29.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 79/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Regeringsrätten (L-Iżvezja) fil-25 ta' Jannar 2008 — Skatteverket vs AB SKF
(Kawża C-29/08)
(2008/C 79/37)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Regeringsrätten.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skatteverket.
Konvenuta: AB SKF.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 2 u 4 tas-Sitt Direttiva Nru 77/388/KE (1) u l-Artikoli 2 u 9 tad-Direttiva 2006/112/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jikkostitwixxi tranżazzjoni suġġetta għat-taxxa t-trasferiment ta' l-ishma ta' sussidjarja minn persuna taxxabbli għall-provvista ta' servizzi suġġetti għat-taxxa li din tkun ipprovdiet lil din is-sussidjarja? |
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tikkonkludi li t-trasferiment jikkostitwixxi tranżazzjoni taxxabbli, din taqa' taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13B(d)(5) tad-Direttiva 77/388, u l-Artikolu 135(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 għat-tranżazzjonijiet ta' ishma? |
3) |
Indipendentement mir-risposti għaż-żewġ domandi ta' qabel, id-dritt ta' tnaqqis jista' jintuża bħala spejjeż imwettqa għall-bżonijiet tat-trasferimenti? |
4) |
Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, każ fejn it-trasferiment ta' l-ishma tas-sussidjarja jitqassam f'diversi okażjonijiet huwa rilevanti? |
(1) Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).
(2) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).