Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/22


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Regeringsrätten (L-Iżvezja) fil-25 ta' Jannar 2008 — Skatteverket vs AB SKF

(Kawża C-29/08)

(2008/C 79/37)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Regeringsrätten.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteverket.

Konvenuta: AB SKF.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 2 u 4 tas-Sitt Direttiva Nru 77/388/KE (1) u l-Artikoli 2 u 9 tad-Direttiva 2006/112/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jikkostitwixxi tranżazzjoni suġġetta għat-taxxa t-trasferiment ta' l-ishma ta' sussidjarja minn persuna taxxabbli għall-provvista ta' servizzi suġġetti għat-taxxa li din tkun ipprovdiet lil din is-sussidjarja?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tikkonkludi li t-trasferiment jikkostitwixxi tranżazzjoni taxxabbli, din taqa' taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13B(d)(5) tad-Direttiva 77/388, u l-Artikolu 135(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 għat-tranżazzjonijiet ta' ishma?

3)

Indipendentement mir-risposti għaż-żewġ domandi ta' qabel, id-dritt ta' tnaqqis jista' jintuża bħala spejjeż imwettqa għall-bżonijiet tat-trasferimenti?

4)

Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, każ fejn it-trasferiment ta' l-ishma tas-sussidjarja jitqassam f'diversi okażjonijiet huwa rilevanti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).