma diskriminatorji, mhux neċessarji u sproporzjonati meta mqabbla mal-għan li jfittxu li jilħqu. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar it-trasport jiksru l-Artikolu 58(1) TFUE.

102. Il-kritika tal-Gvern Ungeriż hija bbażata fuq tliet elementi tad-Direttiva 2018/957, jiġifieri:

‐      il-punt 2(a) tal-Artikolu 1, li jissostitwixxi l-kunċett ta’ “rati minimi ta’ ħlas” b’dak ta’ “remunerazzjoni” fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71;

‐      il-punt 2(b) tal-Artikolu 1, li jżid il-paragrafu 1a mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71, billi jipprevedi l-applikazzjoni kważi sħiħa tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tal-Istat ospitanti għall-ħaddiem ikkollokat ta’ iktar minn 12-il xahar, u

‐      l-Artikolu 3(3), li jikkonċerna s-settur tat-trasport bit-triq.

103. Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li dan it-tielet aggravju ma huwiex fondat.

A.      Kunsiderazzjoni preliminari: l-Artikolu 56 TFUE u direttivi ta’ armonizzazzjoni dwar il-ħaddiema kkollokati

104. Qabel ma nidħol fl-analiżi ta’ dan il-motiv, ser nagħmel kunsiderazzjoni preliminari dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE għad-Direttiva 2018/957.

105. Kif jindika l-Parlament Ewropew, l-applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE għal regola ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni hija mwettqa b’mod differenti minn dik użata sabiex jiġu kkontrollati l-miżuri nazzjonali li jirrestrinġu din il-libertà fundamentali.

106. Huwa minnu li l-projbizzjoni tar-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tiġi applikata mhux biss għall-miżuri nazzjonali, iżda wkoll għal dawk li jinħarġu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (67). Madankollu, għandu jitfakkar li l-leġiżlatur tal-Unjoni japprova r-regoli ta’ armonizzazzjoni preċiżament sabiex jiffaċilità l-liberta li jiġu pprovduti servizzi, filwaqt li jiżgura l-protezzjoni tal-interessi soċjali fundamentali li dawn jistgħu jaffettwaw (68).

107. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar regoli nazzjonali li jirrestrinġu il-moviment ta’ ħaddiema kkollokati fil-kuntest tal-provvista transnazzjonali ta’ servizzi, bla dubju, ma tistax tiġi estrapolata għar-regoli tal-Unjoni intiżi sabiex jarmonizzaw dan il-fenomenu, bħad-Direttiva 2018/957.

108. Bħalma diġà esponejt, mad-Direttiva 96/71, il-leġiżlatur tal-Unjoni għaqqad, f’termini mhux diskussi, tliet għanijiet li diffiċilment jistgħu jiġu kkoordinati: il-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-provvista transkonfinali ta’ servizzi, il-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati u l-iżgurar ta’ kompetizzjoni leali bejn il-kompetituri barranin u dawk lokali. Sabiex jadattah għall-bidliet li seħħew, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu jaġġusta dan il-bilanċ permezz tad-Direttiva 2018/957 li tiffoka fuq wieħed minn dawn l-għanijiet (it-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati).

109. Il-kontroll li tista’ twettaq il-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-validità ta’ direttiva ta’ armonizzazzjoni, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, jimplika li għandu jiġi evalwat jekk din hijiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, iżda ma jawtorizzax is-sostituzzjoni tal-għażliet politiċi sottostanti tal-kontenut tagħha. Bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, dak ta’ proporzjonalità “jeżiġi li l-miżuri implimentati permezz ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jkunu xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi mfittxija mil-leġiżlazzjoni kkonċernata u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dawn jintlaħqu” (69).

110. Infakkar li, fir-rigward tal-kontroll ġudizzjarju tal-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet dawn il-kriterji:

‐      “[…] rrikonoxxiet li l-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu, għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa fl-oqsma fejn l-azzjonijiet tiegħu jimplikaw għażliet ta’ natura kemm politika, kif ukoll ekonomika jew soċjali u li fih ikollu jwettaq evalwazzjonijiet kumplessi. Għalhekk, il-kwistjoni ma tirrigwardax li jsir magħruf jekk miżura deċiża f’tali qasam kinitx l-unika jew l-aħjar possibbli, peress li hija biss in-natura manifestament inadegwata tagħha fid-dawl tal-għan li l-istituzzjonijiet kompetenti jridu jilħqu li tista’ taffettwa l-legalità ta’ din il-miżura” (70).

‐      “[…] is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni, li timplika stħarriġ ġudizzjarju limitat tal-eżerċizzju tiegħu, ma tapplikax esklużivament għan-natura u għall-portata tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati, iżda wkoll, f’ċerta miżura, għall-konstatazzjoni tad-data bażika” (71).

‐      “[...] il-leġiżlatur tal-Unjoni huwa obbligat li jibbaża l-għażla tiegħu fuq kriterji oġġettivi u li jeżamina jekk l-għanijiet li jridu jinkisbu mill-miżura magħżula humiex ta’ natura li jiġġustifikaw konsegwenzi ekonomiċi negattivi, anki kunsiderevoli, għal ċerti operaturi” (72).

‐      “[m]inbarra dan kollu, anki stħarriġ ġudizzjarju ta’ portata limitata jirrikjedi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, awturi tal-att inkwistjoni, ikunu f’pożizzjoni li jistabbilixxu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-att kien ġie adottat permezz ta’ eżerċizzju effettiv tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom, li jippreżupponi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi u taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti tas-sitwazzjoni li dan l-att kien intiż li jirregola. Minn dan jirriżulta li dawn l-istituzzjonijiet għandhom, tal-inqas, ikunu f’pożizzjoni li jipprovdu u jesponu b’mod ċar u mhux ekwivoku d-data bażika li kellha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex fuqha jiġu bbażati l-miżuri kkontestati tal-imsemmi att u li fuqha kien jiddependi l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom” (73).

111. Fid-dawl ta’ dawn il-kriterji, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu setgħa diskrezzjonali wiesgħa f’qasam daqstant kumpless bħal dak tal-kollokament transnazzjonali ta’ ħaddiema. Il-kwistjoni li tqum hija dik dwar jekk huwa għamilx użu manifestament mhux xieraq minn din is-setgħa meta biddel il-bilanċ tal-interessi li għalih kien wasal fid-Direttiva 96/71, billi introduċa l-bidliet li tinkludi d-Direttiva 2018/957.

B.      L-ewwel parti tat-tielet motiv: protezzjoni suffiċjenti tal-ħaddiema kkollokati mir-regoli tal-Istat ta’ oriġini tal-impriża li tipprovdi servizzi

1.      Argumenti

112. Skont il-Gvern Ungeriż, id-Direttiva 2018/957 tikser l-Artikolu 56 TFUE peress li, billi tipprevedi l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Istat ospitanti għall-ħaddiema kkollokati, hija tinjora l-użu tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. Fil-fehma tiegħu, il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ dawn il-ħaddiema hija żgurata b’mod suffiċjenti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ oriġini. Is-sottomissjoni tagħhom għal-leġiżlazzjoni tal-Istat ospitanti tmur kontra l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u toħloq ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (74). Id-Direttiva 2006/123/KE (75) wkoll timponi l-obbligu li jiġu rrikonoxxuti l-kundizzjonijiet tax-xogħol stabbiliti minn Stat Membru ieħor f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

113. B’mod partikolari, għall-Gvern Ungeriż, l-ekwiparazzjoni fil-pagi bejn il-ħaddiema kkollokati u l-ħaddiema lokali tal-Istat ospitanti kif ukoll il-kważi t-totalità tal-ekwiparazzjoni ma’ dawn tal-aħħar ta’ ħaddiema kkollokati fit-tul iqiegħdu f’dubju l-kapaċità tas-salarju minimu tal-Istat ospitanti sabiex jiżgura l-għajxien xieraq tal-ħaddiema kkollokati u jiġi llimitat il-vantaġġ komparattiv ta’ ċerti “Stati Membri ġodda” bi spejjeż salarjali iktar baxxi. Barra minn hekk, fl-analiżi tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni ma pprovdietx data li tiġġustifika n-neċessità tal-bidliet introdotti mid-Direttiva 2018/957.

114. Fl-aħħar nett, il-Gvern Ungeriż jenfasizza d-disparità bejn l-applikazzjoni tal-istandards tax-xogħol tal-Istat ospitanti, imposta mid-Direttiva 2018/957, u l-iskema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-ħaddiema kkollokati, irregolata mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 (76). Dan tal-aħħar jippreskrivi s-sottomissjoni u l-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sigurtà soċjali tal-Istat ta’ oriġini għall-ħaddiem ikkollokat peress li huma l-iktar xierqa għall-protezzjoni tad-drittijiet tiegħu.

115. Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jikkunsidraw li din il-parti tat-tielet motiv hija infondata.

2.      Evalwazzjoni

116. Fil-fehma tiegħi, hemm diversi raġunijiet li jmorru kontra l-argumenti tal-Gvern Ungeriż.

117. L-ewwel nett, id-Direttiva 2006/123 ma tistax tiġi invokata sabiex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Istat ta’ oriġini għall-ħaddiema kkollokati. Din id-direttiva ma taffettwax id-dritt tax-xogħol (77) u lanqas il-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri (78). Barra minn hekk, l-Artikolu 3(1)(a) tagħha jipprovdi li d-Direttiva 96/71 tipprevali fuq id-Direttiva 2006/123 fil-każ ta’ kunflitt “li jirregola aspetti speċifiċi ta’ aċċess għal jew l-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz fis-setturi speċifiċi jew għal professjonijiet speċifiċi” (79).

118. It-tieni nett, il-ġurisprudenza inizjali tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mal-Artikolu 56 TFUE tal-miżuri nazzjonali restrittivi tal-kollokament tal-ħaddiema kienet ħadet inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni ta’ dawn il-ħaddiema fl-Istat ta’ oriġini tal-impriża tagħhom (80). Din l-istess orjentazzjoni nżammet fil-ġurisprudenza ta’ wara d-Direttiva 96/71, fir-rigward tar-restrizzjonijiet li ma kinux jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (81). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tqisx ir-regoli tal-Istat ta’ oriġini meta tiġi biex tapplika l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71 għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema peress li dan ineħħi l-effett utli ta’ din ir-regola (82).

119. It-tielet nett, l-analiżi tal-impatt imfassla mill-Kummissjoni (83) kien fiha data u elementi suffiċjenti sabiex issostni l-proposta regolatorja li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957. Huwa minnu li, kif tammetti l-Kummissjoni stess, id-data dwar il-movimenti transnazzjonali tal-ħaddiema ma kinitx totalment preċiża, peress li din kienet toriġina mill-informazzjoni pprovduta mill-korpi nazzjonali tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tal-formoli A1. Id-differenzi salarjali bejn xi pajjiżi u oħrajn ġew ukoll imqabbla mill-Kummissjoni ma’ data approssimattiva.

120. Madankollu, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lil-leġiżlatur tal-Unjoni setgħa diskrezzjonali wiesgħa fil-verifika tad-data bażika, li hija neċessarja għall-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv. Il-kontroll ġudizzjarju fuq din l-evalwazzjoni għandu jkun limitat (84). Issa, id-dokument ta’ impatt tal-Kummissjoni kien jipprovdi biżżejjed data sabiex jiġġustifika l-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957. Matul il-proċedura leġiżlattiva din id-data ma ġietx ikkontestata u serviet bħala appoġġ għall-Kummissjoni sabiex tistudja diversi alternattivi u tagħżel, b’mod fundamentali, dik li kienet tikkostitwixxi t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-ħaddiema.

121. Ir-raba’ nett, ma nqisx xieraq li l-iskema tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema kkollokati (Regolament Nru 883/2004) tiġi estrapolata għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

122. Il-Kunsill jargumenta li l-loġika tar-regoli tal-Unjoni li jikkoordinaw l-iskemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali hija maħsuba għal relazzjoni bejn id-detentur tad-drittijiet u l-obbligi u l-Istat ta’ assistenza. Huwa għalhekk li l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 883/2004 jimponi, bħala prinċipju prinċipali, l-issuġġettar tal-persuni għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed, li normalment huwa dak tal-post tax-xogħol effettiv, b’mod konformi mal-prinċipju lex loci laboris.

123. Madankollu, dan il-prinċipju ġenerali għandu xi eċċezzjonijiet. Fost dawn, hija enfasizzata ż-żamma tar-rabta esklużiva tal-ħaddiem mal-iskema tas-sigurtà soċjali tal-Istat ta’ oriġini (jiġifieri, dak li fih normalment topera l-impriża li timpjega), meta dan il-ħaddiem jiġi kkollokat mill-impriża fi Stat Membru ieħor għal perijodu limitat, sa mhux iżjed minn 24 xahar, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 883/2004 (85).

124. Din l-eċċezzjoni ma tistax tiġi estiża għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kkollokati peress li dawn huma relazzjonijiet ġuridiċi bejn parti dgħajfa (il-persuna impjegata) u oħra li għandha forza maġġuri (l-impriża li timpjega). Sabiex tiġi protetta aħjar l-ewwel waħda huwa neċessarju li l-applikazzjoni tar-regoli tax-xogħol tal-Istat tal-oriġini tiġi kkombinata ma’ regoli oħra tal-Istat ospitanti.

125. Id-Direttiva 96/71 tissodisfa din l-ispirazzjoni peress li tiggarantixxi lill-ħaddiema kkollokati l-applikazzjoni tan-nukleu bażiku tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Istat ospitanti (estiż bid-Direttiva 2018/957), filwaqt li tippermetti li elementi oħra tar-relazzjoni ta’ xogħol ikomplu jiġu rregolati mil-liġi tal-Istat ta’ oriġini tagħhom. F’dan ir-rigward, dan josserva r-Regolament Ruma I (86), li ser nirreferi għalih iktar ’il quddiem.

126. Fil-qosor, is-soluzzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 għas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema kkollokati (suġġetta għar-regoli tal-Istat ta’ oriġini) ma tistax tiġi estiża għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, li għalihom għandha tapplika parzjalment il-leġiżlazzjoni tal-Istat ospitanti flimkien ma’ dik tal-Istat ta’ oriġini tagħhom (87).

127. Fl-aħħar nett, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni bl-evalwazzjoni tagħha nnifisha. Kif diġà fakkart, hija għandha tivverifika biss jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni manifestament aġixxiex lil hinn mis-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li huwa għandu fir-rigward tal-valutazzjonijiet u tal-evalwazzjonijiet kumplessi li huwa kellu jwettaq.

128. F’dan il-każ ma jidhirlix li l-leġiżlatur tal-Unjoni għażel miżuri “ta’ natura manifestement inadegwata” fir-rigward tal-għan imfittex (88). F’dan l-istess sens, huwa ma marx lil hinn mis-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li kien igawdi meta biddel l-iskema preċedenti, fi kwistjoni daqstant kumplessa daqs dik tal-kollokament transnazzjonali tal-ħaddiema.

C.      It-tieni parti tat-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni

1.      Argumenti

129. Għall-Gvern Ungeriż, id-Direttiva 2018/957 tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, li jipprojbixxi l-applikazzjoni ta’ regoli differenti għal sitwazzjonijiet paragunabbli jew regoli ugwali għal sitwazzjonijiet differenti (89).

130. L-ewwel nett, is-sostituzzjoni tal-obbligu li l-ħaddiema kkollokati jitħallsu s-salarju minimu sabiex tiġi żgurata lilhom l-istess remunerazzjoni bħall-ħaddiema lokali twassal għal diskriminazzjoni għad-detriment tal-impriżi li jipprovdu servizzi li jikkollokaw il-ħaddiema tagħhom meta mqabbla mal-impriżi lokali. Id-diskriminazzjoni tinsab fil-fatt li l-impriżi tal-Istat ospitanti huma obbligati biss li jħallsu lill-impjegati tagħhom ir-rata tas-salarju minimu stabbilit mid-dritt nazzjonali, filwaqt li l-impriżi ta’ Stati Membri oħra li jikkollokaw il-ħaddiema għandhom iħallsulhom remunerazzjoni li tiġi ddeterminata mill-prattiki nazzjonali u li, fil-fehma tal-Gvern Ungeriż, tkun neċessarjament ogħla mir-rata tas-salarju minimu.

131. It-tieni nett, il-Gvern Ungeriż isostni li l-applikazzjoni tal-istess regoli għall-ħaddiema kkollokati fit-tul u għall-ħaddiema lokali, skont l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 96/71, hija inkompatibbli mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni peress li dawn iż-żewġ kategoriji ma jinstabux f’sitwazzjonijiet paragunabbli.

132. L-obbligu għall-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema li jħallsuhom l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni jew tal-ikel (l-Artikolu 3(7) ġdid tad-Direttiva 96/71) ukoll imur kontra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

133. Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li din il-parti tat-tielet aggravju hija infondata.

2.      Evalwazzjoni

134. Id-Direttiva 96/71, kif emendata bid-Direttiva 2018/957, ma tikkunsidrax bħala identiċi, ikkunsidrati flimkien, is-sitwazzjonijiet tal-ħaddiema kkollokati u dawk tal-ħaddiema lokali tal-Istat ospitanti.

135. B’hekk, l-Artikolu 3(1) tagħha jelenka b’mod restrittiv l-oqsma li għalihom il-leġiżlazzjoni tal-Istat ospitanti tapplika għall-ħaddiema kkollokati sabiex tiġi ggarantita l-ugwaljanza fit-trattament mal-ħaddiema lokali (90). Fl-oqsma l-oħra, din ma timponix trattament ugwali bejn individwu u ieħor.

136. Is-sostituzzjoni tat-terminu “rati minimi ta’ ħlas” b’dak ta’ “remunerazzjoni”, li għalih ser nirreferi iktar ’il quddiem, ma joħloqx id-diskriminazzjoni allegata mill-Ungerija, għad-detriment tal-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema.

137. Fil-fatt, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) il-ġdid, “il-kunċett ta’ remunerazzjoni għandu jiġi ddeterminat mil-liġi u/jew il-prattika nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jiġi stazzjonat [kkollokat] il-ħaddiem u jfisser l-elementi kostitwenti kollha tar-remunerazzjoni magħmula obbligatorji (91) permezz ta’ dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amministrattivi, ftehimiet kollettivi jew sentenza ta’ arbitraġġ nazzjonali li, f’dak l-Istat Membru, tkun ġiet iddikjarata universalment applikabbli jew tapplika mod ieħor f’konformità mal-paragrafu 8”.

138. Għaldaqstant, l-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema għandhom iħallsuhom biss remunerazzjoni li tinkludi s-salarju minimu miżjud b’kull element obbligatorju ieħor fl-Istat ospitanti. L-elementi tar-remunerazzjoni kif iddefiniti japplikaw ukoll għall-ħaddiema lokali, minħabba n-natura obbligatorja tagħhom skont id-dritt intern tal-Istat ospitanti, u għandhom jitħallsu mill-impriżi stabbiliti f’dan l-aħħar Stat, mingħajr ma jkun hemm differenza fit-trattament. Naturalment, id-Direttiva 2018/957 ma tippreċiżax liema elementi tar-remunerazzjoni huma obbligatorji, liema kwistjoni li hija riżolta mid-dritt tal-Istat ospitanti.

139. Kif jirriżulta mill-analiżi tal-impatt tal-Kummissjoni, id-Direttiva 2018/957 eskludiet l-impożizzjoni ta’ ekwiparazzjoni totali bejn ir-remunerazzjoni tal-ħaddiema kkollokati u dawk lokali (92).

140. Fir-rigward tal-allegata diskriminazzjoni minħabba l-applikazzjoni tal-istess regoli għall-ħaddiema kkollokati fit-tul u għall-ħaddiema lokali, ser nillimita ruħi li ninsisti fuq il-fatt li l-Artikolu 3(1a) tad-Direttiva 96/71 ma jistabbilixxix l-istess trattament għal dawn iż-żewġ tipi ta’ ħaddiema. Din id-dispożizzjoni tqarreb l-iskema tal-ħaddiema kkollokati fit-tul ma’ dik tal-ħaddiema lokali, iżda ma tekwiparahomx, preċiżament għaliex is-sitwazzjoni tagħhom hija differenti.

141. Lanqas ma nara diskriminazzjoni fl-obbligu impost fuq l-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema li jħallsulhom l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni jew tal-ikel. Dawn huma spejjeż sostnuti minħabba l-kollokament innifsu, li l-persuna li timpjega għandha tħallas lill-ħaddiem skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattiki nazzjonali applikabbli għar-relazzjoni tax-xogħol, li hija dik tal-pajjiż ta’ oriġini. Id-dispożizzjoni korrispondenti tad-Direttiva tindika fuq il-bażi ta’ liema dritt nazzjonali għandhom jitħallsu l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kollokament, billi l-Istati Membri huma liberi li jirregolawhom fid-dritt nazzjonali tagħhom (93). Ma narax liema tip ta’ diskriminazzjoni tista’ tinħoloq minn din ir-regola.

D.      It-tielet parti tat-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

1.      Argumenti

142. Għall-Gvern Ungeriż, id-Direttiva 2018/957 tipprekludi u tostakola l-provvista transnazzjonali ta’ servizzi bil-kollokament tal-ħaddiema fis-suq intern peress li hija sempliċement iżżid il-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati. Għalhekk ma hijiex xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija u tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

143. Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li din il-parti tat-tielet aggravju hija infondata.

2.      Evalwazzjoni

144. Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni u ma jmorrux lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa neċessarju sabiex dawn jintlaħqu (94).

145. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni, meta jkollhom jagħmlu għażliet ta’ natura teknika u jwettqu previżjonijiet u evalwazzjonijiet kumplessi, għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa. Il-Qorti tal-Ġustizzja sempliċement tivverifika jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni manifestement aġixxiex lil hinn minn din is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa billi għażel miżuri evidentement inadegwati jew sproporzjonati meta mqabbla mal-għan li għandu jintlaħaq (95).

146. Naqbel mal-Kunsill u mal-Parlament li l-leġiżlatur tal-Unjoni osserva r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità meta adotta d-Direttiva 2018/957.

147. Ser neżamina l-argumenti tal-Gvern Ungeriż dwar in-natura sproporzjonata tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħaddiema kkollokati fit-tul fir-raba’ parti ta’ dan it-tielet motiv, sabiex jiġu evitati repetizzjonijiet.

148. Fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema kkollokati, is-sostituzzjoni li d-Direttiva 2018/957 tagħmel tal-kunċett ta’ “rati minimi ta’ ħlas” b’dak ta’ “remunerazzjoni” kienet iġġustifikata, fl-analiżi tal-impatt ippubblikata mill-Kummissjoni, minħabba d-diffikultajiet ikkawżati mill-użu tal-ewwel wieħed minn dawn il-kunċetti fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71.

149. Sabiex tirrimedja din is-sitwazzjoni l-Kummissjoni studjat is-soluzzjonijiet possibbli u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħhom. Hija għażlet dik li hija qieset l-iktar xierqa, jiġifieri li twettaq riforma limitata tad-Direttiva 96/71, li seħħet permezz tal-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957, billi eskludiet il-pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni interpretattiva jew in-nuqqas ta’ emenda tad-Direttiva 96/71 (96).

150. Fil-fehma tiegħi tali soluzzjoni ma tmurx kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma tipprevedix restrizzjoni inkompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE. Hemm diversi argumenti li jappoġġjaw dan.

151. L-ewwel nett, it-terminu “rati minimi ta’ ħlas” kien qajjem diffikultajiet prattiċi (97), kif turi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, is-sentenza tagħha Sähköalojen ammattiliitto (98). Fiha ingħatat interpretazzjoni wiesgħa, li tinkludi:

‐      Il-possibbiltà li jiġi kkalkolat is-salarju minimu għal kull siegħa jew għal kull biċċa xogħol, ibbażat fuq il-klassifikazzjoni tal-ħaddiema fi gruppi ta’ remunerazzjoni, hekk kif jipprevedu l-ftehimiet kollettivi fl-Istat Membru ospitanti, sa fejn dan il-kalkolu u din il-klassifikazzjoni jsiru skont regoli vinkolanti u trasparenti; fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

‐      Allowance ta’ kuljum, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk li għalihom hija suġġetta l-inklużjoni ta’ din l-allowance fis-salarju mħallas lill-ħaddiema waqt kollokament ġewwa l-Istat Membru ospitanti.

‐      Allowance għat-traġitt ta’ kuljum, imħallsa lill-ħaddiema bil-kundizzjoni li t-tul tal-vjaġġ bir-ritorn ta’ kuljum ikun ta’ iktar minn siegħa.

‐      Il-bonus tal-vaganzi li għandu jingħata għall-perijodu minimu tal-leave annwali mħallas.

152. Il-leġiżlatur tal-Unjoni ħa inkunsiderazzjoni dawn id-diffikultajiet ermenewtiċi, kif ukoll l-interpretazzjoni wiesgħa proposta mill-Qorti tal-Ġustizzja, billi adotta d-Direttiva 2018/957 u inkluda l-kunċett ta’ remunerazzjoni fl-Artikolu 3(1) u (7) tad-Direttiva 91/76.

153. Barra minn hekk, din il-bidla tippermetti li tiġi llimitata l-prattika tal-impriżi li, billi jikkollokaw lill-ħaddiema tagħhom, jista’ jkollhom it-tendenza li jħallsuhom is-salarju minimu, irrispettivament mill-kategorija tagħhom, il-funzjonijiet tagħhom, il-kwalifiki professjonali tagħhom u l-anzjanità tagħhom, li twassal għal differenza fir-remunerazzjoni meta mqabbla mal-ħaddiema lokali f’sitwazzjoni simili (99).

154. Waqt is-seduta, il-Kummissjoni reġgħet tenniet dak li kien diġà kkonstatat fl-analiżi tal-impatt tagħha: li l-identifikazzjoni tar-“rati minimi ta’ ħlas” tad-Direttiva 96/71 bis-salarju minimu legalment iffissat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat ospitanti kienet, fil-prattika, ħolqot distakk fis-salarju bejn il-ħaddiema lokali u l-ħaddiema kkollokati, b’mod partikolari f’setturi bħal dak tal-kostruzzjoni.

155. It-tieni nett, l-istabbiliment tar-rati minimi ta’ ħlas skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 huwa l-kompitu tal-leġiżlazzjoni jew tal-prattiki nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti (100). Il-metodu ta’ kalkolu ta’ dawn ir-rati u l-kriterji magħżula f’dan ir-rigward huma wkoll ir-responsabbiltà ta’ dan l-Istat Membru (101). Il-leġiżlazzjonijiet jew il-prattiki nazzjonali għall-kalkolu tal-paga minima huma eteroġenji ħafna (u mhux dejjem trasparenti) fl-Istati Membri tal-Unjoni, liema fatt jagħmel diffiċli l-kollokament tal-ħaddiema taħt kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u paragunabbli ma’ dawk tal-ħaddiema lokali (102).

156. Fl-analiżi tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni ġġustifikat li l-kunċett ta’ remunerazzjoni ppermetta li jiġu kkoreġuti dawn l-iżbilanċi u li tittejjeb il-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati billi nħolqu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni iktar ġusti bejn l-impriżi lokali u dawk li jikkollokaw il-ħaddiema sabiex jipprovdu servizzi, b’mod partikolari fis-setturi b’volum qawwi ta’ ħaddiema (103).

157. Mill-osservazzjonijiet indikati iktar ’il fuq jista’ jiġi dedott li l-leġiżlatur tal-Unjoni osserva r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, mingħajr ma aġixxa manifestament lil hinn mis-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tiegħu f’qasam tekniku u kumpless bħal dan, meta għażel miżura (l-introduzzjoni tal-kunċett ta’ remunerazzjoni) adattata għat-twettiq tal-għanijiet imfittxija. Din il-miżura tiffaċilita, min-naħa tagħha, l-aħjar protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati u l-garanzija ta’ diversi kundizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni bejn l-impriżi lokali u dawk li jikkollokaw il-ħaddiema tagħhom.

E.      Ir-raba’ parti tat-tielet motiv: ksur tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li jirriżulta mill-iskema tal-ħaddiema kkollokati fit-tul

1.      Argumenti

158. Il-Gvern Ungeriż isostni li l-iskema speċifika għall-ħaddiema kkollokati fit-tul (l-Artikolu 3(1)(a) il-ġdid tad-Direttiva 96/71) hija inkompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE.

159. Din l-iskema tkun tirrestrinġi l-attività tal-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema fil-kuntest tal-provvista transnazzjonali ta’ servizzi b’mod sproporzjonat u mhux iġġustifikat, billi temenda l-liġi applikabbli għall-ħaddiem ikkollokat fit-tul u billi tapplika għalih il-kundizzjonijiet kollha tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti. B’dan il-mod, anki d-delimitazzjonijiet bejn il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-ħaddiema ma humiex ċari.

160. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li l-iskema l-ġdida għall-ħaddiema kkollokati fit-tul hija ġġustifikata, tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma tmurx kontra l-Artikolu 56 TFUE.

2.      Evalwazzjoni

161. Il-kategorija l-ġdida tal-ħaddiema kkollokati fit-tul hija differenti minn dik tal-ħaddiema kkollokati “ordinarji”. Il-kriterju li jiddistingwi huwa d-durata effettiva tal-kollokament: jekk hija iktar minn 12-il xahar (b’mod eċċezzjonali 18), is-sitwazzjoni ta’ ħaddiem ikkollokat ordinarju tinbidel f’dik ta’ ħaddiem ikkollokat fit-tul.

162. Ladarba jiddekorri dan il-perijodu, il-ħaddiem ikkollokat (issa, fit-tul) igawdi minn sistema legali differenti: minbarra l-kundizzjonijiet tax-xogħol imsemmija fl-Artikolu 3(1), ikunu japplikaw għalih il-kundizzjonijiet tal-Istat Membru fejn jitwettaq ix-xogħol.

163. Madankollu, kif jirriżulta mill-premessa 9 tagħha (104), id-Direttiva 2018/957 ma twassalx għal assimilazzjoni assoluta tal-ħaddiema kkollokati fit-tul mal-ħaddiema lokali (ċittadini nazzjonali jew minn Stati Membri oħra li eżerċitaw il-libertà ta’ moviment tagħhom).

164. Il-ħaddiema kkollokati fit-tul jibqgħu jżommu sitwazzjoni legali stabbilita (koperta) mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif tindika l-premessa 10 tad-Direttiva 2018/957 (105).

165. Kuntrarjament għat-teżi sostnuta mill-Gvern Ungeriż, l-Artikolu 3(1a) l-ġdid tad-Direttiva 2018/957 ma jġibx lill-ħaddiema kkollokati fit-tul fuq l-istess livell ta’ dawk lokali, peress li:

‐      Skont din id-dispożizzjoni, “[l]-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-kwistjonijiet li ġejjin: (a) il-proċeduri, il-formalitajiet u l-kondizzjonijiet tal-konklużjoni u t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ impjieg, inkluż klawżoli ta’ nonkompetizzjoni; (b) skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali tal-irtirar supplementari”.

‐      Skont l-Artikolu 3(1a), “it-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg kollha tal-Istat Membru fejn jitwettaq ix-xogħol” ser japplikaw għall-ħaddiema kkollokati għal żmien twil, “irrispettivament minn liema liġi tapplika għar-relazzjonijiet tal-impjieg”. Dan jimplika li, għal din il-kategorija ta’ ħaddiema kkollokati, id-dritt internazzjonali privat li fuqu hija bbażata r-relazzjoni legali tagħhom ma huwiex emendat, kif jindika l-Parlament Ewropew fl-osservazzjonijiet tiegħu (106).

‐      L-ekwiparazzjoni tal-ħaddiema kkollokati fit-tul ma’ dawk lokali sseħħ fir-rigward tat-“termini u l-kondizzjonijiet kollha tal-impjieg tal-Istat Membru fejn jitwettaq ix-xogħol”. Għandhom jinftiehmu bħala tali “il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema”, li huma rregolati mid-Direttiva 96/71, skont l-Artikolu 1(1) il-ġdid tagħha. Għalhekk id-disparitajiet jinżammu f’oqsma bħalma huma s-sigurtà soċjali jew it-tassazzjoni.

166. Fil-fehma tiegħi, ir-regolamentazzjoni ta’ din il-kategorija l-ġdida ta’ ħaddiema kkollokati fit-tul hija ġġustifikata u tinvolvi restrizzjonijiet proporzjonati għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, li huma kompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE.

167. L-istabbiliment ta’ terminu ta’ 12-il xahar (b’mod eċċezzjonali 18-il xahar) jelimina l-inċertezza li teżisti fil-verżjoni inizjali tad-Direttiva 96/71, li l-Artikolu 2(1) tagħha kien jikkunsidra lill-ħaddiem li kien iwettaq ix-xogħol tiegħu f’pajjiż li ma huwiex l-Istat ta’ oriġini tiegħu “għall-perjodu limitat” bħala ħaddiem ikkollokat. Nistqarr li r-regola l-ġdida ċċarat din l-inċertezza billi ċċarat li ħaddiem ikun jitqies bħala ħaddiem ikkollokat fit-tul jekk ikompli l-kollokament tiegħu għal iktar minn 12-il xahar (jew 18-il xahar).

168. L-istatus ta’ ħaddiem ikkollokat fit-tul jidhirli li huwa wkoll raġonevoli peress li jadatta ruħu għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema li jirrisjedu fl-istat ospitanti għal perijodu twil, peress li l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol ta’ dan l-Istat hija ikbar. Huwa loġiku (u proporzjonat) li, f’din is-sitwazzjoni, japplika għalihom numru ikbar ta’ regoli tax-xogħol tal-Istat ta’ destinazzjoni, filwaqt li tinżamm ir-rabta tagħhom mal-Istat ta’ oriġini tal-impriża li timpjegahom.

169. Fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1a) l-ġdid, din l-emenda hija akkumpanjata mid-dispożizzjoni li ġejja: “Fejn impriża kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tissostitwixxi ħaddiem stazzjonat [ikkollokat] b’ħaddiem stazzjonat ieħor li jwettaq l-istess xogħol fl-istess post, id-durata tal-istazzjonament, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, għandha tkun id-durata kumulattiva tal-perijodi ta’ stazzjonament [kollokament] tal-ħaddiema stazzjonati [kkollokati] individwali kkonċernati”. Bla ħsara għall-fatt li, fil-prattika, din id-dispożizzjoni tista’ toħloq ċerta diffikultà, jidhirli li huwa xieraq, f’termini ġenerali, li jiġu evitati l-evażjoni u l-abbuż tad-Direttiva, bis-sostituzzjoni ta’ ħaddiema kkollokati minn oħrajn fl-istess post tax-xogħol.

F.      Il-ħames parti tat-tielet motiv: ksur tal-Artikolu 58(1) TFUE

1.      Argumenti

170. Il-Gvern Ungeriż isostni li l-Artikolu 3(3) l-ġdid tad-Direttiva 2018/957, jikser l-Artikolu 58(1) TFUE sa fejn jestendi l-applikazzjoni tar-regoli ta’ din id-direttiva dwar il-kollokament tal-ħaddiema għas-settur tat-trasport.

171. Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li din il-parti tat-tielet motiv hija ineffettiva jew infondata.

2.      Evalwazzjoni

172. Il-moviment liberu tas-servizzi fil-qasam tat-trasport ma huwiex irregolat mill-Artikolu 56 TFUE, li b’mod ġenerali jikkonċerna l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, iżda huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet, b’mod partikolari, tal-Artikolu 58(1) TFUE. Skont dan “[i]l-moviment liberu tas-servizzi fil-qasam tat-trasport għandu jiġi regolat mid-dispożizzjonijiet ta’ l-intestatura dwar it-trasport” (107), jiġifieri, l-Artikoli 90 TFUE sa 100 TFUE.

173. Għalkemm il-bażi legali tiegħu hija esklużivament ir-regoli dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE) u mhux dawk dwar il-politika komuni tat-trasport (Artikolu 91 TFUE), jista’ jiġi argumentat li d-Direttiva 96/71 tapplika għas-servizzi ta’ trasport (108).

174. Id-Direttiva 96/71 teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-“impriżi ta’ marina merkantili fejn għandhom x’jaqsmu l-baħħara” (109), u minn dan isegwi li l-leġiżlatur għandu l-intenzjoni li japplikaha għal servizzi oħra fil-qasam tat-trasport. Dan huwa kkonfermat mir-riferiment, fid-Direttiva 2014/67, għall-“ħaddiema mobbli fis-settur tat-trasport” (110) u r-riferimenti għall-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 għat-trasport tal-kabotaġġ f’atti regolatorji oħra tal-Unjoni (111).

175. B’riferiment għall-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2018/957, din testendi “għas-settur tat-trasport bit-triq mid-data tal-applikazzjoni ta’ att leġislattiv li jemenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ infurzar u li jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fil-qasam tat-trasport bit-triq”.

176. Għalhekk, kif tikkonferma l-premessa 15 (112) tad-Direttiva 2018/957, l-emendi li hija tagħmel fid-Direttiva 96/71 ser japplikaw biss għas-settur tat-trasport bit-triq fil-futur, u mhux b’mod inkundizzjonat, madankollu, meta jiġi adottat att leġiżlattiv li jemenda d-Direttiva 2006/22 u li jinkludi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttivi 96/71 u 2014/67.

177. Jekk dan huwa l-każ, l-Artikolu 3(3) l-ġdid tad-Direttiva 2018/957, fir-realtà ma jinkludi ebda leġiżlazzjoni sostantiva dwar il-kollokamenti tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport u b’ebda mod ma jemenda s-sistema ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 għal dan is-settur (113).

178. L-att leġiżlattiv il-ġdid, li diġà ġie propost mill-Kummissjoni (114), ser ikun dak li jinkludi dawn l-istandards. Xejn ma jipprekludi l-fatt li dan l-att ikollu wkoll bħala bażi legali l-Artikolu 91 TFUE.

179. Fil-qosor, ma narax ksur tal-Artikolu 58(1) TFUE mill-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2018/957.

180. Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li t-tielet motiv għal annullament għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.

VII. Ir-raba’ motiv: ksur tal-Artikolu 56 TFUE minħabba l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 tal-azzjonijiet kollettivi tal-ħaddiema

A.      Argumenti

181. Skont il-Gvern Ungeriż, l-Artikolu 1(1a), introdott mid-Direttiva 2018/957 fid-Direttiva 96/71, jikser l-Artikolu 56 TFUE minħabba li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-eżerċizzju tad-dritt ta’ strajk u ta’ azzjonijiet oħra li jaqgħu taħt is-sistemi ta’ relazzjonijiet tax-xogħol tal-Istati Membri kif ukoll l-eżerċizzju tad-dritt ta’ negozjar, ta’ konklużjoni u ta’ infurzar ta’ ftehimiet kollettivi kif ukoll li jitwettqu azzjonijiet kollettivi.

182. Tali esklużjoni tmur kontra l-ġurisprudenza Laval un Partneri u tippermetti l-eżerċizzju tad-dritt ta’ strajk u ta’ negozjar kollettiv skont id-drittijiet nazzjonali u lil hinn mir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, hija tiffaċilita restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi minn impriżi ta’ Stati oħra permezz tal-kollokament ta’ ħaddiema.

183. Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li dan ir-raba aggravju huwa infondat.

B.      Evalwazzjoni

184. L-Artikolu 1(1a) l-ġdid jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71. Jekk, b’mod ġenerali, din id-direttiva tipprevedi “dispożizzjonijiet obbligatorji rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema” kkollokati, il-paragrafu 1a jeskludi mill-kamp tiegħu, inter alia, “id-dritt jew il-libertà tal-istrajk jew li jittieħdu azzjonijiet oħra koperti bis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri, f’konformità mal-liġi u/jew il-prassi nazzjonali. Lanqas ma taffettwa d-dritt tan-negozjar, il-konklużjoni u l-infurzar ta’ ftehimiet kollettivi, jew li tittieħed azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġi u/jew il-prassi nazzjonali”.

185. Id-Direttiva 2018/957 ma tintroduċi ebda novità fid-Direttiva 96/71 f’dak li jirrigwarda l-azzjonijiet kollettivi. Fil-premessa 22, huwa ddikjarat b’mod preċiż li din id-direttiva “hija mingħajr preġudizzju għal-liġi ta’ l-Istati Membri dwar azzjoni kollettiva biex tiddefendi l-interessi ta’ snajja’ u professjonijiet”.

186. L-interpretazzjoni mogħtija mill-Gvern Ungeriż fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni tirriżulta, fil-fehma tiegħi, minn żball ta’ interpretazzjoni. In-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 għad-drittijiet ta’ azzjoni kollettiva tal-ħaddiema ma jfissirx li l-eżerċizzju tagħhom ma huwiex suġġett għar-regoli nazzjonali l-oħra u għad-dritt tal-Unjoni. L-imsemmi Artikolu 1(1a) jibda billi jipprovdi li “[d]in id-Direttiva ma għandha bl-ebda mod taffettwa l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, inkluż [...]”.

187. Konsegwentement, din id-dispożizzjoni ma tipprekludix l-applikazzjoni, fil-każijiet ta’ kollokament ta’ ħaddiema, tal-Artikolu 28 tal-Karta jew tal-ġurisprudenza preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet kollettivi tal-ħaddiema u l-effett tagħhom fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

188. Għalhekk, ma narax li l-Artikolu 1(1a) l-ġdid tad-Direttiva 96/71 jirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u nipproponi li dan il-motiv għal annullament għandu jiġi miċħud.

VIII. Il-ħames motiv: ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba l-inkompatibbiltà tad-Direttiva 2018/957 mar-Regolament Nru 593/2008 (Ruma I)

A.      Argumenti

189. Il-ħames motiv, fir-realtà jinkludi żewġ partijiet distinti mingħajr rabta kbira bejniethom.

‐      Minn naħa, il-Gvern Ungeriż isostni li d-Direttiva 2018/957 tmur kontra r-Regolament Nru 593/2008 kif ukoll kontra l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ ċarezza leġiżlattiva, peress li temenda l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament mingħajr ma tbiddel il-formulazzjoni tiegħu, li jwassal għal inċertezza legali kbira fir-rigward tal-applikazzjoni tajba tiegħu.

‐      Min-naħa l-oħra, huwa jallega li n-nuqqas ta’ preċiżjoni tal-kunċett ta’ “remunerazzjoni” joħloq inċertezza u għaldaqstant jinkisru l-prinċipji ta’ ċarezza leġiżlattiva u, konsegwentement, dawk ta’ ċertezza legali.

190. Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li dan il-ħames aggravju huwa infondat.

B.      Evalwazzjoni tal-ewwel parti tal-ħames motiv: relazzjoni bejn id-Direttiva 2018/957 u r-Regolament Nru 593/2008 (Ruma I)

191. L-Artikolu 8(1) tar-Regolament Ruma I jistabbilixxi, b’mod ġenerali, ir-regola ta’ kunflitt applikabbli għall-kuntratti individwali ta’ xogħol, li hija l-liġi magħżula mill-partijiet (fil-kundizzjonijiet li jindika huwa stess). Sa fejn din l-għażla ma saritx, “il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi tal-pajjiż li fih jew, fin-nuqqas ta’ dan, li minnu l-impjegat abitwalment jeżerċita l-impjieg tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Il-pajjiż li fih ix-xogħol abitwalment jitwettaq m’għandux jitqies li nbidel jekk il-persuna tiġi impjegata temporanjament f’pajjiż ieħor” (paragrafu 2).

192. L-Artikolu 23 tar-Regolament Ruma I jinkludi eċċezzjoni għall-applikabbiltà tar-regoli tiegħu dwar il-kunflitt tal-liġijiet: huwa jippermetti li, jekk id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jistabbilixxu regoli dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali dwar ċerti kwistjonijiet, dawn ir-regoli jgawdu minn prijorità (115).

193. Għalhekk, ir-regoli ġenerali tar-Regolament Ruma I dwar l-għażla tal-liġi jċedu favur ir-regoli speċjali li jaqgħu, f’dan ir-rigward, taħt dispożizzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni (116).

194. Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Ungeriż, jiena tal-fehma li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 (għall-ħaddiema kkollokati ordinarji) u l-Artikolu 3(1)(a) l-ġdid (għall-ħaddiema kkollokati fit-tul), jikkostitwixxu regoli speċjali ta’ kunflitt ta’ liġijiet (117), li l-applikazzjoni tagħhom għandha tiġi kkombinata ma’ dawk tar-Regolament Ruma I (118).

195. Dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71, flimkien mal-liġi applikabbli skont ir-regoli ta’ kunflitt abitwali, jimponu d-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-dritt tal-Istat ospitanti:

‐      għall-ħaddiema kkollokati ordinarji, dawk relatati mal-kundizzjonijiet (ta’ xogħol u ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema) li huma speċifikati fil-lista eżawrjenti msemmija fl-Artikolu 3(1);

‐      fir-rigward tal-ħaddiema kkollokati fit-tul, minbarra l-imsemmija kundizzjonijiet, jiġu applikati l-kumplament tal-kundizzjonijiet tal-Istat ospitanti, kif espost iktar ’il fuq (Artikolu 3(1a)).

196. Kif isostni l-Kunsill fl-osservazzjonijiet tiegħu, il-proċess ta’ tfassil tar-Regolament Ruma I jagħti prova li l-Artikolu 23 tiegħu jkopri l-eċċezzjoni prevista mid-Direttiva 96/71, peress li l-proposta tal-Kummissjoni kienet tinkludi anness ta’ regoli speċjali li kienu jinsabu f’dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, fosthom dawk tad-Direttiva 96/71 (119).

197. Il-premessa 11 tad-Direttiva 96/71 tikkorrobora din id-dikjarazzjoni meta tistabbilixxi li l-Konvenzjoni (issostitwita bir-Regolament Ruma I) “ma taffettwax l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li, f’relazzjoni għal l-kwistjoni partikolari, jistabilixxu regoli ta’ l-għażla tal-liġi dwar l-obbligazzjonijiet kontrattwali u li huma jew ikunu miżmuma f’atti ta’ l-instuzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropew jew fil-liġijiet nazzjonali armonizzati fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-atti”.

198. L-istess japplika għall-premessa 40 tar-Regolament Ruma I, li jipprovdi li “[...] [m]adankollu dan ir-Regolament m’għandux jeskludi l-possibbiltà ta’ inklużjoni ta’ regoli tal-konflitt tal-liġijiet relatati ma’ l-obbligazzjonijiet kuntrattwali f’dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari”.

199. Il-prinċipju ta’ ċertezza legali għalhekk ma jitlobx, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Ungerija, li l-emenda tad-Direttiva 96/71, imwettqa mid-Direttiva 2018/957, tkun akkumpanjata minn emenda tar-Regolament Ruma I.

200. L-Artikolu 23 ta’ dan ir-regolament jippermetti l-koeżistenza tar-regoli speċjali tad-Direttiva 96/71 ma’ dawk ġenerali tal-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament fir-rigward tal-kuntratti tal-ħaddiema kkollokati. Hemm ċarezza, prevedibbiltà u preċiżjoni suffiċjenti fir-relazzjoni bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ regoli u, għaldaqstant, osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (120).

201. Ma teżistix kontradizzjoni fir-rigward ta’ din l-affermazzjoni, bħalma tiddikjara l-Ungerija, peress li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1a) l-ġdid tad-Direttiva 96/71 jipprevedi regola kontra l-frodi għall-każijiet ta’ kollokament ta’ sostituzzjoni, li għalihom għamilt riferiment iktar ’il fuq (121). F’dan il-każ, il-kuntratt ta’ kull ħaddiem li jipparteċipa fis-sostituzzjoni jista’ jkun suġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiż differenti u din id-dispożizzjoni żżid unikament kundizzjoni sabiex tiġi evitata l-frodi fir-relazzjoni bejn id-Direttiva 96/71 u r-Regolament Ruma I.

C.      Evalwazzjoni tat-tieni parti tal-ħames motiv: in-nuqqas ta’ determinazzjoni tal-kunċett ta’ “remunerazzjoni” introdott mid-Direttiva 208/957

202. Għall-Gvern Ungeriż, in-nuqqas ta’ determinazzjoni u ta’ ċarezza tal-kunċett il-ġdid ta’ “remunerazzjoni”, minflok dak preċedenti “rati minimi ta’ ħlas”, huwa inkompatibbli maċ-ċarezza regolatorja li jimponi l-prinċipju ta’ ċertezza legali.

203. Din il-parti tal-ħames motiv ta’ annullament hija bbażata fuq it-tieni motiv, li diġà pproponejt li jiġi miċħud.

204. Jidher kemxejn paradossali li l-Gvern Ungeriż ma jressaqx din l-istess oġġezzjoni (inċertezza legali) għall-kunċett preċedenti tad-Direttiva 96/71 (122), li l-interpretazzjoni tiegħu kienet il-kawża ta’ ċerti diffikultajiet, iżda minflok iressaqha fil-konfront ta’ regola intiża sabiex tegħleb dawn id-diffikultajiet ermenewtiċi.

205. Huwa ugwalment paradossali li ssir l-akkuża li qiegħda tiġi pperikolata ċ-ċertezza legali ta’ test tad-dritt sekondarju, meta l-kunċett li qiegħed jiġi kkritikat jidher bħala tali fl-Artikolu 153(5) TFUE.

206. Il-kunċett ta’ remunerazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) il-ġdid tad-Direttiva 96/71 huwa marbut ma’ dak li jiddeterminaw il-leġiżlazzjoni jew il-prattiki nazzjonali tal-Istat Membru li fih huwa kkollokat il-ħaddiem. Fir-rigward tal-kontenut tiegħu, dan għandu jinkludi l-elementi kostitwenti kollha li huma obbligatorji skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi jew is-sentenzi ta’ arbitraġġ li, f’dan l-Istat Membru, ġew iddikjarati li japplikaw universalment jew japplikaw bi kwalunkwe mod ieħor skont il-paragrafu 8.

207. Il-premessa 17 tad-Direttiva 2018/957 tfakkar li l-iffissar tar-regoli dwar ir-remunerazzjoni jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri. Dawn tal-aħħar, jew l-imsieħba soċjali, għandhom ukoll ir-responsabbiltà li jistabbilixxu s-salarji. Dan huwa kkorroborat mill-Artikolu 153(5) TFUE, billi jeskludi r-remunerazzjonijiet mill-kompetenza ta’ armonizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-politika soċjali.

208. Id-diverġenzi bejn ir-regoli applikabbli għar-remunerazzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kkollokati huma għalhekk inevitabbli sakemm l-Unjoni jkollha l-kompetenza ta’ armonizzazzjoni fir-rigward tagħhom. L-istess japplika, kif diġà esponejt, għall-kunċett tar-“rati minimi ta’ ħlas” użat fil-verżjoni inizjali tad-Direttiva 96/71, li kien jeħtieġ kjarifiki min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja.

209. Huwa minnu li t-terminu “remunerazzjonijiet” jeħtieġ, bħall-maġġoranza tat-termini użati f’dan il-qasam, xogħol interpretattiv li jiddefinixxi l-limiti tiegħu. Madankollu din il-karatteristika, komuni għal diversi kunċetti oħra simili, ma hijiex biżżejjed sabiex issostni, kif jargumenta l-Gvern Ungeriż, li l-kunċett ta’ introduzzjoni mid-Direttiva 2018/957 huwa indeterminat sal-punt li jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali.

210. Barra minn hekk, infakkar li, sabiex jiġu rrimedjati l-problemi li jistgħu jaffaċċjaw il-ħaddiema kkollokati u l-impriżi tagħhom, ir-raba’ u l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 3(1) il-ġdid tad-Direttiva 96/71 jimponu fuq l-Istati Membri dmir ta’ trasparenza, li abbażi tiegħu huma għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti, eżatta u aġġornata fuq sit internet dwar, fost oħrajn, “l-elementi kostitwenti tar-remunerazzjoni kif imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u t-termini u l-kondizzjonijiet kollha tal-impjieg f’konformità mal-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu”.

IX.    Konklużjoni

211. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja:

1)      Tiċħad fl-intier tiegħu r-rikors ippreżentat mill-Ungerija.

2)      Tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)      Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Gvern Franċiż, Ġermaniż u dak tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.


1      Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.


2      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU 2018, L 173, p. 16, u r-rettifika fil-ĠU 2019, L 91, p. 77; iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2018/957”).


3      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 5, Vol. 2, p. 431; u r-rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 96/71”).


4      Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/71, “‘ħaddiem stazzjonat [ikkollokat]’ tfisser ħaddiem li, għall-perjodu limitat jagħmel ix-xogħol tiegħu fitterritorju ta' Stat Membru barra mill-Istat li normalment jaħdem fih.”


      Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, “ikun hemm kollokament tal-ħaddiema permezz tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 1(3)(c) tad-Direttiva 96/71, meta jkunu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet. L-ewwel nett, it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-manodopera hija provvista ta’ servizzi pprovduta bi ħlas li fir-rigward tagħha l-ħaddiem jibqa’ impjegat mal-impriża fornitriċi, mingħajr ma jiġi konkluż ebda kuntratt ta’ xogħol mal-impriża utenti. It-tieni nett, dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni huwa kkaratterizzat mill-fatt li l-ispostament tal-ħaddiem fl-Istat Membru ospitanti jikkostitwixxi l-għan stess tal-provvista ta’ servizzi mwettqa mill-impriża fornitriċi. It-tielet nett, fil-kuntest ta’ tali tqegħid għad-dispożizzjoni, il-ħaddiem iwettaq l-kompiti tiegħu taħt il-kontroll u d-direzzjoni tal-impriża utenti.” (sentenzi tal-14 ta’ Novembru 2018, Danieli & C. Officine Meccaniche et, C-18/17, EU:C:2018:904, punt 27; kif ukoll tat-18 ta’ Ġunju 2015, Martin Meat, C-586/13, EU:C:2015:405, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).


5      Konformement mal-aħħar statistika disponibbli, fl-2017 seħħ 2.8 miljun kollokament transnazzjonali ta’ ħaddiema, b’durata medja ta’ inqas minn 4 xhur għal kull kollokament, li, fl-intier tiegħu, jirrappreżenta biss 0.2 % tat-total tal-impjieg fl-Unjoni. Ara De Wispelaere, F. u Pacolet, J., Posting of workers Report on A1 Portable Documents issued in 2017, HIVA-KU Leuven, Ottrubru 2018, p. 9, https://www.etk.fi/wp-content/uploads/Komissio-tilastoraportti-Posting-of-workers-2017.pdf. Madankollu mill-istatistika jirriżulta li, bejn l-2010 u l-2017, in-numru ta’ ħaddiema kkollokati żdied bi 83 %. Id-distribuzzjoni ta’ dawn il-ħaddiema skont is-setturi ekonomiċi hija din li ġejja: il-kostruzzjoni (46.5 %), servizzi oħrajn (26.7 %), l-industrija (25.9 %) u l-agrikoltura (0.9 %).


6      It-tendenza ġenerali hija li l-Istati li għandhom inqas spejjeż tax-xogħol jesportaw ħaddiema kkollokati, filwaqt li l-Istati li għandhom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar jirċevuhom. Ara d-data ta’ Bradley, H., Tugran, T., Markowska, A. u Fries-Tersch, 2018 Annual Report on intra-EU Labor Mobility, 2019, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/2c170ce2-4c55-11e9-a8ed-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF. Minn dan ir-rapport jirriżulta li l-Istati esportaturi huma l-Polonja, l-Ungerija jew il-Litwanja u r-riċevituri huma l-Ġermanja, Franza jew il-Pajjiżi l-Baxxi.


7      Ara, pereżempju, is-sentenzi tas-17 ta’ Diċembru 1981, Webb (279/80, EU:C:1981:314), tat-3 ta’ Frar 1982, Seco u Desquenne & Giral (62/81 u 63/81, EU:C:1982:34) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Seco u Desquenne & Giral”), u tas-27 ta’ Marzu 1990, Rush Portuguesa (C-113/89, EU:C:1990:142).


8      Sentenzi tat-28 ta’ Marzu 1996, Guiot (C-272/94, EU:C:1996:147, punt 10) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Guiot”); tat-23 ta’ Novembru 1999, Arblade et (C-369/96 u C-376/96, EU:C:1999:575, punt 33) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Arblade et”), u tal-15 ta’ Marzu 2001, Mazzoleni u ISA (C-165/98, EU:C:2001:162, punt 22) (iktar ’il quddiem, is-“sentenza Mazzoleni u ISA”). Iktar reċenti, ara s-sentenzi tat-12 ta’ Settembru 2019, Maksimovic et (C-64/18, C-140/18, C-146/18 u C-148/18, EU:C:2019:723, punti 30 u 31) (iktar ’il quddiem, is-“sentenza Maksimovic et”), u tat-13 ta’ Novembru 2018, Čepelnik (C-33/17, EU:C:2018:896, punti 37 u 38) (iktar ’il quddiem, is-“sentenza Čepelnik”).


9      Sentenza Seco u Desquenne & Giral.


10      Sentenza Guiot.


11      Sentenzi Arblade et, punti 58 u 59; u Maksimovic et, punt 31.


12      Sentenzi Arblade et, punti 34 u 35; tal-24 ta’ Jannar 2002, Portugaia Construções (C-164/99, EU:C:2002:40, punt 19) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Portugaia Construções”), u tal-21 ta’ Settembru 2006, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-168/04, EU:C:2006:595, punt 37).


13      Sentenza Arblade et punt 80. Ara, bħala eżempju, is-sentenzi, Mazzoleni u ISA, punt 27; tal-25 ta’ Ottubtu 2001, Finalarte et (C-49/98, C-50/98, C-52/98 sa C-54/98 u C-68/98 sa C-71/98, EU:C:2001:564), punt 33; Portugaia Construções, punt 20; u tat-12 ta’ Ottubru 2004, Wolff & Müller (C-60/03, EU:C:2004:610; iktar ’il quddiem, is-“sentenza Wolff & Müller), punt 35.


14      Ara s-sentenza Seco u Desquenne & Giral, punt 10.


15      Ara s-sentenzi Guiot, punt 15; u Arblade et, punt 51.


16      Sentenza Wolff & Müller, punti 35, 36 u 41.


17      Punt 14.


18      Sentenza tat-3 ta’ Diċembru 2014, De Clercq et (C-315/13, EU:C:2014:2408, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata) (iktar’ il quddiem is-“sentenza De Clerq et”).


19      Sentenzi Maksimovic et, punt 26; u De Clercq et, punt 47.


20      Punt 50.


21      Punt 50.


22      Sentenza tal-14 ta’ Novembru 2018, Danieli & C. Officine Meccaniche et (C-18/17, EU:C:2018:904, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).


23      Sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-445/03, EU:C:2004:655, punt 24).


24      Din hija l-ipoteżi l-iktar frekwenti: impriża stabbilita fi Stat Membru tikkolloka l-ħaddiema tagħha, f’isimha u taħt it-tmexxija tagħha, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor bil-għan li tipprovdi servizzi transnazzjonali. Huwa konkluż kuntratt bejn l-impriża ta’ oriġini u l-benefiċjarju tal-provvista ta’ servizzi li jopera fi Stat Membru ieħor, sakemm ikun hemm relazzjoni ta’ impjieg bejn din l-impriża u l-ħaddiem matul il-perijodu tal-kollokament. Ara s-sentenzi tat-3 ta’ April 2008, Rüffert (C-346/06, EU:C:2008:189, punt 19) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Rüffert”), u tad-19 ta’ Diċembru 2019, Dobersberger (C-16/18, EU:C:2019:1110, punt 29) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Dobersberger”).


25      Premessa 13. Korsiv miżjud.


26      Sentenzi tat-12 ta’ Frar 2015, Sähköalojen ammattiliitto (C-396/13, EU:C:2015:86, punt 28) (iktar ’il quddiem is-sentenza “Sähköaloen ammattiliitto”), u tat-8 ta’ Diċembru 2007, Laval un Partneri (C-341/05, EU:C:2007:809, punti 74 u 76) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Laval un Partneri”).


27      Nirreferi, f’dan ir-rigward, għal Eckhard Voss, Michele Faioli, Jean-Philippe Lhernould, Feliciano Iudicone, Fondazione Giacomo, Posting of Workers Directive — current situation and challenges, European Parliament, 2016, http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/579001/IPOL_STU(2016)579001_EN.pdf; u Fotonopoulou Basurko, O., “Reflexiones en torno a la noción de habitualidad vs. temporalidad en las normas de derecho internacional privado del trabajo europeas”, f’Fotonopoulou Basurko, O., (coord.), El desplazamiento de trabajadores en el marco de la Unión europea: presente y futuro, Atelier, Barcelona, 2018, p. 258 sa 262.


28      Sentenzi tal-14 ta’ April 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-341/02, EU:C:2005:220, punti 25 sa 43), tas-7 ta’ Novembru 2013, Isbir (C-522/12, EU:C:2013:711, punti 39 sa 45) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Isbir”), u Sähköalojen ammattiliitto, punti 38 sa 70.


29      Sentenza Laval un Partneri, b’mod partikolari, punti 80 u 81.


30      Ibidem, punt 111.


31      Sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2007 (C-438/05, EU:C:2007:772).


32      Sentenzi tad-19 ta’ Ġunju 2008 (C-319/06, EU:C:2008:350).


33      Is-sentenza tas-17 ta’ Novembru 2015, RegioPost (C-115/14, EU:C:2015:760, punt 66), wasslet għal ċertu bdil ta’ orjentazzjoni peress li ddeċidiet li “l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, moqri flimkien mad-Direttiva 96/71, jippermetti lill-Istat Membru ospitanti li jipprevedi, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, regola imperattiva ta’ protezzjoni minima li tinsab fl-ewwel subparagrafu (c) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi l-osservanza mill-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra rata ta’ paga minima għall-benefiċċju tal-ħaddiema tagħhom ikkollokati fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti għall-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt pubbliku. Fil-fatt, tali regola tagħmel parti mil-livell ta’ protezzjoni li għandu jiġi ggarantit lill-imsemmija ħaddiema”.


34      Kilpatrick, C., “Laval’s regulatory conundrum: collective standard-setting and the Court’s new approach to posted worker”, European Law Review, Nru 6, 2009, p. 848; Rocca, M., Posting of Workers and Collective Labour Law: There and Back Apension. Between Internal Markets and Fundamental Rights, Intersentia, Amberes, 2015, p. 181 sa 204.


35      Ara l-analiżi ta’ Van Nuffel, P. U Afanasjeva, S. “The Posting Workers Directive revised: enhancing the protection of workers in the cross-border provision of services”, European Papers, 2018, Nru 2, p. 1411 sa 1413.


36      Perdisini, R. u Pallini, M. Exploring the fradulent contrating of work in the European Union, 2016, Eurofound, p. 9 sa 18.


37      Id-Direttiva 2014/67 indirizzat il-problemi marbuta mal-hekk imsejħa “kumpanniji letter box” u saħħet il-kapaċità tal-Istati Membri li jissorveljaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u li jiżguraw l-osservanza tar-regoli applikabbli. Hija telenka, inter alia, il-kriterji li juru l-eżistenza ta’ rabta reali bejn il-persuna li timpjega u l-Istat Membru ta’ stabbiliment, applikabbli wkoll sabiex jiġi ddeterminat jekk individwu jissodisfax id-definizzjoni ta’ ħaddiem ikkollokat.


38      Ara Marchal Escalona, N. “El desplazamiento de trabajadores en el marco de una prestación transnacional de servicios: hacia un marco normativo europeo más seguro, justo y especializado”, Revista de Derecho Comunitario Europeo, 2019, nru 1, p. 91 sa 95.


39      COM(2016) 128 final, tat-18 ta’ Marzu 2016, proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/71.


40      COM(2016) 505 final, tal-20 ta’ Lulju 2016, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Parlamenti nazzjonali dwar il-proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, fir-rigward tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, f’konformità mal-Protokoll Nru 2.


41      Ara l-analiżi ta’ Van Nuffel, P. U Afanasjeva, S. “The Posting Workers Directive revised: enhancing the protection of workers in the cross-border provision of services”, European Papers, 2018, Nru 3, p. 1411 sa 1416.


42      COM(2016) 815 final, tat-13 ta’ Diċembru 2016, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.


43      Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (ĠU 2019, L 186, p. 21).


44      Sentenza tat-3 ta’ Diċembru 2019 (C-482/17, EU:C:2019:1035) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill”).


45      Ibidem, punt 31.


46      Ibidem, punt 32.


47      Ibidem, punt 42.


48      Ibidem, punt 38.


49      Sentenza tal-21 ta’ Ġunju 2018, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C-5/16, EU:C:2018:483, punt 49).


50      Sentenza tas-27 ta’ Jannar 2000, DIR International Film et vs Il-Kummissjoni (C-164/98 P, EU:C:2000:48, punt 26).


51      Għaldaqstant, il-premessa 1: “[...] biex jiggarantixxu kondizzjonijiet ekwi għan-negozji u r-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema”. Din id-duwalità hija msemmija wkoll fil-premessa 4: id-Direttiva 2018/957 għandha l-għan li tirrevedi jekk id-Direttiva 96/71 “għadhiex tilħaq bilanċ ġust bejn il-ħtieġa tal-promozzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi u l-iżgurar ta’ kondizzjonijiet ekwi, min-naħa l-waħda, u l-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati [ikkollokati], min-naħa l-oħra”.


52      Fil-premessa 2 jinsab dan li ġej: “[i]l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tinkludi d-dritt tal-impriżi li jipprovdu servizzi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u li jistazzjonaw [jikkollokaw] lill-ħaddiema tagħhom temporanjament fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru għal dak l-iskop”.


53      Il-premessa 3 tafferma mill-ġdid l-għan tal-ġustizzja u tal-protezzjoni soċjali, li huwa intiż sabiex jipproteġi lill-ħaddiema kkollokati. Il-premessi 5 sa 9 wkoll għandhom effett fuq il-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati.


54      Dan huwa mtenni mill-ġdid fil-premessa 24: “Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ibbilanċjat fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-protezzjoni tal-ħaddiema stazzjonati [kkollokati], li huwa nondiskriminatorju, trasparenti u proporzjonat filwaqt li jirrispetta d-diversità tar-relazzjonijiet industrijali nazzjonali. Din id-Direttiva ma tipprevjenix l-applikazzjoni ta’ termini u ta’ kondizzjonijiet tax-xogħol li jkunu aktar favorevoli għall-ħaddiema stazzjonati”.


55      Denominazzjoni użata minn Marchal Escalona, N. “El desplazamiento de trabajadores en el marco de una prestación transnacional de servicios: hacia un marco normativo europeo más seguro, justo y especializado”, Revista de Derecho Comunitario Europeo, 2019, Nru 1, p. 96 sa 98.


56      Fil-punt (h) tiegħu huma inklużi, “il-kondizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tal-ħaddiema fejn ipprovduti minn min iħaddem lil ħaddiema li jkunu l-bogħod mill-post tax-xogħol regolari tagħhom”; u fil-punt (i) “allowances jew rimborż ta’ spejjeż biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ vjaġġar, tal-ikel u tal-alloġġ għal ħaddiema l-bogħod mid-dar għal raġunijiet professjonali”.


57      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU 2008, L 327, p. 9).


58      Punti 41 sa 44 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


59      Sentenza Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill, punt 42.


60      Ibidem, punti 38 u 39.


61      Sentenza tat-12 ta’ Frar 2015, Il-Parlament vs Il-Kunsill (C-48/14, EU:C:2015:91, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).


62      Sentenzi tal-15 ta’ April 2008, Impact (C-268/06, EU:C:2008:223, punti 123 u 124); u tat-13 ta’ Settembru 2007, Del Cerro Alonso (C-307/05, EU:C:2007:509), punti 39 u 40).


63      Sentenzi tad-19 ta’ Ġunju 2014, Specht et (C-501/12 sa C-506/12, C-540/12 u C-541/12, EU:C:2014:2005, punt 33); tal-15 ta’ April 2008, Impact (C-268/06, EU:C:2008:223, punt 125); u tat-13 ta’ Settembru 2007, Del Cerro Alonso (C-307/05, EU:C:2007:509, punt 41).


64      “Huwa fil-kompetenza tal-Istati Membri li jistabbilixxu regoli dwar ir-remunerazzjoni f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali. L-Istati Membri u s-sħab soċjali biss għandhom il-kompitu li jiffissaw il-pagi. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex ma jiġux imminati s-sistemi nazzjonali tal-iffissar tal-pagi jew il-libertà tal-partijiet involuti”.


65      Sentenza Isbir, punti 36 u 37.


66      Att iġarrab użu ħażin ta’ poter jekk ikun hemm indikazzjonijiet oġġettivi, rilevanti u konkordanti, li jkun ġie adottat esklużivament, jew tal-inqas b’mod determinanti, għal finijiet differenti minn dawk li għalihom ingħatat is-setgħa korrispondenti, jew biex tiġi evitata proċedura stabbilita speċifikament mit-TFUE sabiex jiġu indirizzati ċ-ċirkustanzi tal-każ (sentenzi tal-5 ta’ Mejju 2015, Spanja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-146/13, EU:C:2015:298, punt 56; u tas-16 ta’ April 2013, Spanja u L-Italja vs Il-Kunsill, C-274/11 u C-295/11, EU:C:2013:240, punt 33).


67      Sentenzi tat-2 ta’ Settembru 2015, Groupe Steria (C-386/14, EU:C:2015:524, punt 39); tas-26 ta’ Ottubru 2010, Schmelz (C-97/09, EU:C:2010:632, punt 50); u tat-18 ta’ Settembru 2003, Bosal (C-168/01, EU:C:2003:479, punti 25 u 26). Ara, b’analoġija, fir-rigward tal-moviment liberu tal-merkanziji, is-sentenzi tal-25 ta’ Ġunju 1997, Kieffer u Thill (C-114/96, EU:C:1997:316, punt 27); u tat-12 ta’ Lulju 2012, Association Kokopelli (C-59/11, EU:C:2012:447, punt 80).


68      Sentenza tat-13 ta’ Mejju 1997, Il-Ġermanja vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C-233/94, EU:C:2018:231, punt 17): “[…] l-Istati Membri jistgħu, f’ċerti ċirkustanzi, jadottaw jew iżommu miżuri li jostakolaw il-moviment liberu. Huma preċiżament dawn l-ostakoli li l-Artikolu 57(2) tat-Trattat jawtorizza lill-Komunità telimina permezz tal-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar l-aċċess għall-attivitajiet ta’ persuna li taħdem għal rasha u għall-eżerċizzju tagħhom. Minħabba li dawn huma miżuri ta’ koordinazzjoni, il-Komunità tqis l-interess ġenerali mfittex mill-Istati Membri differenti u tadotta livell ta’ protezzjoni ta’ dan l-interess li jidher aċċettabbli fil-Komunità”. [traduzzjoni mhux uffiċjali]


69      Sentenza Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill, punt 76.


70      Ibidem, punt 77 u l-ġurisprudenza ċċitata.


71      Ibidem, punt 78 u l-ġurisprudenza ċċitata.


72      Ibidem, punt 79 u l-ġurisprudenza ċċitata. Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, anness mat-TUE u mat-TFUE, l-abbozzi ta’ atti leġiżlattivi għandhom debitament jikkunsidraw in-neċessità li kull piż fuq l-operaturi ekonomiċi jitnaqqas kemm jista’ jkun u jkun proporzjonali għall-għan li għandu jintlaħaq.


73      Ibidem, punt 81 u l-ġurisprudenza ċċitata.


74      Is-sentenza tad-9 ta’ Awwissu 1994, Vander Elst (C-43/93, EU:C:1994:310, punt 16), tiddikjara li “[...] l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bħala prinċipju fundamentali tat-Trattat, tista’ tiġi limitata biss minn leġiżlazzjonijiet iġġustifikati mill-interess ġenerali u li japplikaw għal kull persuna jew impriża li teżerċita attività fl-Istat ta’ destinazzjoni, sa fejn dan l-interess ma huwiex imħares mir-regoli li għalihom il-fornitur huwa suġġett fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit [...]”. [traduzzjoni mhux uffiċjali]


75      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).


76      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 5, Vol. 5, p. 72), emendat bir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU 2009, L 284, p. 1, u r-rettifika fil-ĠU 2016, L 288, p. 58), u bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 (ĠU 2012, L 149, p. 4).


77      L-Artikolu 1(6) tagħha jagħti x’jifhem li liġi tal-impjieg hija “kwalunkwe dispożizzjoni legali jew kuntrattwali dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u r-relazzjoni bejn min jimpjega u l-ħaddiema, li l-Istati Membri japplikaw skond il-liġi nazzjonali li tirrispetta l-liġi Komunitarja”.


78      Sentenza Čepelnik, punti 29 sa 36.


79      Il-premessa 86 tad-Direttiva 2006/123 tikkonferma wkoll li din ir-regola ġenerali ta’ armonizzazzjoni fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi fis-suq intern ma testendix għall-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg li, skont id-Direttiva 96/71, japplikaw għall-ħaddiema kkollokati sabiex jipprovdu servizz fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.


80      Sentenza Arblade et, punt 34.


81      Sentenzi De Clercq et, punti 45 sa 47; u tas-7 ta’ Ottubru 2010, Santos Palhota et (C-515/08, EU:C:2010:589, punti 25 sa 27 u 45).


82      Sentenza Laval un Partneri, punt 80.


83      SWD(2016) 52 final, 8.3.2016, Commission Staff Working Document Impact Assessment accompanying the document Proposal for a Directive of the European Parliament and the Council amending Directive 96/71/EC concerning the posting of workers in the framework of the provision of services.


84      Sentenza Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill, punt 77.


85      L-eċċezzjoni hija ispirata mix-xewqa li tiġi mħeġġa, sa fejn huwa possibbli, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li jiġu evitati kumplikazzjonijiet amministrattivi inutili u għaljin u ta’ klassi oħra li ma humiex fl-interess tal-ħaddiema, la tal-impriżi, u lanqas l-amministrazzjonijiet tas-sigurtà soċjali.


86      Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU 2008, L 177, p. 6, u r-rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87).


87      L-unika eċċezzjoni għal din ir-regola hija prevista fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71, li jipprevedi li l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tax-xogħol tal-Istat ospitanti ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol iktar favorevoli għall-ħaddiema. Dan ifisser li l-ħaddiem ikkollokat jista’ jkompli jibbenefika mil-leġiżlazzjoni tax-xogħol u mill-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-pajjiż ta’ oriġini meta dawn ikunu iktar favorevoli minn dawk tal-Istat ospitanti. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Istat ospitanti għandu jirrikonoxxi l-validità tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ oriġini u mhux jimponi restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-kollokament tal-ħaddiema bil-għan li jitwettqu provvisti transnazzjonali ta’ servizzi.


88      Sentenza Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill, punt 77.


89      Sentenzi tat-22 ta’ Marzu 2007, Talotta (C-383/05, EU:C:2007:181, punt 18); u Laval un Partneri, punt 115.


90      Dan huwa nukleu ta’ regoli imperattivi ta’ protezzjoni minima applikabbli f’oqsma li fihom l-Istat ospitanti jista’ jeżiġi l-osservanza tad-dritt intern tiegħu (sentenzi Laval un Partneri, punt 59; u tad-19 ta’ Ġunju 2008, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, C-319/06, EU:C:2008:350, punt 26).


91      Enfasi miżjuda minni.


92      Punt 4.5.2 tad-Dokument SWD(2016) 52 final, tat-8 ta’ Marzu 2016.


93      Ara l-premessa 19 tad-Direttiva 2018/957.


94      Sentenzi tat-8 ta’ Ġunju 2010, Vodafone et (C-58/08, EU:C:2010:321, punt 51); tat-12 ta’ Lulju 2012, Association Kokopelli (C-59/11, EU:C:2012:447, punt 38); u tas-16 ta’ Ġunju 2015, Gauwiler et (C-62/14, EU:C:2015:40, punt 67).


95      Sentenzi Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill, punt 78; u tat-8 ta’ Lulju 2010, Afton Chemical (C-343/09, EU:C:2010:419, punt 46).


96      Dokument SWD(2016) 52 final, tat-8 ta’ Marzu 2016, p. 23 et seq.


97      Waqt is-seduta, il-Gvern Franċiż insista fuq dawn id-diffikultajiet prattiċi billi indika li fi Franza ssir distinzjoni bejn il-paga minima (SMIC) u r-“rati minimi ta’ ħlas” tad-Direttiva 96/71. Dawn tal-aħħar jinkludu, flimkien mal-paga minima, bonus għax-xogħol billejl u għall-perikolu, li għandhom jitħallsu wkoll lill-ħaddiema kkollokati.


98      Punti 38 sa 70.


99      Dokument SWD(2016) 52 final, tat-8 ta’ Marzu 2016, p. 10 u 11.


100      “[I]l-kompitu sabiex jiddefinixxi liema huma l-elementi li jikkostitwixxu l-kunċett ta’ salarju minimu, għall-applikazzjoni ta’ din id-direttiva, jaqa’ taħt id-dritt tal-Istat Membru tal-kollokazzjoni, sakemm din id-definizzjoni, kif din tirriżulta mil-leġiżlazzjoni jew mill-ftehimiet kollettivi nazzjonali rilevanti jew mill-interpretazzjoni li tingħata lilhom mill-qrati nazzjonali, ma jkollhiex l-effett li tostakola l-libertà li jiġu pprovduti servizzi bejn l-Istati Membri”. Sentenzi Sähköalojen ammattiliitto, punt 34; u Isbir, punt 37.


101      Sentenza Sähköalojen ammattiliitto, punt 39.


102      Ara Fondazione Giacomo Brodolini (FGB), Study on wage setting systems and minimum rates of pay applicable to posted workers in accordance with Directive 97/71/EC in a selected number of Member States and sectors, Final report, November 2015; Schiek, Oliver, Forde, Alberti, EU Social and Labour Rights and EU Internal Market Law, Study for the EMPL Committee, European Parliament, September 2015 (http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2015/563457/IPOL_STU%282015%29563457_EN.pdf);


103      Dokument SWD(2016) 52 final, tat-8 ta’ Marzu 2016, p. 11 sa 14.


104      “L-istazzjonar [il-kollokament] huwa ta’ natura temporanja. Il-ħaddiema stazzjonati [kkollokati] normalment jirritornaw lejn l-Istat Membru li minnu ġew stazzjonati wara li jkunu lestew ix-xogħol li għalih kienu ġew stazzjonati. Madankollu, minħabba d-durata twila ta’ xi stazzjonamenti [kollokamenti] u b’rikonoxximent tar-rabta bejn is-suq tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti u l-ħaddiema stazzjonati għal tali perijodi twal, fejn l-istazzjonament idum għal perijodi itwal minn 12-il xahar jenħtieġ li l-Istati Membri ospitanti jiżguraw li impriżi li jistazzjonaw [jikkollokaw] ħaddiema fit-territorju tagħhom jiggarantixxu lil dawk il-ħaddiema sett addizzjonali ta’ termini u kondizzjonijiet tal-impjieg li jkunu applikabbli b’mod obbligatorju għall-ħaddiema fl-Istat Membru fejn jitwettaq ix-xogħol. Dak il-perijodu jenħtieġ li jiġi estiż fejn il-fornitur tas-servizz jippreżenta notifika motivata.”


105      “Huwa neċessarju li tiġi żgurata protezzjoni akbar tal-ħaddiema biex tkun salvagwardata l-libertà li jiġu pprovduti, kemm fil-perijodu qasir kif ukoll dak fit-tul, servizzi fuq bażi ġusta, b’mod partikolari billi jiġi evitat l-abbuż tad-drittijiet garantiti mit-Trattati. Madankollu, ir-regoli li jiżguraw tali protezzjoni għall-ħaddiema ma jistgħux jaffettwaw id-dritt ta’ dawk impriżi li jistazzjonaw [jikkollokaw] ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li jinvokaw il-libertà li jipprovdu servizzi, inkluż f’każijiet fejn stazzjonament [kollokament] jaqbeż it-12-il xahar jew, fejn applikabbli, it-18-il xahar. Kwalunkwe dispożizzjoni applikabbli għal ħaddiema stazzjonati [kkollokati] fil-kuntest ta’ stazzjonament li jaqbeż it-12-il xahar jew, fejn applikabbli, it-18-il xahar għandha b’hekk tkun kompatibbli ma’ dik il-libertà. Skont każistika stabbilita, restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi huma permissibbli biss jekk ikunu ġustifikati minn raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku u jekk ikunu proporzjonati u neċessarji”.


106      Il-Kummissjoni rrakkomandat il-bidla tas-sistema legali għall-kuntratt individwali ta’ xogħol fil-każ ta’ ħaddiema kkollokati fit-tul, billi rrakkomandat li jiġi applikat fil-konfront tagħhom id-dritt tax-xogħol tal-pajjiż ospitanti. Ara l-Artikolu 2a tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2016) 128 final u l-analiżi tal-impatt SWD(2016) 52 final, p. 25.


107      Sentenzi Dobersberger, punt 24; u tat-22 ta’ Diċembru 2010, Yellow Cab Verkehrsbetrieb (C-338/09, EU:C:2010:814, punt 29).


108      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar tad-29 ta’ Lulju 2019, fil-kawża Dobersberger (C-16/18, EU:C: 2019: 638, punt 36).


109      Ara l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/71.


110      Ara l-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2014/67. Id-dikjarazzjoni konġunta annessa fl-att tas-seduta tal-Kunsill “Xogħol u Kwistjonijiet Soċjali” tal-24 ta’ Settembru 1996 (Dokument 10048/96 add. 1, tal-20 ta’ Settembru 1996, Anness C.1) jindika li mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 huma esklużi l-ħaddiema mobbli fil-qasam tat-trasport ferrovjarju, fuq l-art, bl-ajru jew fuq ix-xmajjar biss fejn ma jkunx hemm il-provvista ta’ servizzi transazzjonali bil-kollokament tal-ħaddiem.


111      Il-premessa 11 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU 2009, L 300, p. 72, u r-rettifika fil-ĠU 2018, L 241, p. 14), u l-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU 2009, L 300, p. 88, u r-rettifiki fil-ĠU 2015, L 272, p. 15, u fil-ĠU 2018, L 243, p. 21).


112      “Minħabba n-natura mobbli ħafna tal-ħidma fit-trasport internazzjonali bit-triq, l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva f’dak is-settur tqajjem kwistjonijiet u diffikultajiet legali partikolari, li għandhom jiġu indirizzati, fil-qafas tal-pakkett tal-mobbiltà, permezz ta’ regoli speċifiċi għat-trasport bit-triq ukoll bit-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u l-abbuż”.


113      L-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 għall-ħaddiema kkollokati fis-settur tat-trasport bit-triq hija s-suġġett ta’ analiżi fil-Kawża C-815/18, Federatie Nederlandse Vakbeweging, pendenti quddiem l-Awla Manja.


114      COM(2017) 278 final, tal-31 ta’ Mejju 2017, Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22 fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71 u d-Direttiva 2014/67 għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq.


115      Skont l-Artikolu 23 tar-Regolament Ruma I, “[...] dan ir-Regolament m’għandux jippreġudika l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja li, fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari, jistipulaw regoli tal-konflitt tal-liġijiet relatati ma’ obbligazzjonijiet kuntrattwali”.


116      Ara l-analiżi ta’ Van Hoek, A., “Re-embedding the transnational employment relationship: a tale about the limitations of (EU) law?”, Common Market Law Review, 2018, Nru 3, pp. 455 sa 460.


117      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża Sähköalojen ammattiliitto (C-396/13, EU:C:2014:2236, punti 47 sa 53).


118      Fir-realtà, id-Direttiva 96/71 ma tiħux post ir-Regolament Ruma I, iżda timponi l-artikolazzjoni taż-żewġ testi. Skont l-Artikolu 3(1) u (1a), “[l]-Istati Membri għandhom jiżguraw, irrispettivament minn liema liġi tkun tapplika għar-relazzjonijiet tal-impjieg [...]”, li jiġu applikati ċertu numru ta’ kundizzjonijiet ta’ xogħol fil-pajjiż ospitanti. Dan jimplika li għandha tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli għall-kuntratt tax-xogħol skont l-Artikolu 8 ta’ Ruma I, iżda li l-konsegwenzi tagħha jiġu llimitati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (1a) tad-Direttiva 96/71, li għall-kuntratt tax-xogħol jiġu applikati, fi kwalunkwe każ, ċerti kundizzjonijiet tax-xogħol irregolati mir-regoli tal-Istat ospitanti.


119      Ara d-Dokument COM(2005) 650 final, tal-15 ta’ Diċembru 2005, p. 24.


120      Skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jirrikjedi li r-regoli tad-dritt ikunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effett tagħhom, sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jorjentaw ruħhom f’sitwazzjonijiet u f’relazzjonijiet legali li jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (sentenza tal-5 ta’ Mejju 2015, Spanja vs Il-Kunsill, C-147/13, EU:C:2015:299, punt 79).


121      “Fejn impriża [...] tissostitwixxi ħaddiem stazzjonat [ikkollokat] b’ħaddiem stazzjonat ieħor li jwettaq l-istess xogħol fl-istess post, id-durata tal-istazzjonament [kollokament], għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, għandha tkun id-durata kumulattiva tal-perijodi ta’ stazzjonament tal-ħaddiema stazzjonati individwali kkonċernati”.


122      Dan ġie ddikjarat waqt is-seduta.