Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

KOKOTT

ippreżentati fit-2 ta’ Lulju 2009 1(1)

Kawża C-169/08

Presidente del Consiglio dei Ministri

vs

Regione autonoma della Sardegna

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (l-Italja)]

“Libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikolu 49 KE) – Għajnuna mill-Istat (Artikolu 87 KE) – Leġiżlazzjoni fiskali – Regione autonoma della Sardegna – Taxxa reġjonali fuq il-waqfiet qosra ta’ inġenji tal-ajru u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni għal skopijiet turistiċi – Ġbir tat-taxxa fil-konfront biss ta’ persuni li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mir-Reġjun – Protezzjoni tal-ambjent – Protezzjoni tas-saħħa – Koerenza tas-sistema fiskali – Żoni insulari”





I –    Introduzzjoni

1.        Dan il-każ huwa l-ewwel wieħed fejn il-Qorti tal-Ġustizzja qed tiġi adita b’talba għal deċiżjoni preliminari, skont l-Artikolu 234 KE, mill-Corte costituzionale Taljana (2).

2.        Il-kawża prinċipali tirrigwarda rikors dwar il-legalità kostituzzjonali sabiex tiġi vverifikata taxxa reġjonali tar-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna (3), li kienet tinġabar, mill-2006 sal-2008, kull sena matul il-perijodu mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru, fuq waqfiet qosra partikolari ta’ inġenji tal-ajru privati u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni. Madankollu, l-obbligu fiskali kien jirrigwarda biss il-persuni li ma kellhomx id-domiċilju fiskali tagħhom f’Sardegna; barra minn hekk, it-taxxa ma kinitx tinġabar, fost l-oħrajn, fuq waqfiet qosra tal-inġenji tal-baħar li kienu jsorġu f’Sardegna s-sena kollha.

3.        Il-Corte costituzionale għandha dubji fuq il-kompatibbiltà ta’ din il-leġiżlazzjoni fiskali ta’ Sardegna mad-dritt Komunitarju, u iktar speċifikament mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikolu 49 KE) u mal-projbizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat (Artikolu 87 KE). In-nuqqas ta’ konformità tat-taxxa mad-dritt Komunitarju huwa rilevanti anki għall-proċedura ta’ stħarriġ ta’ legalità kostituzzjonali quddiem il-Corte costituzionale, billi, skont id-dritt kostituzzjonali Taljan, id-dritt Komunitarju jagħmel parti mill-kriterju ta’ evalwazzjoni li għandu jiġi applikat f’dan il-kuntest.

II – Il-kuntest ġuridiku

A –    Id-dritt Komunitarju

4.        Il-kuntest leġiżlattiv Komunitarju tal-każ inkwistjoni huwa magħmul, minn naħa, mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u min-naħa l-oħra, minn dawk li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat.

5.        Il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi huwa stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 49 KE:

“Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt, ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi fil-Komunità għandhom jiġu projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat tal-Komunità li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi”.

6.        L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 50 KE jinkludi wkoll din id-definizzjoni:

“Servizzi fis-sens ta’ dan it-Trattat għandhom jitqiesu li jinkludu servizzi normalment mogħtija bi ħlas, sa fejn ma jkunux regolati minn dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital u tal-persuni”.

7.        It-taqsima tat-Trattat KE ddedikata lill-għajnuna mill-Istat hija introdotta bl-Artikolu 87(1) KE. Din id-dispożizzjoni tgħid hekk:

“Bla ħsara ta’ kull deroga kontemplata f’dan it-Trattat, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkomaptibbli mas-suq komuni”.

8.        Għall-kompletezza, hija meħtieġa referenza għall-Artikolu 88(3) KE:

“Il-Kummissjoni għandha tiġi informata, fil-ħin biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, dwar kull proġett biex tiġi mogħtija jew biex tiġi modifikata għajnuna. Jekk tikkunsidra li proġett bħal dak ma jkunx kompatibbli mas-suq komuni skond it-termini ta’ l-Artikolu 87, hija għandha mingħajr dewmien tibda l-proċedura prevista fil-paragrafu qabel dan. L-Istat Membru interessat ma jistgħax idaħħal fis-seħħ il-proġetti proposti tiegħu qabel ma dik il-proċedura ikollha deċiżjoni finali”.

B –    Id-dritt nazzjonali

9.        Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali huma ta’ rilevanza, flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kostituzzjoni Taljana, minn naħa, ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali u, min-naħa l-oħra, ċerti dispożizzjonijiet maħruġa mir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna.

1.      Il-Kostituzzjoni Taljana

10.      L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tal-Kostituzzjoni Taljana jipprovdi li:

“Il-poter leġiżlattiv huwa eżerċitat mill-Istat u mir-Reġjuni b’rispett lejn il-Kostituzzjoni, kif ukoll lejn il-limiti li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni Komunitarja u lejn l-obbligi internazzjonali”.

2.      Il-leġiżlazzjoni nazzjonali Taljana

11.      L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 743 tal-Codice della navigazione (4) Taljan ifisser il-kunċett ta’ inġenju tal-ajru kif ġej:

“Inġenju tal-ajru jfisser kull vettura intiża għat-trasport bl-ajru ta’ persuni jew ta’ oġġetti”.

12.      L-Artikolu 1(2) tal-Codice della nautica da diporto (5) Taljan, stabbilit bid-Digriet Legiżlattiv Nru 171 (6), tat-18 ta’ Lulju 2005, jiddefinixxi b’dan il-mod il-kunċett ta’ navigazzjoni għar-rikreazzjoni:

“Għall-finijiet ta’ dan il-Kodiċi navigazzjoni għar-rikreazzjoni tfisser dik magħmula f’ibħra marittimi u interni għal skopijiet sportivi jew rikreattivi u mingħajr skop ta’ lukru”.

13.      L-Artikolu 2(1) tal-Codice della nautica da diporto jikkonċerna l-użu kummerċjali tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, u jiddefinih kif ġej:

“L-inġenju tal-baħar għar-rikreazzjoni jintuża għal finijiet kummerċjali meta:

a)      huwa l-oġġett ta’ kuntratti ta’ kiri u ta’ noleġġ;

b)      jintuża għat-tagħlim professjonali tan-navigazzjoni għar-rikreazzjoni;

c)      jintuża miċ-ċentri għall-għadis jew għat-taħriġ taħt l-ilma bħala unità ta’ appoġġ għal min jipprattika l-għadis għal skop sportiv jew rikreattiv.”

3.      Il-leġiżlazzjoni reġjonali tar-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna

14.      Il-Liġi Nru 4 (7) tar-Reġjun ta’ Sardegna tal-11 ta’ Mejju 2006, (iktar ’il quddiem ukoll il-“Liġi Reġjonali Nru 4/2006”), kif emendata fl-2007 (8), għandha l-Artikolu 4 li ġej:

“(Taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra turistiċi tal-inġenji tal-ajru u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni)

1.      Mis-sena 2006 ġiet stabbilita taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra turistiċi tal-inġenji tal-ajru u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni.

2.      Il-kundizzjonijiet tat-taxxa huma:

a)      il-waqfiet qosra fl-ajruporti tat-territorju reġjonali tal-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali skont l-Artikolu 743 et seq. tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni maħsuba għat-trasport privat ta’ persuni fil-perijodu inkluż mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru;

b)      il-waqfiet qosra fil-portijiet, fil-postijiet ta’ nżul u fil-punti ta’ rmiġġ li jinsabu fit-territorju reġjonali u fiż-żoni ta’ rmiġġ attrezzati li jinsabu fl-ibħra territorjali tul il-kosta ta’ Sardegna tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni skont id-Digriet Leġiżlattiv Nru 171, tat-18 ta’ Lulju 2005 (Kodiċi tan-Navigazzjoni għar-rikreazzjoni) jew tal-inġenji tal-baħar użati għall-iskop ta’ rikreazzjoni, ta’ tul li jaqbeż l-14-il metru, imkejjel skont ir-regoli armonizzati EN/ISO/DIS 8666, skont l-Artikolu 3(b) tal-imsemmi digriet leġiżlattiv, fil-perijodu inkluż bejn l-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru.

3.      Il-persuna taxxabbli hija l-persuna fiżika jew ġuridika li għandha d-domiċilju fiskali tagħha barra mit-territorju reġjonali li tassumi l-eżerċizzju tal-inġenju tal-ajru […] jew li tassumi l-eżerċizzju tal-inġenju tal-baħar skont […].

4.       It-taxxa reġjonali stabbilita fl-paragrafu 2(a) hija dovuta għal kull waqfa qasira, dik stabbilita fil-paragrafu 2(b) hija dovuta kull sena.

5.      It-taxxa tiġi stabbilita b’dan il-mod:

a)      EUR 150 għall-inġenji tal-ajru li jistgħu jġorru sa erba’ passiġġieri;

b)      EUR 400 għall-inġenji tal-ajru li jistgħu jġorru minn ħames sa tnax-il passiġġier;

c)      EUR 1 000 għall-inġenji tal-ajru li jistgħu jġorru iktar minn tnax-il passiġġier;

d)      EUR 1 000 għad-dgħajjes li t-tul tagħhom huwa bejn 14 u 15.99 metru;

e)      EUR 2,000 għad-dgħajjes li t-tul tagħhom huwa bejn 16 u 19.99 metru;

f)      EUR 3 000 għad-dgħajjes li t-tul tagħhom huwa bejn 20 u 23.99 metru;

g)      EUR 5 000 għall-bastimenti li t-tul tagħhom huwa bejn 24 u 29.99 metru;

h)      EUR 10 000 għall-bastimenti li t-tul tagħhom huwa bejn 30 u 60 metru;

i)      EUR 15 000 għal bastimenti ta’ tul li jaqbeż is-60 metru.

Għall-inġenji tal-baħar b’mutur awżiljarju u għall-motorsailers it-taxxa titnaqqas b’50 fil-mija

6.      Huma eżenti mit-taxxa:

a)      id-dgħajjes li jagħmlu waqfa qasira biex jipparteċipaw f’regatti ta’ natura sportiva, f’ġemgħat ta’ dgħajjes antiki, ta’ dgħajjes monotip u f’manifestazzjonijiet tal-ibburdjar, anki jekk mhux kompetittivi, liema avveniment ikun diġà nnotifikat minn qabel lill-Awtorità marittima min-naħa tal-organizzaturi; […]

b)      l-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li jsorġu s-sena kollha fl-istrutturi tal-port reġjonali;

c)      waqfiet tekniċi, limitati għaż-żmien meħtieġ biex din issir.

[…]

7.      It-taxxa għandha titħallas:

a)      waqt il-waqfa qasira għall-inġenji tal-ajru skont il-paragrafu 2(a);

b)      fi żmien 24 siegħa minn meta jasal l-inġenju tal-baħar, fil-postijiet tal-inżul, fil-punti u fiż-żoni tal-irmiġġ li jinsabu matul il-kosta ta’ Sardegna;

permezz ta’ modalitajiet li għandhom jiġu preskritti […].

[…]”.

15.      Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li, wara li saret emenda fl-2008 tal-liġi reġjonali msemmija iktar ’il fuq, saru persuni taxxabbli anki l-persuni li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom f’Sardegna; fl-2009, it-taxxa kkontestata tħassret kompletament (9). Madankollu, f’din il-kawża qed tiġi vverifikata t-taxxa reġjonali fil-verżjoni preċedenti tagħha li tmur lura għall-2007.

III – Il-kawża prinċipali

16.      Quddiem il-Corte costituzionale Taljana hemm pendenti kawża dwar il-legalità kostituzzjonali magħmula mill-Presidente del Consiglio dei ministri (President tal-Kunsill tal-Ministri) kontra diversi dispożizzjonijiet maħruġa mir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna (10) intiża sabiex tiġi vverifikata l-legalità kostituzzjonali ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Fost dawn id-dispożizzjonijiet hemm ukoll l-Artikolu 4 tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006, kif emendat fl-2007.

17.      Fil-kawża prinċipali qed jiġi allegat li din l-aħħar dispożizzjoni ma tosservax il-limiti tad-dritt Komunitarju, li għalihom huwa suġġett il-poter leġiżlattiv Taljan skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tal-Kostituzzjoni. Fl-ewwel lok qed jiġi lmentat li hemm ksur tal-Artikolu 49 KE u, fit-tieni lok, ksur tal-Artikolu 81 KE, moqri flimkien mal-Artikoli 3(1)(g) KE u 10 KE, u fit-tielet lok, ksur tal-Artikolu 87 KE.

18.      Il-Corte costituzionale, fil-fażi attwali tal-kawża, qiegħda teżamina biss il-ksur ikkontestat tal-Artikoli 49 KE u 87 KE. Fir-rigward tal-ksur allegat tal-Artikolu 81 KE, moqri flimkien mal-Artikoli 3(1)(g) KE u 10 KE, il-Corte costituzionale tissuġġettah għal kif tiżvolġi suċċessivament il-kawża. Għaldaqstant, għall-mument, hija eskludiet espressament dawn l-aħħar dispożizzjonijiet mill-iskop tad-deċiżjoni tagħha tar-rinviju f’din it-talba għal deċiżjoni preliminari.

IV – Id-domanda preliminari u l-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

19.      Bid-Digriet Nru 103/2008, tat-13 ta’ Frar 2008 (11), li wasal fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-21 ta’ April 2008, il-Corte costituzionale ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri dwar il-legalità kostitituzzjonali quddiemha u li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja l-erba’ domandi preliminari li ġejjin:

a)      L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regola, bħal dik stabbilita fl-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 4 tar-Reġjun ta’ Sardegna tal-11 ta’ Mejju 2006 (Disposizioni varie in materia di entrate, riqualificazione della spesa, politiche sociali e di sviluppo), fil-verżjoni li tirriżulta mill-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 2 tar-Reġjun ta’ Sardegna tad-29 ta’ Mejju 2007 (Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale della Regione — Legge finanziaria 2007), li tipprovdi li t-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra ta’ inġenji tal-ajru għal skopijiet turistiċi hija imposta biss fuq l-impriżi li għandhom domiċilju fiskali barra mit-territorju tar-Reġjun ta’ Sardegna u li joperaw inġenji tal-ajru li jużaw huma stess għat-trasport ta’ persuni fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni ġenerali għal skopijiet ta’ kummerċ?

b)      L-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 4 tar-Reġjun ta’ Sardegna tal-2006, fil-verżjoni li tirriżulta mill-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 2 tar-Reġjun ta’ Sardegna tal-2007, meta jipprovdi li t-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra ta’ inġenji tal-ajru għal skopijiet turistiċi għandha tkun imposta biss fuq l-impriżi li għandhom domiċilju fiskali barra mir-Reġjun ta’ Sardegna u li joperaw inġenji tal-ajru huma stess għat-trasport ta’ persuni fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni ġenerali għal skopijiet ta’ kummerċ, jikkostitwixxi – fis-sens tal-Artikolu 87 KE – għajnuna mill-Istat għall-impriżi li jeżerċitaw l-istess attività bid-domiċilju fiskali tagħhom fit-territorju tar-Reġjun ta’ Sardegna?

ċ)      L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regola, bħal dik stabbilita fl-istess Artikolu 4 tal-Liġi Nru 4 tar-Reġjun ta’ Sardegna tal-2006, fil-verżjoni li tirriżulta mill-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 2 tar-Reġjun ta’ Sardegna tal-2007, li tipprovdi li t-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni għal skopijiet turistiċi għandha tkun imposta biss fuq l-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju tar-Reġjun ta’ Sardegna li joperaw inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni u li l-attività kummerċjali tagħhom tikkonsisti fil-provvista ta’ tali inġenji lil terzi?

d)      L-istess Artikolu 4 tal-Liġi Nru 4 tar-Reġjun ta’ Sardegna tal-2006, fil-verżjoni li tirriżulta mill-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 2 tar-Reġjun ta’ Sardegna tal-2007, meta jipprovdi li t-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni għal skopijiet turistiċi għandha tkun imposta biss fuq l-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju tar-Reġjun ta’ Sardegna li joperaw inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni u li l-attività kummerċjali tagħhom tikkonsisti fil-provvista ta’ tali inġenji lil terzi, jikkostitwixxi – fis-sens tal-Artikolu 87 KE – għajnuna mill-Istat għall-impriżi li jeżerċitaw l-istess attività b’domiċilju fiskali fit-territorju tar-Reġjun ta’ Sardegna?

20.      Fil-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna, il-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Il-Qorti tal-Ġustizzja ordnat li ma jkunx hemm il-fażi orali wara li r-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna, kuntrarjament għat-talba oriġinali tiegħu, iddeċieda li ma jipparteċipax u lanqas il-partijiet intervenjenti l-oħra fil-kawża ma riedu jitrattaw oralment.

V –    Kunsiderazzjonijiet

A –    Osservazzjonijiet preliminari

21.      Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrappreżenta żvolta fil-ġurisprudenza tal-Corte costituzionale Taljana. Billi sa issa hija kienet ċaħdet l-istatus ġurisdizzjonali tagħha skont l-Artikolu 234 KE (12), issa hija qed tidħol fiċ-ċirku tal-qrati kostituzzjonali nazzjonali li għandhom relazzjoni ta’ kooperazzjoni attiva mal-Qorti tal-Ġustizzja (13).

22.      Dan il-każ juri b’mod partikolarment ċar li anki fil-kawżi quddiem il-qrati kostituzzjonali nazzjonali jistgħu jqumu kwistjonijiet ta’ dritt Komunitarju li jirriżultaw determinanti sabiex tiġi deċiża l-kwistjoni kostituzzjonali rispettiva. B’hekk, il-Kostituzzjoni Taljana, fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tagħha, tobbliga espressament lill-poter leġiżlattiv sabiex jirrispetta l-limiti li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni Komunitarja. B’dan il-mod id-dritt Komunitarju jsir, kif tipprovdi l-Corte costituzionale Taljana (14), l-“element kostituttiv tal-parametru ta’ kostituzzjonalità” fir-rikors għal-legalità kostituzzjonali fil-kawża prinċipali u “jikkonkretizza” r-rekwiżiti imposti mill-Kostituzzjoni fuq il-leġiżlatur.

23.      Anki mingħajr inkorporazzjoni espressa simili, id-dritt Komunitarju jista’ jkun rilevanti biex jiġu deċiżi kwistjonijiet ta’ dritt Kostituzzjonali, pereżempju meta, f’kawża dwar legalità Kostituzzjonali, id-deċiżjoni tkun tiddependi minn liema effetti att ġuridiku Komunitarju jimmira li jikseb jew liema marġni ta’ diskrezzjoni, li jista’ jiġi mistħarreġ mill-aspett Kostituzzjonali, iħalli dak l-att lill-leġiżlatur nazzjonali.

24.      Fil-fatt, anki f’dan il-każ, din il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-leġiżlatur nazzjonali għandha interess ċentrali: il-Corte costituzionale hija obbligata tiċċara jekk ir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna, meta daħħal it-taxxa reġjonali kkontestata, qabiżx il-poter diskrezzjonali tiegħu taħt id-dritt Komunitarju. Jeħtieġ li jiġi evalwat jekk leġiżlazzjoni bħal-leġiżlazzjoni ta’ Sardegna, li tgħid li taxxa fuq waqfiet qosra partikolari tal-inġenji tal-ajru u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni tiġi imposta biss fuq dawk li ma humiex residenti, hijiex kompatibbli mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u mal-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

25.      Dawn id-domandi ma sarux neċessarjament irrilevanti lanqas wara t-tħassir totali tat-taxxa reġjonali kkontestata fl-2009. Fil-fatt, għall-perijodu preċedenti, jista’ jibqa’ interessanti li jiġi speċifikat jekk is-sitwazzjoni legali li kienet fis-seħħ dakinhar kinitx kompatibbli mad-dritt Komunitarju, mhux l-inqas minħabba l-eżitu ta’ kwistjonijiet possibbli pendenti bejn persuni taxxabbli individwali u l-amministrazzjoni tat-taxxa tar-Reġjun ta’ Sardegna.

B –    Id-domandi li jirrigwardaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (l-ewwel u t-tielet domandi preliminari)

26.      Bl-ewwel u t-tielet domandi, il-Corte costituzionale tistaqsi, essenzjalment, jekk il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikolu 49 KE) tipprekludix leġiżlazzjoni reġjonali ta’ reġjun awtonomu, li tipprovdi li taxxa fuq waqfa qasira turistika tal-inġenji tal-ajru u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, għandhiex tkun imposta biss fuq l-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju ta’ dan ir-reġjun, u mhux fuq l-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom f’dan l-istess reġjun.

1.      Determinazzjoni tas-servizzi kkonċernati

27.      Leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna tista’ tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet Komuntarji li jirrigwardaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi biss jekk tirrigwarda servizzi fis-sens tat-Trattat KE.

28.      Il-kunċett ta’ servizzi huwa ddefinit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 50 KE (15). Skont din id-dispożizzjoni, jiġu kkunsidrati bħala servizzi s-servizzi pprovduti normalment bi ħlas (16), sa fejn ma jkunux irregolati minn dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital u tal-persuni.

29.      Bl-għan li jiġi stabbilit jekk u sa fejn provvisti bħal dawn humiex ikkonċernati f’dan il-każ, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-waqfa qasira tal-inġenji tal-ajru u l-waqfa qasira tal-inġenji tal-baħar li t-taxxa reġjonali hija dovuta rispettivament għalihom.

a)      Il-waqfa qasira tal-inġenji tal-ajru u l-konnessjoni tagħha mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi

30.      Għal dak li jikkonċerna t-traffiku bl-ajru, it-taxxa reġjonali ta’ Sardegna hija dovuta biss għall-waqfa qasira tal-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali, maħsuba għat-trasport privat ta’ persuni [Artikolu 4(2)(a) tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006].

31.      Miċ-ċirkustanza li l-fatt li jiġġenera t-taxxa huwa limitat għall-avjazzjoni ġenerali u għat-trasport privat tal-persuni jidher, skont l-informazzjoni mogħtija mill-qorti tar-rinviju (17), li l-leġiżlazzjoni fiskali ta’ Sardegna tirrigwarda, b’mod partikolari, il-waqfa qasira tal-avjazzjoni għal skopijiet ta’ kummerċ li ssir bi trasport mingħajr ħlas għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-attività kummerċjali ta’ impriża. Barra minn hekk, hija tirrigwarda biss titjiriet li ġeneralment ma jaqgħux taħt attivitajiet ta’ noleġġ pubbliku (18).

32.      B’mod iktar ġenerali, it-taxxa reġjonali ta’ Sardegna tirrigwarda, għalhekk, biss waqfa qasira ta’ inġenji tal-ajru privati (“jets privati” u “executive jets”). Is-servizzi ta’ trasport ipprovduti minn dawn l-inġenji tal-ajru ma jistgħux, bħala regola, jiġu kkunsidrati servizzi fis-sens tad-dritt Komunitarju, billi, fir-rigward tagħhom ma jsir l-ebda ħlas mill-utent lill-operatur tal-inġenju tal-ajru. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-utent u l-operatur tal-inġenju tal-ajru saħansitra jkunu l-istess.

33.      L-attività klassika tal-kumpanniji tal-ajru u tal-organizzaturi ta’ vjaġġi turisitiċi, li jittrasportaw persuni għal finijiet kummerċjali u bi ħlas minn u lejn Sardegna, u b’dan il-mod jiġu pprovduti servizzi, jidher li ma hijiex suġġetta għat-taxxa reġjonali; dan jirriżulta mil-limitazzjoni tal-fatt li jiġġenera t-taxxa fuq it-trasport privat, jiġifieri ma jaqax taħt l-attività ta’ noleġġ pubbliku.

34.      Mis-sempliċi fatt li s-servizz effettiv ta’ trasport bl-ajru ma jikkostitwixxix, f’din il-kawża, servizz fis-sens tad-dritt Komunitarju, ma jistax madankollu jiġi dedott li leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna ma għandha l-ebda konnessjoni mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

35.      Minn naħa, jeħtieġ li jiġi mfakkar li l-Artikoli 49 KE u 50 KE ma jiggarantux biss il-libertà attiva li jiġu pprovduti servizzi; pjuttost, mill-ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tinkludi wkoll il-libertà tad-destinatarji tas-servizzi li jmorru fi Stat Membru ieħor biex jibbenefikaw minn dawn is-servizzi hemmhekk (19). Din il-libertà passiva li jiġu pprovduti servizzi hija dejjem rilevanti meta operatur tal-ajruplan stabbilit f’pajjiż barrani jieqaf bl-inġenju tal-ajru tiegħu f’ajruport jew mitjar ta’ Sardegna, fejn normalment juża diversi servizzi, fosthom, pereżempju, minbarra l-użu tar-runway, is-servizzi ta’ pilotaġġ, ir-riforniment u l-proviżjonijiet tal-ajruplan kif ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni eventwali.

36.      Min-naħa l-oħra, anki l-persuni li jinġarru abbord jets privati jew executive jets minn pajjiż barrani għal Sardegna jmorru hemmhekk, ġeneralment, biex jagħtu servizz jew biex jiġu pprovduti servizz. Dan japplika mhux biss għal min jivvjaġġa għan-negozju imma għat-turisti wkoll (20). Mit-titolu uffiċjali tal-leġiżlazzjoni fiskali [“Taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra turistiċi (…)”] jirriżulta li din tirriferi prinċipalment għall-inġenji tal-ajru privati li jittrasportaw turisti f’Sardegna.

37.      Għalhekk, għalkemm it-trasport ta’ persuni abbord inġenji tal-ajru privati ta’ operaturi barranin suġġetti għat-taxxa reġjonali ma jirrappreżentax, bħala tali, servizz taħt l-Artikoli 49 KE u 50 KE, il-waqfa qasira ta’ dawn l-inġenji tal-ajru tikkostitwixxi madankollu l-kundizzjoni meħtieġa biex jiġu pprovduti jew użati servizzi fuq il-post, kemm min-naħa tal-operatur tal-inġenju tal-ajru kif ukoll min-naħa tal-persuni ttrasportati. Minn din il-perspettiva, għalhekk, leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna tippreżenta konnessjoni konsiderevoli mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (21).

b)      Il-waqfa qasira minn inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni u l-konnessjoni tagħha mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi

38.      Fir-rigward tat-trasport marittimu, it-taxxa reġjonali Sarda hija imposta fuq l-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni u l-inġenji użati għal skopijiet ta’ divertiment, meta dawn l-inġenji jkollhom tul li jaqbeż l-14-il metru [Artikolu 4(2)(b) tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006]. Kif tgħid il-qorti tar-rinviju, din it-taxxa tapplika anki għall-impriżi, u b’mod partikolari għal dawk li l-attività tagħhom tikkonsisti fit-trasferiment lil terzi ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni jew ta’ inġenji tal-baħar użati għal finijiet turistiċi.

39.      Għalhekk, pereżempju, impriża ta’ noleġġ ta’ dgħajjes tista’ tikri inġenji tal-baħar lil terzi, u skola nawtika jew tal-għadis tista’ toffri korsijiet, bi ħlas, fuq inġenji li hija tiġġestixxi (22). Ma hemmx għalfejn jingħad iktar li dawn l-attivitajiet jikkostitwixxu servizzi skont l-Artikoli 49 KE u 50(1) KE (23).

40.      Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi japplika biss jekk impriża stabbilita f’pajjiż barrani tipprovdi servizzi simili f’Sardegna. Jeħtieġ li jkun hemm referenza transnazzjonali (24). Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma tapplikax f’ċirkustanzi purament interni (25).

41.      F’dan il-każ, it-taxxa reġjonali kkontestata hija imposta biss, skont l-Artikolu 4(3) tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006, fir-rigward ta’ operaturi ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna. Anki jekk din id-dispożizzjoni tirreferi prinċipalment għall-operaturi ta’ inġenji tal-baħar stabbiliti f’reġjuni Taljani oħra, hija tirrigwarda f’kull każ anki suġġetti li joperaw inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni stabbiliti fi Stati Membri oħra, bħal, pereżempju, dawk li jkollhom is-sede tagħhom fi Franza, fil-gżira viċina ta’ Corsica (26).

42.      Jekk, pereżempju, impriża stabbilita f’Corsica tikri inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni lil persuni privati, li jkollhom il-ħsieb li jagħmlu waqfa qasira bihom fil-portijiet ta’ Sardegna, jew inkella jirmiġġaw fl-ibħra tal-kosta Sarda, mill-inqas parti mis-servizz tiġi eżegwita mhux f’Corsica, imma f’Sardegna; b’dan il-mod teżisti provvista ta’ servizzi li tippreżenta referenza transnazzjonali (27).

43.      Ir-referenza transnazzjonali hija iktar evidenti meta organizzatur ta’ vjaġġi turistiċi f’Corsica jopera eskursjonijiet bid-dgħajjes tiegħu minn din il-gżira lejn Sardegna, jew meta skola tal-għadis toffri fuq id-dgħajjes tagħha korsijiet li matulhom ikunu previsti waqfiet qosra fil-portijiet ta’ Sardegna jew l-irmiġġ fl-ibħra tal-kosta tar-reġjun (28).

44.      F’dan il-kuntest huwa irrilevanti minn liema Stati jiġu minn żmien għal żmien il-klijenti ta’ dawn l-impriżi. Fil-fatt, l-Artikolu 49 KE japplika kull darba li persuna toffri s-servizzi tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru differenti minn dak fejn hija stabbilita, ikun liema jkun il-post fejn huma stabbiliti l-persuni li jirċievu dawn is-servizzi (29).

45.      Għal raġunijiet ta’ kompletezza għandu jiġi mfakkar li d-dgħajjes ġestiti minn persuni li ma humiex residenti, meta jagħmlu waqfa qasira f’Sardegna, jużaw ukoll l-istrutturi tal-portijiet lokali (30), u li l-persuni trasportati abbord dawn id-dgħajjes jistgħu eventwalment jisfruttaw il-waqfa qasira f’Sardegna għal skopijiet turistiċi. Anki f’dan il-każ, kif intqal diġà, wieħed ikun qed jibbenefika wkoll mill-provvista tas-servizzi (31).

46.      Kif juru dawn l-eżempji kollha, leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna, tippreżenta konsegwentement konnessjoni mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi anki billi tikkontempla l-waqfa qasira tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni u tal-inġenji użati bl-iskop ta’ divertiment f’Sardegna (32).

2.      Ir-restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi

47.      Il-fatt li leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna tagħmel distinzjoni skont id-domiċilju fiskali tal-persuni taxxabbli jista’, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, iwassal għal eżami tal-kompatibbiltà tagħha mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-aspett ta’ diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq iċ-ċittadinanza. Diskriminazzjoni ta’ dan it-tip tippresupponi l-possibbiltà li l-leġiżlazzjoni fiskali kkontestata jkollha impatt ikbar fuq il-barranin milli fuq iċ-ċittadini nazzjonali (33). Madankollu, f’dan il-każ bl-ebda mod ma huwa ċert li n-numru ta’ persuni taxxabbli jkun magħmul l-iktar minn ċittadini ta’ Stati Membri oħra. Fil-fatt għandu jingħad li fost dawk li ma humiex residenti li jaslu bl-ajruplani u d-dgħajjes tagħhom f’Sardegna jkun hemm ukoll ħafna persuni fiżiċi u legali, li għandhom sempliċement id-domiċilju fiskali tagħhom f’reġjun ieħor Taljan; fil-parti l-kbira tal-każijiet dawn huma ċittadini Taljani. Fid-dawl ta’ dawn il-fatti, l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq iċ-ċittadinanza tidher, f’dan il-każ, kemmxejn improbabbli (34).

48.      Skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jinkludi, madankollu, mhux biss projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, iżda wkoll projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet. Jirriżulta li l-Artikolu 49 KE jeħtieġ mhux biss l-eliminazzjoni ta’ kull diskriminazzjoni kontra l-fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor ibbażata fuq iċ-ċittadinanza, iżda wkoll it-tneħħija ta’ kwalunkwe restrizzjoni – anki jekk din tapplika mingħajr distinzjoni għall-fornituri nazzjonali u dawk ta’ Stati Membri oħra – meta hija ta’ natura li tipprojbixxi, tfixkel jew tagħmel inqas attraenti l-attivitajiet tal-fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, fejn dan jipprovdi servizzi simili legalment (35).

49.      Anki miżura fiskali nazzjonali li tostakola l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tista’ tiġi pprojbita skont l-Artikolu 49 KE, kemm jekk tinħareġ mill-istess Stat u kemm jekk tinħareġ minn korp territorjali (36).

50.      Mandankollu l-imposti u t-taxxi ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi minħabba l-fatt li, b’mod ġenerali, jagħmlu l-provvista ta’ servizz tiswa iktar (37). F’dan is-sens, anki l-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li l-Artikolu 49 KE ma jsemmix miżuri li l-effett tagħhom huwa biss li joħloq spejjeż addizzjonali għall-provvista inkwistjoni u li jaffettwaw bl-istess mod il-provvista ta’ servizzi fost l-Istati Membri u fuq dik interna ta’ Stat Membru (38).

51.      Madankollu ma ġarax hekk f’dan il-każ.

52.      Taxxa reġjonali bħal dik ta’ Sardegna, li hija applikata biss lil dawk li ma humiex residenti, tirrappreżenta għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru privati u inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li jkollhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra minn Sardegna fattur ta’ spiża addizzjonali, li l-kompetituri tagħhom li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom f’Sardegna ma jkollhomx. Għalhekk għal dawk li ma humiex residenti ikun iktar għoli milli għar-residenti li jagħmlu waqfa f’Sardegna bl-inġenji tal-ajru privati u l-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni tagħhom. Għall-istess raġuni, il-noleġġ lil terzi ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni jirriżulta wkoll iktar għoli u, għalhekk, iktar diffiċli għall-operaturi ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li ma humiex residenti milli għar-residenti. Għalhekk anki t-turisti jkunu skoraġġati milli jirmiġġaw fl-ibħra tal-kosta u fil-portijiet Sardi b’dgħajsa mikrija barra minn Sardegna.

53.      Leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna għandha b’hekk diversi effetti fuq il-provvista u l-kisba ta’ servizzi marbuta ma’ dawn it-titjiriet u eskursjonijiet b’inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni skont jekk l-operatur tal-inġenju tal-ajru jew tal-inġenju tal-baħar għar-rikreazzjoni għandux id-domiċilju fiskali tiegħu fir-Reġjun ta’ Sardegna jew barra minn dan ir-Reġjun (39).

54.      Mill-perspettiva tad-dritt Komunitarju, leġiżlazzjoni ta’ dan it-tip ma tistax tiġi kkritikata sa fejn tinteressa biss il-moviment nazzjonali tas-servizzi bejn Sardegna u r-reġjuni l-oħra Taljani, billi d-dritt Komunitarju, kif intqal iktar ’il fuq, ma japplikax f’dawn iċ-ċirkustanzi purament interni (40).

55.      Madankollu, meta leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna jkollha effetti fuq il-moviment transkonfinali tas-servizzi – pereżempju fuq il-moviment tas-servizzi bejn Sardegna u l-gżira Franċiża ta’ Corsica – din tagħmilha iktar diffiċli għall-provvista tas-servizzi bejn l-Istati Membri milli l-provvista tas-servizzi ġewwa Stat Membru wieħed, jew parti minnu, f’dan il-każ fl-intern tar-Reġjun ta’ Sardegna (41).

56.      Anki jekk differenza ta’ trattament bħal din mill-perspettiva fiskali ma twassalx għal diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza (42), hija madankollu tikkostitwixxi ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantita mill-Artikolu 49 KE (43) u għandha għalhekk tiġi kkunsidrata bħala restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

3.      Fuq il-ġustifikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna

57.      Għandu jiġi eżaminat ukoll jekk ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi li ġew ikkonstatati humiex iġġustifikati, kif sostna b’insistenza r-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna.

58.      Fin-nuqqas ta’ miżuri Komunitarji ta’ armonizzazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tista’ tiġi llimitata minn leġiżlazzjonijiet nazzjonali ġġustifikati minn raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 46(1) KE moqri flimkien mal-Artikolu 55 KE jew minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali (44).

59.      F’dan il-każ, ir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna jsostni, essenzjalment, żewġ ġustifikazzjonijiet: il-protezzjoni tal-ambjent u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

60.      Ma huwiex obbligu tal-Qorti tal-Ġustizzja iżda tal-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fil-ħruġ tal-leġiżlazzjoni fiskali kkontestata, ġiex segwit dan l-għan u mhux oħrajn (45). Iktar ’il quddiem ser nassumi li r-raġunijiet determinanti għal-leġiżlatur reġjonali kienu effettivament il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa.

a)      Il-protezzjoni tal-ambjent

61.      Hekk kif il-Komunità hija obbligata li tinkludi r-rekwiżiti marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent fid-definizzjoni u fl-implementazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha (ara, b’mod partikolari, l-Artikoli 2 KE u 6 KE) (46), hija tippermetti wkoll li l-Istati Membri jsegwu għanijiet ambjentali. Skont ġurisprudenza stabbilita, il-protezzjoni tal-ambjent hija għalhekk aċċettata bħala raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, li abbażi tagħha jistgħu jiġu ġġustifikati r-restrizzjonijiet, stabbiliti mill-Istati Membri, għall-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat KE (47).

i)      L-għan ta’ politika ambjentali tal-leġiżlazzjoni fiskali

62.      Ir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna jsostni li l-leġiżlazzjoni fiskali kkontestata hawnhekk hija mmotivata minn raġunijiet ta’ protezzjoni ambjentali u li għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tal-isforzi kumplessivi ta’ dan il-korp territorjali fis-setturi tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-pajsaġġ kif ukoll tal-protezzjoni tal-beni kulturali tiegħu.

63.      Id-diversi inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni u d-diversi inġenji tal-ajru li kull sena jagħmlu waqfiet turistiċi f’Sardegna jikkawżaw, skont ir-Reġjun, tniġġis ambjentali konsiderevoli. B’mod speċjali, il-kosti ta’ Sardegna, li fuqhom tikkonċentra l-parti l-kbira tat-turiżmu lokali, huma esposti għal dan it-tniġġis.

64.      It-taxxa inkwistjoni, li hija imposta fuq il-waqfiet qosra turistiċi tal-inġenji tal-ajru privati u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, hija intiża, skont ir-Reġjun, biex tikseb qligħ li jippermettilha żżid il-miżuri maħsuba għall-protezzjoni u għar-ripristinar għall-istat naturali tar-riżorsi ambjentali li ssirilhom il-ħsara mit-turiżmu, prinċipalment fiż-żoni tal-kosta li jintlaqtu b’mod partikolari.

65.      Kif isostni barra minn hekk ir-Reġjun, bit-taxxa jintlaħaq effett ta’ inċentiv: minn naħa, hemm l-għan li kumplessivament ikun hemm inqas okkupazzjoni taż-żoni tal-kosta, u min-naħa l-oħra, hemm l-għan ta’ tqassim aħjar tal-flussi turistiċi matul is-sena, u għalhekk din it-taxxa tinġabar biss fil-perijodu ta’ influss ikbar turistiku, jiġifieri mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru iżda mhux fl-istaġuni tas-sena li jkunu interessati inqas mit-turiżmu. B’dan il-mod hemm l-intenzjoni li jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli tat-turiżmu fir-reġjun.

66.      Ir-Reġjun jenfasizza wkoll li l-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni hija bbażata fuq il-prinċipju li “min iniġġes iħallas”.

67.      Leġiżlazzjoni fiskali li hija bbażata fuq kunsiderazzjonijiet ta’ din in-natura mingħajr dubju għandha għan leġittimu ta’ politika ambjentali.

ii)    Eżami tal-modalitajiet konkreti tal-leġiżlazzjoni fiskali

68.      Il-kompatibbiltà mar-rekwiżiti tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (l-Artikolu 49 KE) ta’ leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna tiddependi, madankollu, fuq il-modalitajiet konkreti tagħha. Irrispettivament mill-eżistenza ta’ għan leġittimu li jikkorrispondi għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, il-ġustifikazzjoni ta’ restrizzjoni fuq il-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat KE tippresupponi fil-fatt li l-miżura inkwistjoni hija xierqa biex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan segwit u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq (48).

69.      Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tiggarantixxi t-twettiq tal-għan sostnut biss jekk tirrispondi effettivament għall-intenzjoni li dan jitwettaq b’mod koerenti u sistematiku (49).

70.      Il-fatt problematiku, fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni bħal dik ta’ Sardegna, huwa li din tiddistingwi skont id-domiċilju fiskali u tissuġġetta għat-taxxa reġjonali lil dawk li ma humiex residenti biss iżda mhux lil dawk li huma residenti.

71.      Ir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna jqis li leġiżlazzjoni bħal din tikkonforma mal-prinċipju li “min iniġġes iħallas”. Inkella, dawk li ma humiex residenti jkunu jistgħu jużaw ir-riżorsi ambjentali tar-reġjun mingħajr ma jikkontribwixxu finanzjarjament għar-ripristinar għall-istat naturali tagħhom u jġibu ruħhom bħala “free riders”.

72.      Dan l-argument huwa rilevanti sa fejn, skont il-prinċipju li “min iniġġes iħallas” li huwa kkontemplat barra minn hekk fl-Artikolu 174(2) KE, min ikun ikkawża tniġġis tal-ambjent huwa obbligat li jneħħih (50). Bl-istess mod, min huwa responsabbli mill-konsum tar-riżorsi ambjentali għandu jikkontribwixxi għall-protezzjoni u għar-ripristinar għall-istat naturali tagħhom. Mill-perspettiva tal-prinċipju li “min iniġġes iħallas”, ma jistax, għalhekk, jiġi kkontestat li leġiżlazzjoni bħal dik ta’ Sardegna tissuġġetta l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru privati u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, meta jagħmlu waqfa qasira fir-reġjun, għal taxxa ġġustifikata minn motivi ta’ protezzjoni tal-ambjent.

73.      Leġiżlazzjoni bbażata fuq il-prinċipju li “min iniġġes iħallas” ma tistax, għalhekk, tillimita ruħha sabiex timponi taxxa ambjentali biss fuq operaturi ta’ inġenji tal-ajru u inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li ma humiex residenti, u mhux fuq dawk residenti. Fil-fatt meta t-tniġġis ambjentali jkun ikkawżat minn inġenji tal-ajru u inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li jagħmlu waqfa qasira f’Sardegna, dan jiġi prodott irrispettivament minn fejn ikunu ġew dawn l-inġenji tal-ajru u l-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni u, b’mod partikolari, ma għandhom l-ebda rabta mad-domiċilju fiskali tal-operatur tagħhom. L-inġenji tal-ajru u d-dgħajjes ta’ dawk li ma humiex residenti jikkontribwixxu biex jagħmlu ħsara lir-riżorsi ambjentali bl-istess mod bħall-inġenji tal-ajru u l-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni tar-residenti.

74.      Għalhekk ikun konformi mal-prinċipju li “min iniġġes iħallas” li jiġi inkluż fit-tiswija tad-danni ambjentali kull operatur ta’ inġenji tal-ajru u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li jkun ikkontribwixxa biex jikkawżahom, jiġifieri mingħajr ma ssir referenza għad-domiċilju fiskali tiegħu u l-piżijiet fiskali ulterjuri tiegħu (51). Minflok, leġiżlazzjoni bħal dik ta’ Sardegna inkwistjoni tattribwixxi responsabbiltà lill-kollettività għat-tniġġis ambjentali kkawżat mill-inġenji tal-ajru u mill-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni tar-residenti u dan imur kontra l-prinċipju li “min iniġġes iħallas” (52).

75.      Din id-diskrepanza bejn ir-rekwiżiti tal-prinċipju li “min iniġġes iħallas” – li qed isostni r-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna – u l-modalitajiet effettivi tal-liġi reġjonali inkwistjoni hija evidenti b’mod partikolari jekk jiġi kkunsidrat it-trattament fiskali tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li jsorġu s-sena kollha fl-istrutturi tal-port reġjonali. Dawn l-inġenji huma eżenti mit-taxxa reġjonali (53), minkejja li, bħala regola, jikkontribwixxu għat-tniġġis ambjentali lmentat b’mod ferm iktar qawwi mid-dgħajjes li jsorġu barra Sardegna u li jirmiġġaw okkażjonalment biss fl-ibħra tal-kosta u fil-portijiet tar-reġjun.

76.      B’mod globali, il-leġiżlazzjoni ta’ Sardegna tinvolvi arbitrarjament uħud responsabbli mit-tniġġis ambjentali – dawk li ma humiex residenti – fil-finanzjament ta’ miżuri intiżi għall-protezzjoni u għar-ripristinar għall-istat naturali r-riżorsi ambjentali, oħrajn – ir-residenti – le. B’dan il-mod, l-għan ambjentali promoss mill-istess Reġjun awtonomu ta’ Sardegna ma jiġix implementat b’mod koerenti u sistematiku.

77.      F’dawn iċ-ċirkustanzi, leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna ma tistax tiġi kkunsidrata xierqa biex twettaq l-għan tagħha ta’ politika tal-ambjent. Digà għal din ir-raġuni, hija ma hijiex kompatibbli mar-rekwiżiti tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

78.      F’dan il-kuntest, l-argument tar-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna, li r-residenti u dawk li ma humiex residenti jinsabu f’sitwazzjonijiet differenti li oġġettivament tagħmel id-differenza meħtieġa fit-trattament fir-rigward tat-taxxa reġjonali, ma huwiex konvinċenti.

79.      Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja sostniet f’diversi okkażjonijiet li jista’ jkun legali li jiġu ttrattati b’mod differenti, fir-rigward ta’ taxxi diretti, dawk li ma humiex residenti u r-residenti (54). Iżda dan ma jistax jingħad li għandu portata ġenerali billi jiġi sostnut li dawk li ma humiex residenti u r-residenti jkunu dejjem f’sitwazzjonijiet differenti. Distinzjoni bejn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ persuni hija pjuttost ġġustifikata biss sa fejn hija tirrifletti differenzi oġġettivi (55). Fil-każijiet fejn dawn id-differenzi ma jeżistux, lanqas il-leġiżlazzjoni tat-tassazzjoni tal-Istati Membri ma tista’ tagħmel distinzjoni bejn residenti u dawk li ma humiex residenti (56).

80.      Konsegwentement, jeħtieġ li dejjem jiġi vverifikat b’mod konkret jekk is-sitwazzjoni ta’ dawk li ma humiex residenti hijiex distinta oġġettivament minn dik tar-residenti. Dan għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-għan u l-iskop tal-leġiżlazzjoni fiskali rispettiva (57).

81.      Kif ġie ddikjarat fil-Qorti tal-Ġustizzja, leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna għandha l-għan ta’ politika ambjentali li tikkonsisti fil-protezzjoni u r-ripristinar għall-istat naturali tar-riżorsi ambjentali tar-reġjun iddanneġġjat mit-turiżmu, speċjalment fiż-żoni tal-kosta. Fir-rigward ta’ dan l-għan speċifiku, l-operaturi residenti u dawk li ma humiex residenti, ta’ inġenji tal-ajru u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni huma fl-istess sitwazzjoni. Fil-fatt, kif ġie osservat iktar ’il fuq, l-inġenji tal-ajru privati u l-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li jagħmlu waqfa qasira f’Sardegna jagħmlu ħsara lill-ambjent, irrispettivament minn fejn ikunu ġew u d-domiċilju fiskali tal-operaturi tagħhom (58).

82.      Peress li f’din il-kawża, ir-residenti u dawk li ma humiex residenti qegħdin, fir-rigward tal-għan ta’ politika ambjentali tal-leġiżlazzjoni fiskali ta’ Sardegna fl-istess sitwazzjoni, anki l-waqfa qasira tagħhom f’Sardegna b’inġenji tal-ajru privati u b’inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni għandha tiġi ntaxxata b’mod analogu (59).

83.      Ir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna joġġezzjona li persuni li jkollhom id-domiċilju fiskali tagħhom f’Sardegna diġà kkontribwixxew għad-dħul fiskali ta’ dan ir-reġjun, b’mod partikolari permezz tat-taxxa fuq id-dħul li jħallsu u permezz tal-VAT fuq il-konsum tagħhom fuq il-post (60). B’dan il-mod, ir-residenti jiġu involuti fil-finanzjament tal-miżuri intiżi għall-protezzjoni u għar-ripristinar għall-istat naturali tar-riżorsi ambjentali. Dawk li ma humiex residenti, iżda, ma jkunux ipprovdew kontribut bħal dan fil-baġit tar-Reġjun.

84.      Lanqas dan l-argument ma jipperswadini.

85.      Il-piż ikkawżat minn taxxa reġjonali, bħal din inkwistjoni, li hija imposta biss fuq dawk li ma humiex residenti, ma jistax jiġi kkumpensat minn vantaġġi preżunti li jirriżultaw favur dawk li ma humiex residenti fir-rigward ta’ tipi oħra ta’ taxxa. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, trattament fiskali sfavorevoli li jikser libertà fundamentali ma jistax jiġi ġġustifikat permezz tal-eżistenza ta’ vantaġġi oħra fiskali, anki jekk jiġi preżunt li tali vantaġġi jeżistu. (61)

86.      Eventwalment jista’ jkun mod ieħor jekk jirriżulta li r-residenti għandhom iħallsu, għall-inġenji tal-ajru privati u għall-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni tagħhom, taxxa jew imposta simili, intiżi biex jintlaħaq għan speċifiku ta’ politika ambjentali, pereżempju fir-rigward tas-somom li għandhom jitħallsu biex ikunu jistgħu jsorġu bl-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni tagħhom fil-portijiet ta’ Sardegna. F’dan il-każ, l-ebda indikazzjoni f’dan ir-rigward madankollu ma ġiet ippreżentata lill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-każ. Pjuttost, it-taxxa reġjonali kkontestata hija sempliċement ikkonfrontata mal-piż fiskali ġenerali tar-residenti ta’ Sardegna.

87.      F’dan ir-rigward, jeħtieġ jiġi rrilevat li t-taxxa reġjonali kkontestata fuq il-waqfiet qosra ta’ inġenji tal-ajru privati u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni ma għandhiex l-istess għanijiet tat-taxxi mħallsa mill-persuni taxxabbli ta’ Sardegna, u b’mod partikolari tat-taxxa fuq id-dħul u tal-VAT. Filwaqt li tal-ewwel, skont dak li qal l-istess Reġjun awtonomu ta’ Sardegna, għandha għan speċifiku ta’ politika ambjentali u għandu jkollha wkoll effett ta’ inċentiv, tat-tieni ġeneralment timmira biex tkopri l-baġits pubbliċi u ma għandhiex effett analogu ta’ inċentiv.

88.      Barra minn hekk, ir-residenti juzaw l-infrastruttura tar-reġjun tagħhom u jibbenefikaw mis-servizzi tiegħu b’mod ferm ikbar meta mqabbla ma’ dawk li ma humiex residenti. Għalhekk huwa ġust li r-residenti jikkontribwixxu b’mod proporzjonalment ikbar għad-dħul fiskali ta’ dan ir-reġjun meta mqabbla ma’ dawk li ma humiex residenti (62). B’hekk, pereżempju, il-korpi tas-saħħa u skolastiċi ġenerali li jkunu preżenti fi Stat Membru jew f’reġjun jiġu użati l-iktar mir-residenti, filwaqt li dawk li ma humiex residenti jużawhom biss eċċezzjonalment.

89.      Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, differenza fit-trattament tar-residenti u ta’ dawk li ma humiex residenti fir-rigward tat-tassazzjoni tal-waqfiet qosra rispettivi tagħhom b’inġenji tal-ajru privati u b’inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata billi jsir sempliċement riferiment għall-kontribuzzjonijiet tar-residenti għad-dħul fiskali ġenerali tar-Reġjun.

90.      Għalhekk, fil-qosor, ir-restrizzjonijiet fuq l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bħal dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni fiskali ta’ Sardegna ma jistgħux ikunu ġġustifikati minn motivi ta’ protezzjoni tal-ambjent.

b)      Il-protezzjoni tas-saħħa

91.      Flimkien mal-protezzjoni tal-ambjent, ir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna jinvoka wkoll il-protezzjoni tas-saħħa bħala motiv ta’ ġustifikazzjoni għal-leġiżlazzjoni fiskali kkontestata tiegħu.

92.      Il-protezzjoni tas-saħħa hija fost ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li, bis-saħħa tal-Artikolu 46(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 55 KE jistgħu jiġġustifikaw restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (63).

93.      Madankollu, leġiżlazzjoni bħal dik ta’ Sardegna għandha, fl-ewwel lok, skont ir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna, għan ta’ politika ambjentali. Huwa minnu li, permezz ta’ din il-leġiżlazzjoni jistgħu jiġu llimitati indirettament ukoll il-perikli għas-saħħa li jistgħu jkunu marbutin ma’ deterjorament ambjentali. Irrispettivament minn dan, il-motiv ta’ ġustifikazzjoni bbażat fuq il-protezzjoni tas-saħħa madankollu ma għandux, f’din il-kawża, rilevanza awtonoma li tmur lil hinn mill-għan ta’ protezzjoni tal-ambjent. Għalhekk, f’dan il-każ, li wieħed jinvoka l-protezzjoni tas-saħħa bħala motiv ta’ ġustifikazzjoni ma jwassalx għal riżultat differenti minn dak li jirriżulta jekk tiġi sostnuta l-protezzjoni tal-ambjent (64), li jiena eżaminajt iktar ’il fuq (65).

94.      B’mod partikolari, ma jistax jiġi ġġustifikat il-fatt, b’referenza għall-protezzjoni tas-saħħa, li dawk li ma humiex residenti biss jiġu suġġetti għat-taxxa kkontestata fuq waqfiet qosra tal-inġenji tal-ajru privati u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, filwaqt li din ma hijiex imposta fuq ir-residenti.

95.      Huwa minnu li, skont l-Artikolu 46(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 55 KE, huma espressament awtorizzati, fis-settur tas-saħħa pubblika – b’mod differenti mis-settur tal-protezzjoni tal-ambjent – anki miżuri indirizzati speċifikament għall-barranin. Madankollu, dan jippresupponi li r-riskju għas-saħħa pubblika jirriżulta speċifikament minn barrani (66). F’dan il-każ, it-tniġġis ambjentali inkwistjoni kif ukoll ir-riskji għas-saħħa konnessi miegħu huma minflok indipendenti mill-provenjenza tal-inġenju tal-ajru rispettiv u tal-inġenju tal-baħar għar-rikreazzjoni rispettiv u mid-domiċilju fiskali tal-operaturi tagħhom; dawn jiġu kkawżati bl-istess mod mill-inġenji tal-ajru u mid-dgħajjes tal-operaturi li ma humiex residenti u tal-inġenji tal-ajru privati u mid-dgħajjes tal-operaturi residenti. Għalhekk, ir-referenza għall-protezzjoni tas-saħħa ma tiġġustifika l-ebda miżura diretta b’mod speċifiku fil-konfront tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u tad-dgħajjes li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra minn Sardegna. Dan huwa iktar minnu għall-fatt li l-Artikolu 46(1) KE jikkostitwixxi dispożizzjoni derogatorja li għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv (67).

96.      Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bħal dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni fiskali ta’ Sardegna ma jistgħux għalhekk jiġu ġġustifikati lanqas għal motivi ta’ protezzjoni tas-saħħa.

c)      Osservazzjonijiet oħra

97.      Għall-finijiet ta’ kompletezza, ser nitkellem iktar ’il quddiem fuq ċerti aspetti oħra li jistgħu jkunu rilevanti fir-rigward tal-kwistjoni tal-ġustifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali ta’ Sardegna.

i)      Il-koerenza tas-sistema fiskali

98.      Diversi drabi, ir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna jirreferi, biex jiġġustifika l-leġiżlazzjoni fiskali kkontestata, għall-koerenza tas-sistema fiskali fejn tidħol din il-leġiżlazzjoni. In-nuqqas ta’ tassazzjoni tar-residenti fil-każ ta’ waqfa qasira b’inġenji tal-ajru privati u b’inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni hija mmotivata essenzjalment mill-fatt li r-residenti diġà jħallsu taxxi oħra – b’mod partikolari t-taxxa fuq id-dħul u l-VAT – biex b’hekk issir kontribuzzjoni għall-baġit reġjonali.

99.      Skont ġurisprudenza stabbilita, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza tas-sistema fiskali tista’ tiġġustifika restrizzjoni fuq l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali tat-Trattat KE (68). Madankollu, dan japplika biss jekk tiġi pprovata l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn il-benefiċċju fiskali inkwistjoni u t-tpaċija ta’ dan il-benefiċċju ma’ imposta fiskali partikolari (69), li għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-għan tal-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni (70).

100. It-taxxa reġjonali kkontestata f’dan il-każ, li hija imposta fuq il-waqfa qasira tal-inġenji tal-ajru privati u l-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, ma għandhiex, kif urejt iktar ’il fuq (71), l-istess għanijiet tat-taxxi ġenerali li huma suġġetti għalihom ir-residenti. Għal din ir-raġuni stess, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li l-leġiżlazzjonijiet fiskali rispettivi għandhom għas-suġġetti passivi ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala żewġt uċuħ tal-istess midalja. Il-vantaġġ li għandhom ir-residenti, li ma jkollhomx iħallsu t-taxxa reġjonali fuq il-waqfa qasira tagħhom b’inġenji tal-ajru privati u l-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, ma huwiex ekwivalenti għall-piżijiet li huma esposti għalihom minħabba tipi oħra ta’ taxxa, bħat-taxxa fuq id-dħul u l-VAT.

101. Huwa minnu li t-taxxi kollha huma intiżi li jiksbu dħul għall-estimi pubbliċi. Din il-konnessjoni waħedha, hija madankollu ġenerali u indiretta wisq sabiex tiġġustifika l-bilanċ reċiproku tal-vantaġġi fiskali favur ir-residenti fil-kuntest tat-taxxa reġjonali kkontestata u tal-piżijiet li huma suġġetti għalihom fil-kuntest ta’ tipi oħra ta’ taxxa (72).

102. Għaldaqstant, leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna ma tistax tiġi ġġustifikata billi ssir referenza għall-koerenza tas-sistema fiskali.

ii)    In-natura insulari ta’ Sardegna

103. Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, ir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna sostna quddiem il-Corte costituzionale anki l-insularità tiegħu. Skont dan ir-Regjun, hemm il-bżonn li jiġi kkumpensat permezz tat-tassazzjoni tal-impriżi mhux stabbiliti f’Sardegna għall-ispejjeż ogħla li jbatu l-impriżi stabbiliti hemmhekk, minħabba l-partikolaritajiet ġeografiċi u ekonomiċi marbuta man-natura insulari tar-reġjun.

104. Mhux iktar tard minn żmien il-konferenza governattiva relatata mat-Trattat ta’ Amsterdam, li l-att finali tiegħu jinkludi dikjarazzjoni fuq ir-reġjuni insulari, huwa rikonoxxut fil-livell Komunitarju li “ir-reġjuni insulari jsofru, minħabba l-insularità tagħhom, żvantaġġi strutturali li meta jdumu jostakolaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom” ; id-dritt Komunitarju għandu jieħu inkunsiderazzjoni dawn l-iżvantaġġi (73).

105. Kunsiderazzjoni bħal din tista’ ssir fil-kuntest ta’ diversi politiki Komunitarji, pereżempju fil-kuntest tal-politika reġjonali, tal-politika strutturali, tal-politika tal-koeżjoni ekonomika u soċjali (fuq dan il-punt ara wkoll l-Artikolu 158(2) KE) jew il-politika tat-trasport. B’hekk, jistgħu jiġu adottati miżuri ta’ sostenn pożittivi biex jiġu kkumpensati l-iżvantaġġi tar-reġjuni insulari. Jista’ jkun meħtieġ, fir-reġjuni insulari, li jiġu adottati miżuri speċjali biex jipproteġu l-bilanċ ekoloġiku fil-konfront ta’ neofiti u neożoj (74).

106. Barra minn hekk, l-insularità ta’ Stat Membru jew ta’ reġjun ma tistax isservi bħala skuża biex jiġu introdotti (mill-ġdid) ostakoli kummerċjali jew miżuri protezzjonistiċi li jmorru kontra l-prinċipju tas-suq intern. Dan il-prinċipju jispira, mhux l-anqas, anki d-dikjarazzjoni fuq ir-reġjuni insulari stess, meta tistabbilixxi għan li dawn ir-reġjuni jiġu integrati iktar fis-suq intern.

107. Din l-integrazzjoni tar-reġjuni insulari fis-suq intern għandha ssir, skont din id-dikjarazzjoni, “b’kundizzjonijiet ekwi”. Għalhekk hemm marġni għal miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw żvantaġġi jew isolvu problemi li huma relatati direttament man-natura insulari ta’ reġjun jew ta’ Stat Membru. Iżda miżuri bħal dawn huma ekwi biss jekk huma xierqa sabiex jirrimedjaw għall-iżvantaġġ jew problema korrispondenti u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dan il-għan. Dawn il-miżuri lanqas ma jistgħu jippreġudikaw l-essenza stess tal-prinċipju tas-suq intern jew tal-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq liberu (75).

108. F’dan il-każ ma huwiex evidenti li huma l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru privati u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni residenti f’Sardegna li jbatu minn żvantaġġi jew minn problemi speċifiċi direttament marbuta man-natura insulari tar-reġjun. Fi kwalunkwe każ, xejn f’dan is-sens ma ġie sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja. Raġunijiet ta’ karattru purament ekonomiku li ma humiex direttament konnessi man-natura insulari tar-reġjun, madankollu, ma jistgħu jiġġustifikaw l-ebda restrizzjoni fuq libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat KE (76).

109. Abbażi tal-evalwazzjoni preċedenti, ma jistax jiġi konkluż li restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi bħal dawk ikkawżati mil-leġiżlazzjoni fiskali kkontestata huma ġġustifikati.

iii) Kunsiderazzjonijiet ta’ politika soċjali

110. Fl-aħħar, nosserva li lanqas ma hemm kunsiderazzjonijiet ta’ politika soċjali li jistgħu jiġġustifkaw leġiżlazzjoni bħal dik ta’ Sardegna.

111. Huwa minnu li distinzjoni bejn dawk li ma humiex residenti u residenti tista’ tkun iġġustifikata meta l-Istati Membri jew korpi territorjali jagħtu vantaġġi soċjali. Bħala prinċipju hemm għan leġittimu li dawn il-vantaġġi – sakemm ma jkun hemm l-ebda leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni jew ta’ koordinament fuq livell Komunitarju – jingħataw biss lil dawk il-persuni li jagħtu prova ta’ livell suffiċjenti ta’ integrazzjoni fl-Istat Membru jew fil-korp territorjali inkwistjoni, prova li tista’ tiġi sostnuta eventwalment mid-domiċilju bħala element importanti (77).

112. Madankollu, huwa diffiċli li wieħed jimmaġina li tista’ tiġi mmotivata mil-lat ta’ politika soċjali l-eżenzjoni ta’ operaturi, residenti f’Sardegna, ta’ inġenji tal-ajru privati u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni itwal minn 14-il metru – b’mod partikolari l-proprjetarji ta’ jotts ta’ lussu ta’ daqs kbir – minn taxxa reġjonali bħal dik ikkontestata.

4.       L-ewwel u t-tielet domandi preliminari fil-qosor

113. Fil-qosor, għandu jiġi kkunsidrat li ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni għar-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi bħal dawk ikkawżati mil-leġiżlazzjoni fiskali kkontestata.

114. Minn dan ma għandhiex tinsilet konklużjoni mgħaġġla li d-dritt Komunitarju jipprekludi, b’mod ġenerali, il-leġiżlazzjonijiet kollha li joħolqu piżijiet, b’mod speċifiku għat-turisti jew għall-impriżi li joperaw fis-settur turistiku, bħal, pereżempju, id-dispożizzjonijiet dwar appartamenti għall-vaganzi jew residenzi sekondarji (78), għal taxxi jew imposti turistiċi. Dak li huwa rilevanti huwa dejjem il-modalitajiet konkreti tal-miżura rispettiva, taxxa jew imposta. Distinzjoni bejn residenti u dawk li ma humiex residenti tista’ tkun iġġustifikata jekk u sa fejn hija xierqa u meħtieġa fir-rigward ta’ għan leġittimu.

115. Fir-rigward tal-każ inkwistjoni, madankollu, japplika dan li ġej :

L-Artikolu 49 KE jipprekludi li liġi ta’ Reġjun awtonomu, li bis-saħħa tagħha taxxa ġġustifikata essenzjalment minn raġunijiet ta’ politika ambjentali tinġabar minn fuq waqfiet qosra turistiċi ta’ inġenji tal-ajru u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni mingħand impriżi biss li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra minn dak ir-reġjun u mhux minn impriżi li jkollhom id-domiċilju fiskali tagħhom fl-imsemmi Reġjun.

C –    Id-domandi dwar il-kunċett ta’ għajnuna (it-tieni u r-raba’ domandi preliminari)

116. Bit-tieni u r-raba’ domandi preliminari tagħha, il-Corte costituzionale titlob kjarifiki fir-rigward tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE. Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk liġi reġjonali ta’ Reġjun awtonomu, li bis-saħħa tagħha tinġabar taxxa fuq waqfa qasira turistika tal-inġenji tal-ajru u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni biss minn impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra minn dan ir-reġjun, tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat favur impriżi li jeżerċitaw l-istess attività u li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom fl-imsemmi Reġjun.

117. Għat-trasport marittimu u tal-ajru japplikaw ir-regoli ġenerali tat-Trattat KE, inklużi dawk dwar il-kompetizzjoni (79). Konsegwentement, leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna, li tirreferi speċifikament għall-waqfa qasira ta’ inġenji tal-ajru u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni tal-operaturi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra minn Sardegna, għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikolu 87 KE.

1.      Osservazzjonijiet preliminari fuq id-delimitazzjoni tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-qrati nazzjonali fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat

118. Qabel ma tingħata deċiżjoni fuq il-mertu tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 87 KE, jeħtieġ li jiġi speċifikat kif jitqassmu l-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-qrati nazzjonali fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni.

119. Skont ġurisprudenza stabbilita, il-kompatibbiltà ta’ sistema ta’ għajnuna mas-suq komuni taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, teżerċita din il-kompetenza taħt il-kontroll tal-qrati Komunitarji (80). Madankollu, fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, il-qrati nazzjonali jistgħu jiġu aditi bi kwistjonijiet fejn huma obbligati jinterpretaw u japplikaw il-kunċett ta’ għajnuna taħt l-Artikolu 87(1) KE (81).

120. Huwa minnu li dawn il-kwistjonijiet jinħolqu, ġeneralment, minn individwi li jinvokaw il-projbizzjoni li tingħata l-għajnuna mill-Istat qabel ma dawn ikunu awtorizzati mill-Kummissjoni (l-aħħar sentenza tal-Artikolu 88(3) KE). Iżda minn dan ma jistax jiġi konkluż li l-kompetenza tal-qrati nazzjonali li jinterpretaw u japplikaw l-Artikolu 87(1) KE hija limitata esklużivament għall-proċeduri intiżi biex jiggarantixxu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwu (82).

121. Fil-fatt, l-għajnuna skont l-Artikolu 87(1) KE, li tingħata bi ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 88(3) KE ġeneralment għandha tiġi kkunsidrata illegali (83). Kull qorti nazzjonali, anki qorti Kostituzzjonali, hija obbligata, skont l-Artikolu 10 KE, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha, li tadotta kull att xieraq sabiex tiżgura l-implementazzjoni tal-projbizzjoni ta’ għajnuna taħt l-Artikolu 87(1) KE kif ukoll l-obbligu ta’ notifika u ta’ eżekuzzjoni taħt l-Artikolu 88(3) KE; filwaqt li, il-qrati nazzjonali għandhom jastjenu minn kull att li jista’ jikkomprometti t-twettiq tal-għanijiet tat-Trattat KE.

122. Il-qrati nazzjonali kollha għandhom għalhekk jiggarantixxu li jinsiltu l-konsegwenzi kollha ta’ ksur tal-projbizzjoni tal-implementazzjoni (it-tielet sentenza tal-Artikolu 88(3) KE), skont id-dritt nazzjonali tagħhom, inklużi dawk tal-konstatazzjoni tal-invalidità tal-atti ta’ implementazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna (84). Anki f’kawża fuq legalità kostituzzjonali jista’ jkun hemm konsegwenzi ta’ dan it-tip, u b’mod partikolari meta s-sistema illegali ta’ għajnuna kienet stabbilita b’liġi.

2.      Il-kunċett ta’ għajnuna

123. Il-klassifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna skont it-Trattat KE tfisser li ġie sodisfatt kull wieħed mill-erba’ kriterji kumulattivi li fuqhom huwa bbażat l-Artikolu 87(1) KE (85). L-ewwel nett, għandu jkun involut intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni nett, dan l-intervent għandu jkun ta’ natura tali li jista’ jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. It-tielet nett, l-intervent għandu jagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tiegħu. Ir-raba’ nett, dan għandu jwassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni (86).

124. Anki l-leġiżlazzjonijiet fiskali jaqgħu taħt il-kunċett ta’ għajnuna jekk jissodisfaw dawn l-erba’ kriterji (87). Għalhekk jeħtieġ li jiġi vverifikat, iktar ’il quddiem, jekk leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna għandhiex tiġi kkunsidrata għajnuna skont l-Artikolu 87(1) KE.

a)      Il-kriterju tal-vantaġġ, inkluża s-selettività

125.  It-tielet kriterju jeħtieġ li jingħata, f’dan il-każ, attenzjoni partikolari. Għandu jiġi stabbilit jekk il-fatt li jintlaqtu mit-taxxa reġjonali kkontestata biss dawk li ma humiex residenti li jagħmlu waqfa qasira f’Sardegna huwiex ta’ vantaġġ għall-impriżi residenti.

126. Il-kunċett tal-għajnuna ma jinkludix biss servizzi pożittivi bħal sussidji, self jew investimenti fil-kapital ta’ impriżi, iżda wkoll interventi li, taħt forom differenti, inaqqsu l-ispejjeż li normalment jolqtu l-finanzi ta’ impriża u li, bl-istess mod, mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens strett tal-kelma, huma tal-istess natura u għandhom effetti identiċi (88).

127. Minn dan jirriżulta li miżura li permezz tagħha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi eżenzjoni fiskali li, għalkemm ma tinkludix trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat, tqiegħed il-benefiċjarji f’sitwazzjoni finanzjarja iktar favorevoli mill-kontribwenti l-oħra tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE (89).

128. F’dan il-kuntest, it-teknika leġiżlattiva użata ma hijiex rilevanti (90): għalhekk, il-vantaġġ fiskali jista’ jkun ibbażat fuq il-fatt li l-leġiżlatur eżenta espressament operaturi ekonomiċi individwali mit-taxxa inkwistjoni, taxxa li inkella kienu jkunu suġġetti għaliha (91). Iżda l-vantaġġ fiskali jista’ bl-istess mod ikun ibbażat ukoll fuq il-fatt li leġiżlazzjoni fiskali hija kkonfigurata b’mod asimmetriku fir-rigward taċ-ċirkustanzi partikolari tagħha jew tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (92), b’tali mod li ċerti impriżi jaqgħu taħt din is-sistema bħala persuni taxxabbli filwaqt li oħrajn ma jaqgħux taħtha. Dan huwa speċifikament il-każ inkwistjoni: il-leġiżlazzjoni ta’ Sardegna hija abbozzata b’tali mod li jirriżultaw suġġetti għat-taxxa fuq il-waqfa qasira tal-inġenji tal-ajru privati u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni dawk li ma humiex residenti u mhux dawk li huma residenti.

129. Billi l-impriżi residenti ma humiex suġġetti għat-taxxa reġjonali kkontestata, huma jibbenefikaw minn vantaġġ fir-rigward ta’ spejjeż meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom stabbiliti barra minn Sardegna. Anki l-Corte costituzionale tirrileva dan il-fatt.

130. Vantaġġ ta’ dan it-tip jaqa’, madankollu, biss taħt l-Artikolu 87(1) KE jekk “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” jiġu ffavoriti. Fi kliem ieħor, għandu jkun hemm vantaġġ selettiv (93).

131. Din is-selettività jista’ jkollha wkoll natura reġjonali.

132. Huwa minnu li s-sempliċi fatt li l-miżura kkonċernata ġiet adottata minn korp territorjali bħar-Reġjun ta’ Sardegna, u għalhekk hija valida biss fuq parti mit-territorju nazzjonali ta’ Stat Membru ma jfissirx li wieħed jassumi li hemm selettività reġjonali. Jekk dan il-korp territorjali jkollu awtonomija biżżejjed fil-konfront tal-Istat li jagħmel parti minnu, il-kuntest ta’ kompetenzi tiegħu biss jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza biex issir evalwazzjoni eventwali tas-selettività tal-għajnuna (94). Madankollu, wieħed lanqas ma jista’ jikkunsidra, għall-kuntrarju, li l-vantaġġi mogħtija minn korp territorjali lil ċerti impriżi fil-kuntest tal-kompetenza tiegħu , huma a priori neqsin minn selettività u, b’hekk, min-natura ta’ għajnuna (95).

133. Għall-kuntrarju, sabiex tiġi evalwata s-selettività ta’ miżura, jeħtieġ li jiġi vverifikat dejjem, konkretament, jekk ċerti impriżi humiex iffavoriti meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jkunu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika analoga wara li jkun tqies l-għan segwit mil-leġiżlazzjoni kkonċernata (96). Differenza eventwali bejn impriżi fil-kuntest ta’ leġiżlazzjoni fuq it-taxxi jew imposti tista’ tkun iġġustifikata wkoll min-natura u l-istruttura ta’ din il-leġiżlazzjoni (97).

134. Fir-rigward tad-dritt fuq l-għajnuna jirriżultaw, prattikament, l-istess kwistjonijiet li jkun hemm fir-rigward tal-libertajiet fundamentali, u ma hemm l-ebda raġuni li dawn jiġu riżolti, fil-kuntest tad-dritt tal-għajnuna, b’mod differenti milli fil-kuntest tal-libertajiet fundamentali. Għall-kuntrarju, biex jiġu evitati evalwazzjonijiet kontradittorji bejn id-dritt tal-libertajiet fundamentali u d-dritt tal-għajnuna, għandhom jiġu applikati l-istess kriterji fiż-żewġ każijiet.

135. Għaldaqstant, fl-argumenti li ser isegwu, ser nibbaża ruħi eżattament fuq ir-raġunament tiegħi dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-kuntest tal-ewwel u tat-tielet domandi preliminari.

136. Kif rajna, il-leġiżlazzjoni fiskali kkontestata, skont dak li qal ir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna ssegwi għan ta’ politika tal-ambjent: hija intiża għall-protezzjoni u għar-ripristinar għall-istat naturali tar-riżorsi ambjentali ta’ Sardegna affettwati mit-turiżmu, b’mod partikolari fiż-żoni tal-kosta (98).

137. Fir-rigward ta’ dan l-għan speċifiku, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru privati u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, kemm dawk residenti kif ukoll dawk li ma humiex residenti, qegħdin fl-istess sitwazzjoni; fil-fatt, l-inġenji tal-ajru privati u l-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li jagħmlu waqfa qasira f’Sardegna jagħmlu ħsara lill-ambjent, irrispettivament mill-provenjenza tagħhom u mid-domiċilju fiskali tal-operaturi tagħhom (99).

138. Id-distinzjoni bejn impriżi residenti u impriżi mhux residenti li għamel il-leġiżlatur reġjonali ta’ Sardegna fir-rigward tal-obbligu ta’ taxxa fil-każ ta’ waqfa qasira b’inġenji tal-ajru privati u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni ma tistax konsegwentement tiġi mmotivata b’kunsiderazzjonijiet ta’ politika tal-ambjent (100). Wisq anqas ma tista’ tiġi ġġustifikata, kif intqal iktar ’il fuq, fid-dawl tan-natura jew l-istruttura tal-leġiżlazzjoni fiskali (101).

139. Għalhekk leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna tintegra l-kriterju tal-vantaġġ – selettiv – skont l-Artikolu 87(1) KE.

140. Il-fatt li bil-leġiżlazzjoni inkwistjoni jiġu segwiti għanijiet ta’ politika tal-ambjent jew reġjonali ma jipprekludix li tiġi kklassifikata bħala għajnuna skont l-Artikolu 87(1) KE, u ma jneħħihiex a priori mill-kontroll tal-għajnuna stabbilita mit-Trattat KE (102). L-Artikolu 87(1) KE ma jiddistingwix skont il-kawżi jew l-għanijiet tal-miżuri statali, iżda jiddefinixxi dawn il-miżuri skont l-effetti tagħhom (103).

141. Aspetti ta’ politika tal-ambjent jew reġjonali jistgħu eventwalment jiġu evalwati, taħt l-Artikolu 87(3) KE, fil-kuntest ta’ verifika tal-kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna mas-suq komuni (104); anki f’dan il-każ jeħtieġ li tingħata attenzjoni għall-koerenza ma’ setturi ġuridiċi oħra, u b’mod partikolari mal-prinċipji fundamentali tat-Trattat KE, bħal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (105). Din l-evalwazzjoni taqa’ madankolu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni li taġixxi taħt il-kontroll tal-qrati Komunitarji (106).

b)      Il-kriterji l-oħra tal-kunċett ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE

142. Iktar ’il quddiem ser nitkellem fil-qosor fuq il-kriterji l-oħra tal-kunċett ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.

i)      Miżuri mill-Istati jew permezz ta’ riżorsi mill-Istat

143. Miżura mill-Istati jew permezz ta’ riżorsi mill-Istat ma għandhiex tiġi neċessarjament adottata mill-Istat Membru rispettiv bħala poter ċentrali; din tista’ tiġi wkoll minn awtorità f’livell inferjuri minn dik statali. Anki l-miżuri tal-korpi territorjali jistgħu, skont ġurisprudenza stabbilita, jikkostitwixxu għajnuna skont l-Artikolu 87(1) KE (107).

144. Kif intqal iktar ’il fuq, il-benefiċjarji tal-miżura – f’dan il-każ in-negozjanti li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom f’Sardegna – ma għandhomx neċessarjament jirċievu ħlas ta’ fondi mill-baġit tal-Istat jew tal-korpi territorjali (108). Kwalunkwe piż finanzjarju għall-Istat jew għall-korp territorjali li huwa suġġett għaliha, attribwibbli għall-miżura, huwa biżżejjed biex jitqies li jeżisti finanzjament mogħti mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi mill-Istat (109).

145. Meta jissuġġetta għat-taxxa kkontestata biss lil dawk li ma humiex residenti, u mhux lir-residenti, ir-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna jirrinunzja indirettament għad-dħul. Id-dħul tiegħu li ġej minn din it-taxxa jkun neċessarjament ogħla jekk ir-Reġjun jintaxxa bla distinzjoni l-waqfiet qosra kollha tal-inġenji tal-ajru privati u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni. Ir-rinunzja għal dħul fiskali konness mal-limitazzjoni tal-obbligu ta’ taxxa fuq dawk li ma humiex residenti huwa biżżejjed biex jiġi kkunsidrat li hemm finanzjament mogħti mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE (110).

ii)    Intervent li jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri

146. Barra minn hekk, miżura taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE biss jekk tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. F’dan ir-rigward, ma huwiex meħtieġ li jiġi stabbilit impatt effettiv fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, iżda huwa biżżejjed li jiġi eżaminat jekk il-miżura tistax taffettwa dan il-kummerċ (111). Anki għajnuna ta’ importanza relattivament żgħira favur impriża ta’ daqs relattivament żgħir tista’ twassal għal dan l-effett (112).

147. Fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni fiskali, għandu jiġi aċċettat li l-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa affettwat peress li l-benefiċjarji tal-leġiżlazzjoni fiskali jeżerċitaw attività ekonomika li tikkostitwixxi s-suġġett tal-kummerċ transkonfinali jew li ma jistax jiġi eskluż li huma f’kompetizzjoni ma’ operaturi stabbiliti fi Stati Membri oħra (113).

148. Fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel u tat-tielet domandi preliminari diġà sostnejt li leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (l-Artikolu 49 KE), b’mod partikolari fir-rigward ta’ impriżi stabbiliti fil-gżira viċina Franċiża ta’ Corsica (114). Leġiżlazzjoni bħal din tista’ għalhekk taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 87(1) KE.

iii) Riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni

149. Fl-aħħar nett, miżura taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE biss jekk toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. F’dan ir-rigward ma hemmx għalfejn jiġi stabbilit li l-kompetizzjoni tiġi effettivament distorta, iżda huwa biżżejjed li jiġi vverifikat jekk il-miżura tistax toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (115).

150. Il-miżuri intiżi sabiex jeħilsu impriża mill-ispejjeż li hija jkollha normalment issostni fil-kuntest tal-ġestjoni ta’ kuljum jew tal-attivitajiet normali tagħha, bħala prinċipju toħloq distorsjoni fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni (116). F’dan ir-rigward ma hijiex meħtieġa analiżi ekonomika tas-sitwazzjoni effettiva tas-suq inkwistjoni u tal-effetti li hemm fuq il-prezzijiet mill-miżuri kkontestati (117).

151. Leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna tneħħi minn fuq l-impriżi residenti t-taxxa fuq l-waqfa qasira turistika tal-inġenji tal-ajru privati u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni. Għalhekk l-impriżi stabbiliti f’Sardegna ma jkollhomx għalfejn, fil-kuntest tal-attività kummerċjali normali tagħhom, ibatu l-ispiża li għandha tinġarr mill-impriżi l-oħra kollha li għandhom id-domiċilju tagħhom barra minn Sardegna meta jagħmlu waqfa qasira hemmhekk b’inġenji tal-ajru privati u b’inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni.

152. Fid-dawl tal-ammont tat-taxxa reġjonali – din tista’ tammonta, għall-inġenji tal-ajru sa EUR 1 000 kull waqfa qasira u għall-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni sa EUR 15 000 fis-sena (118) – il-vantaġġ f’termini ta’ spejjeż li minnhom jibbenefikaw l-impriżi residenti meta mqabbel mal-impriżi li ma humiex residenti ma huwiex insinjifikattiv. Għalhekk, għal dawk li ma humiex residenti jkun iktar diffiċli milli għar-residenti li jużaw l-inġenji tal-ajru privati tagħhom u l-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni tagħhom biex jipprovdu servizzi jew jibbenefikaw minn servizzi f’Sardegna (119).

153. Kif diġà sostnejt fir-rigward tal-ewwel u tat-tielet domandi, dan il-vantaġġ f’termini ta’ spejjeż li minnu jibbenefikaw l-impriżi residenti ma jistax jiġi newtralizzat lanqas jekk issir referenza għall-piż fiskali ġenerali tagħhom (120).

154. Fil-qosor, leġiżlazzjoni fiskali bħal dik ta’ Sardegna tista’, għalhekk, toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.

3.      It-tieni u r-raba’ domandi preliminari fil-qosor

155. Fil-qosor, għandu jingħad dan li ġej:

Liġi reġjonali bħal dik tar-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna, li bis-saħħa tagħha taxxa fuq il-waqfa qasira tal-inġenji tal-ajru u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni hija imposta biss fuq impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali barra minn dan ir-reġjun, tikkostitwixxi għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, favur impriżi li jeżerċitaw l-istess attività u li għandhom id-domiċilju fiskali fit-territorju tal-imsemmi Reġjun.

VI – Konklużjoni

156. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari mressqa mill-Corte costituzionale kif ġej:

1)      L-Artikolu 49 KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Reġjun awtonomu li bis-saħħa tagħha taxxa fuq il-waqfa qasira turistika tal-inġenji tal-ajru u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni ġġustifikata minn raġunijiet essenzjalment ambjentali hija imposta biss fuq impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali barra minn dan ir-reġjun u mhux fuq impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali fit-territorju tal-imsemmi Reġjun.

2)      Liġi reġjonali bħal dik tar-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna, li bis-saħħa tagħha taxxa fuq il-waqfa qasira tal-inġenji tal-ajru u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni hija imposta biss fuq impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali barra minn dan ir-reġjun, tikkostitwixxi għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, favur impriżi li jeżerċitaw l-istess attività u li għandhom id-domiċilju fiskali fit-territorju tal-imsemmi Reġjun.


1 – Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.


2 – Iktar ’il quddiem ukoll il-“qorti tar-rinviju”.


3 – Regione autonoma della Sardegna.


4 – Kodiċi tan-Navigazzjoni tal-Baħar u tal-Ajru.


5 – Kodiċi tan-Navigazzjoni għar-Rikreazzjoni.


6 – Digriet Leġiżlattiv.


7 – Disposizioni varie in materia di entrate, riqualificazione della spesa, politiche sociali e di sviluppo (Liġi li tirrigwarda diversi dispożizzjonijiet fil-qasam tad-dħul, riklassifikazzjoni tan-nefqa, politika soċjali u ta’ żvilupp)


8 – L-emendi jirriżultaw mill-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 2 tar-Reġjun ta’ Sardegna, tad-29 ta’ Mejju 2007, “Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale della Regione – Legge finanziaria 2007” (Liġi li tirrigwarda dispożizzjonijiet għall-formazzjoni tal-baġit annwali u multi-annwali tar-Reġjun - Liġi finanzjarja 2007). Skont id-digriet tar-rinviju, dawn l-emendi ġew adottati “b’seħħ mill-31 ta’ Mejju 2007” (Artikolu  37 ta’ din il-liġi tal-aħħar).


9 – L-emendi li saru jirriżultaw mill-Artikolu 2(15) tal-Liġi Nru 3 tar-Reġjun ta’ Sardegna, tal-5 ta’ Marzu 2008, “Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale della Regione – Legge finanziaria 2008” (Liġi li tirrigwarda dispożizzjonijiet għall-formazzjoni tal-baġit annwali u multi-annwali tar-Reġjun – Liġi Finanzjarja 2008). It-tħassir totali seħħ permezz tal-Artikolu 2(5) tal-Liġi Nru 1 tar-Reġjun ta’ Sardegna, tal-14 ta’ Mejju 2009, “Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale della Regione – Legge finanziaria 2009” (Liġi li tirrigwarda dispożizzjonijiet għall-formazzjoni tal-baġit annwali u multi-annwali tar-Reġjun – Liġi Finanzjarja 2009)”.


10 – Din il-kawża hija bbażata fuq iż-żewġ rikorsi ta’ legalità kostituzzjonali Nru 91/2006 u Nru 36/2007 li l-Qorti Kostituzzjonali l-ewwel għaqqdet flimkien. Fil-frattemp ingħatat is-sentenza Nru 102/2008, tat-13 ta’ April 2008, fejn ġew deċiżi r-rikors Nru 91/2006 u parti mir-rikors Nru 36/2007. Il-parti tar-rikors Nru 36/2007 li hija rilevanti f’din is-sede ġiet separata mill-ġdid mill-bqija tal-kawża fl-istess sentenza.


11 – It-test sħiħ ta’ din id-deċiżjoni huwa disponibbli fl-indirizz tal-internet tal-Corte costituzionale <www.cortecostituzionale.it> (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ April 2009).


12 – Ara Corte costituzionale (l-Italja), Digriet Nru 536 mill-15 sad-29 ta’ Diċembru 1995 (ippubblikat f’IlForo Italiano 1996, I, p. 783. Din il-prassi tal-Corte costituzionale Taljana ma kinitx eżenti mill-kritika; ara f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, A. Tizzano, “Ancora sui rapporti tra Corti europee: principi comunitari e c.d. controlimiti costituzionali”, Il Diritto dell’Unione Europea 3/2007, p. 734 (b’mod partikolari paġni 742 et seq.); tal-istess awtur, “Corte e Corte di giustizia”, Il Foro Italiano 2006, p. 348 (b’mod partikolari p. 352).


13 – Preċedentement, qrati kostituzzjonali nazzjonali diġà ressqu talbiet għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, f’sensiela ta’ kawżi, kwistjonijiet li jirrigwardaw id-dritt Komunitarju: wara r-rinviji tal-Qorti Kostituzzjonali Awstrijaka ngħataw is-sentenzi tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke, (C-143/99, Ġabra p. I-8365, iktar ’il quddiem is-“sentenza Adria-Wien Pipeline”); tat-8 ta’ Mejju 2003, Wählergruppe Gemeinsam (C-171/01, Ġabra p. I-4301), u tal-20 Mejju 2003, Österreichischer Rundfunk et (kawżi magħquda C-465/00, C-138/01 u C-139/01, Ġabra p. I-4989). Wara rinviji tal-Qorti Kostituzzjonali Belġjana (li qabel kienet il-Qorti ta’ Arbitraġġ) ingħatat is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 1998, Fédération belge des chambres syndicales de médecins (C-93/97, Ġabra p. I-4837), id-digriet tal-1 ta’ Ottubru 2004, Clerens (C-480/03, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), kif ukoll is-sentenzi tas-26 ta’ Ġunju 2007, Ordre des barreaux francophones et germanophone et (C-305/05, Ġabra p. I-5305), u tal-1 ta’ April 2008, Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon (C-212/06, Ġabra p. I-1683); Bressol et, (C-73/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), kif ukoll Base et. (C-389/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra). Fl-aħħar, il-Qorti tal-Ġustizzja wara rinviju tal-Qorti Kostituzzjonali Litwana (Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas), tat is-sentenza tad-9 ta’ Ottubru 2008, Sabatauskas et (C-239/07, Ġabra p. I-7523).


14 – Il-Corte costituzionale tirriferi, f’dan il-kuntest, għall-ġurisprudenza tagħha, kif tirriżulta mis-sentenzi Nri 7/2004, 166/2004, 406/2005, 129/2006 u 348/2007.


15 – Bl-għan li tipprovdi lill-qorti tar-rinviju risposta utli għat-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tanalizza wkoll dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju li ma humiex imsemmija fid-deċiżjoni tar-rinviju (sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 1990, SARPP, C-241/89, Ġabra p. I-4695, punt 8, kif ukoll tad-29 ta’ Jannar 2008, Promusicae, C-275/06, Ġabra p. I-271, punt 42). Huwa biss meta jirriżulta mill-proċess li l-qorti tar-rinviju ma tagħmilx domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju, li l-Qorti tal-Ġustizzja lanqas ma teżamina l-imsemmija dispożizzjoni (sentenza tal-5 ta’ Ottubru 1988, Alsatel, 247/86, Ġabra p. 5987, punti 7 u 8). Madankollu, f’dan il-każ, ma jirriżultax li l-Corte costituzionale Taljana riedet konsapevolment teskludi l-Artikolu 50 KE mis-suġġett tat-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari. Għall-kuntrarju, il-qorti tar-rinviju trid tikseb – mill-bqija, anki kif irid ir-rikorrent fil-kawża prinċipali– eżami estensiv tal-leġiżlazzjoni fiskali ta’ Sardegna fid-dawl tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Dan jimplika li jeħtieġ li jiġi kkunsidrat mhux biss l-Artikolu 49 KE, iżda wkoll l-Artikolu 50 KE li jintegra u jippreċiża l-ewwel dispożizzjoni.


16 – Ara wkoll is-sentenzi tat-22 ta Mejju 2003, Freskot (C-355/00, Ġabra p. I-5263, punt 54), u tat-18 ta’ Diċembru 2007, Jundt (C-281/06, Ġabra p. I-12231, punt 28).


17 – Wieħed ma għandux jinsa li l-Qorti tal-Ġustizzja hija obbligata tikkunsidra l-kuntest ta’ fatt u ta’ dritt li fih jidħlu d-domandi preliminari, kif iddefinit mid-deċiżjoni tar-rinviju. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandiex tiddeċiedi, fil-kuntest ta’ rinviju, fuq l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali u lanqas tiddeċiedi jekk l-interpretazzjoni mogħtija mill-qorti tar-rinviju hijiex korretta (ġurisprudenza stabbilita, ara s-sentenzi tad-29 ta’ April 2004, Orfanopoulos u Oliveri, Kawżi Magħquda C-482/01 u C-493/01, Ġabra p. I-5257, punt 42, u tal-14 ta’ Frar 2008, Dynamic Medien, C-244/06, Ġabra p. I-505, punt 19).


18 – Dan ġie enfasizzat mill-qorti tar-rinviju permezz tar-referenza għad-definizzjoni Komunitarja tan-“negozju ta’ avjazzjoni” (avjazzjoni għal skopijiet ta’ kummerċ) skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93, tat-18 ta’ Jannar 1993, dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 93/2004 (ĠU L 138, p. 50). Skont din id-dispożizzjoni, huwa kkunsidrat avjazzjoni tan-negozju “dak is-settur ta’ avjazzjoni ġenerali li jikkonċerna l-operazzjoni jew l-użu ta’ bċejjeċ ta’ l-ajru minn kumpaniji għall-ġarr ta’ passiġġieri jew oġġetti jew bħala għajnuna għat-twettieq tan-negozju tagħhom, fejn il-bċejjeċ ta’ l-ajru jittajru għal finijiet ġeneralment kunsidrati mhux għall-kiri pubbliku […],” (il-korsiv huwa tiegħi).


19 – Sentenzi tal-31 ta’ Jannar 1984, Luisi u Carbone (Kawżi Magħquda 286/82 u 26/83, Ġabra p. 377, punti 10 u 16); tat-13 ta’ Lulju 2004, Il-Kummissjoni vs Franza (C-262/02, Ġabra p. I-6569, punt 22), Bacardi France (C-429/02, Ġabra p. I-6613, punt 31), kif ukoll tal-11 ta’ Settembru 2007, Schwarz u Gootjes-Schwarz (C-76/05, Ġabra p. I-6849, punt 36).


20 – Skont ġurisprudenza stabbilita, it-turisti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (passiva); ara s-sentenzi Luisi u Carbone (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 16); tat-2 ta’ Frar 1989, Cowan (186/87, Ġabra p. 195, punt 15); tal-24 ta’ Novembru 1998, Bickel u Franz (C-274/96, Ġabra p. I-7637, punt 15 moqri flimkien mal-punt 4), kif ukoll tas-16 ta’ Jannar 2003, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-388/01, Ġabra p. I-721, punt 12).


21 – Billi s-servizzi inkwistjoni ma humiex servizzi ta’ trasport, l-Artikolu 51(1) KE ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-Artikoli 49 KE u 50 KE. Il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi japplika madankollu wkoll fis-settur tat-trasport bl-ajru [sentenzi tas-26 ta’ Ġunju 2001, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, C-70/99, Ġabra p. I-4845, punti 21 u 22, kif ukoll tas-6 ta’ Frar 2003, Stylianakis, C-92/01, Ġabra p. I-1291, punti 23 sa 25, kull waħda minnhom tirreferi għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92, tat-23 ta’ Lulju 1992, dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 420)].


22 – Ara, b’mod partikolari, l-eżempji ta’ użu kummerċjali ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) tal-Codice della nautica da diporto (li jidhru fil-punt 13 ta’ dawn il-konklużjonijiet).


23 – Fuq il-klassifikazzjoni tal-leasing bħala servizz, ara s-sentenza tas-26 ta’ Ottubru 1999, Eurowings Luftverkehr (C-294/97, Ġabra p. I-7447, punt 33); fuq il-klassifikazzjoni tal-leasing ta’ mezz ta’ trasport bħala servizz, ara s-sentenza tal-21 ta’ Marzu 2002, Cura Anlagen (C-451/99, Ġabra p. I-3193, punt 18); fuq il-klassifikazzjoni bħala mezz ta’ trasport ta’ jott użat għal finijiet sportivi, ara s-sentenza tal-15 ta’ Marzu 1989, Hamann (51/88, Ġabra p. 767, punti 16 u 17).


24 – Sentenzi tas-26 ta’ April 1988, Bond van Adverteerders et (352/85, Ġabra p. 2085, punti 13 u 15); tal-11 ta’ Jannar 2007, ITC (C-208/05, Ġabra p. I-181, punt 56), kif ukoll tal-31 ta’ Jannar 2008, Centro Europa 7 (C-380/05, Ġabra p. I-349, punt 65).


25 – Sentenzi tat-18 ta’ Marzu 1980, Debauve et (52/79, Ġabra p. 833, punt 9), kif ukoll tat-23 ta’ April 1991, Höfner u Elser (C-41/90, Ġabra p. I-1979, punt 37); f’sens analogu, b’referenza għall-moviment liberu tal-persuni, sentenza Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, ara, b’mod partikolari, il-punt 33).


26 – Is-sitwazzjoni kienet analoga fil-kawża Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon (sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta qiegħ il-paġna 13, ara, b’mod iktar partikolari, il-punti 41 u 42), fejn korp territorjali Belġjan kien jiddistingwi, fil-leġiżlazzjoni tiegħu dwar l-assigurazzjoni kontra n-nuqqas ta’ awtonomija, bejn residenti u dawk li ma humiex residenti.


27 – Bl-istess mod fil-każ ITC (sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, punti 56 et seq.), li għandha bħala suġġett it-tqegħid ta’ klijenti Ġermaniżi f’postijiet tax-xogħol barra mill-pajjiż min-naħa ta’ impriżi Ġermaniżi.


28 – Ara wkoll, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-5 ta’ Ottubru 1994, Il-Kummissjoni vs Franza (C-381/93, Ġabra p. I-5145, punt 15): “is-servizzi ta’ trasport marittimu bejn l-Istati Membri mhux biss jiġu pprovduti ta’ spiss lil persuni stabbiliti fi Stat Membru differenti minn dak li jagħti s-servizz, imma iktar minn hekk, jiġu offruti tal-anqas parzjalment fuq it-territorju ta’ Stat Membru differenti minn dak fejn huwa stabbilit min jagħti s-servizz” [traduzzjoni mhux uffiċjali].


29 – Sentenza tal-5 ta’ Ġunju 1997, SETTG (C-398/95, Ġabra p. I-3091, punt 8).


30 – L-istess japplika għall-portijiet jew il-postijiet ta’ nżul u l-punti ta’ rmiġġ imsemmija fl-Artikolu 4(2)(b) tal-Ligi Regjunali Nru 4/2006.


31 – Ara dak li ntqal iktar ’il fuq, fil-punti 35 u 36 ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar l-inġenji tal-ajru.


32 – Anki meta s-servizzi inkwistjoni setgħu jikkostitwixxu servizzi ta’ trasport fis-settur tat-trasport marittimu, il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi japplika għalihom [ara l-Artikoli 51(1) KE, u 80(2) KE, moqrija flimkien mal-Artikolu 1(1), Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 174 )]; ara wkoll is-sentenzi Il-Kummissjoni vs Franza (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 28, punt 13); tat-13 ta’ Ġunju 2002, Sea-Land Service et (Kawżi Magħquda C-430/99 u C-431/99, Ġabra p. I-5235, punti 30 sa 32); tal-14 ta’ Novembru 2002, Geha Naftiliaki et (C-435/00, Ġabra p. I-10615, punt 20), u tal-11 ta’ Jannar 2007, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-269/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punti 19 sa 21).


33 – Ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tat-12 ta’ Ġunju 2003, Gerritse (C-234/01, Ġabra p. I-5933, punt 28); ara wkoll is-sentenzi tal-14 ta’ Frar 1995, Schumacker (C-279/93, Ġabra p. I-225, punti 28 u 29); tat-23 ta’ Jannar 1997, Pastoors u Trans-Cap (C-29/95, Ġabra p. I-285, punti 17 u 18); tad-29 ta’ April 1999, Ciola (C-224/97, Ġabra p. I-2517, punt 14), u tat-18 ta’ Jannar 2007, Celozzi (C-332/05, Ġabra p. I-563, punt 26).


34 – Bl-istess mod, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 21, punti 26 u 27). Anki fil-kawża Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punti 45 sa 54), il-leġiżlazzjoni ta’ korp territorjali Belġjan, li kienet tagħmel distinzjoni skont id-domiċilju, ma ġietx ikkunsidrata bħala diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq iċ-ċittadinanza, imma ġiet eżaminata mill-perspettiva tar-restrizzjoni fuq diversi libertajiet fundamentali.


35 – Sentenzi tad-19 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-244/04, Ġabra p. I-885, punt 31); tat-18 ta’ Lulju 2007, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-490/04, Ġabra p. I-6095, punt 63), u tat-28 ta’ April 2009, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-518/06, Ġabra p. I-3491, punt 62); ara wkoll is-sentenza tal-25 ta’ Lulju 1991, Säger (C-76/90, Ġabra p. I-4221, punt 12), kif ukoll is-sentenzi Il-Kummissjoni vs Franza (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 22) u Bacardi France (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 31).


36 – Sentenzi tad-29 ta’ Novembru 2001, De Coster (C-17/00, Ġabra p. I-9445, punti 26 u 27), u tas-17 ta’ Frar 2005, Viacom Outdoor (C-134/03, Ġabra p. I-1167, punt 36); bl-istess mod, is-sentenza tat-3 ta’ Ottubru 2006, FKP Scorpio Konzertproduktionen (C-290/04, Ġabra p. I-9461, punti 46 u 47).


37 – Tkun ħaġa differenti jekk it-taxxa jew l-imposta jkunu tant għoljin li prattikament ikunu daqs projbizzjoni fuq l-attività; ara, fuq dan il-punt, il-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fit-28 ta’ Ottubru 2004 fil-kawża Viacom Outdoor (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punt 63).


38 – Sentenza tat-8 ta’ Settembru 2005, Mobistar u Belgacom Mobile, “Mobistar” (Kawżi Magħquda C-544/03 u C-545/03, Ġabra p. I-7723, punt 31, iktar’il quddiem is-“sentenza Mobistar”). Ara, barra minn hekk, ukoll, il-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fit-28 ta’ Ottubru 2004 fil-kawża Viacom Outdoor (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punti 58 sa 67).


39 – Huwa dan l-element ta’ differenza fit-trattament tas-sitwazzjonijiet transkonfinali u nazzjonali li jiddistingwi dan il-każ, pereżempju, mill-kawżi Viacom Outdoor (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, partikolarment punt 37) u Mobistar (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 38, b’mod partikolari punti 32 u 33).


40 – Ara l-punt 40 ta’ dawn il-konklużjonijiet kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata fin-noti 24 u 25.


41 – Fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet analogi fir-rigward ta’ libertajiet fundamentali oħra, ara s-sentenzi Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, b’mod partikolari l-punti 41 u 42), u tad-9 ta’ Settembru 2004, Carbonati Apuani (C-72/03, Ġabra p. I-8027, b’mod partikolari l-punt 26); barra minn hekk f’dawn il-każijiet il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat din il-leġiżlazzjoni nazzjonali fid-dawl tal-libertajiet fundamentali tas-suq intern, fejn il-kuntest ta’ applikazzjoni tagħha hija limitata għal parti mit-territorju nazzjonali tal-Istat Membru rispettiv.


42 – Ara l-punt 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


43 – Sentenzi Mobistar (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 38, punt 30), kif ukoll Schwarz u Gootjes-Schwarz (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 67); fl-istess sens, ara s-sentenzi Il-Kummissjoni vs Franza (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 28, punt 17); tat-28 ta’ April 1998, Kohll (C-158/96, Ġabra p. I-1931, punt 33); De Coster (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punt 30); tas-16 ta’ Mejju 2006, Watts (C-372/04, Ġabra p. I-4325, punt 94); Centro Europa 7 (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, punt 65), kif ukoll tal-11 ta’ Ġunju 2009, X (C-155/08, Ġabra p. I-5093, punt 32).


44 – Sentenzi Il-Kummissjoni vs Franza (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 23), u Bacardi France (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 32); fuq il-ġustifikazzjoni għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, ara wkoll is-sentenzi Säger (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 35, punt 15); SETTG (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29, punt 21), u tat-18 ta’ Diċembru 2007, Laval un Partneri (C-341/05, Ġabra p. I-11767, punt 114); fl-istess sens ukoll is-sentenza tat-3 ta’ Diċembru 1974, van Binsbergen (33/74, Ġabra p. 1299, punt 12).


45 – F’kull każ, huwa biss mill-emenda tagħha fl-2008 – li ma hijiex is-suġġett ta’ din il-kawża – li t-test tal-liġi jinkludi referenza espressa għall-ambjent; f’dak iż-żmien, it-titolu uffiċjali tal-Artikolu 4 tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006 ġie emendat hekk: “Taxxa reġjonali għall-protezzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali” [ara, f’dan ir-rigward, l-Artikolu 2(15)(a) tal-Liġi Reġjonali Nru 3/2008 tar-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna]. Fil-mezzi tax-xandir inħoloq it-terminu, għal-leġiżlazzjoni fiskali kkontestata, “taxxa tal-lussu” [ara, pereżempju, l-artiklu ta’ A. Pinna fil-Corriere della Sera tat-2 ta’ Ġunju 2006 bit-titolu: “Sardegna, tassa del lusso. Gates non prenota” (Sardegna, taxxa tal-lussu. Gates ma jibbukkjax)].


46 – Formulazzjoni simili tinsab ukoll fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


47 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-20 ta’ Settembru 1988, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (302/86, Ġabra p. 4607, punt 9); tad-9 ta’ Lulju 1992, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C-2/90, Ġabra p. I-4431, punti 32 sa 36); tal-14 ta’ Diċembru 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-463/01, Ġabra p. I-11705, punt 75), u Radlberger Getränkegesellschaft et (C-309/02, Ġabra p. I-11763, punt 75); kif ukoll tal-15 ta’ Novembru 2005, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-320/03, Ġabra p. I-9871, punt 70), u tal-11 ta’ Diċembru 2008, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-524/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 57).


48 – Ġurisprudenza stabbilita, ara s-sentenzi tat-30 ta’ Jannar 2007, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (C-150/04, Ġabra p. I-1163, punt 46); Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 55), u tal-5 ta’ Marzu 2009, UTECA (C-222/07, Ġabra p. I-1407, punt 25); b’mod speċifiku fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, ara wkoll is-sentenzi Säger (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 35, punt 15), Il-Kummissjoni vs Franza (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 24); Bacardi France (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 33), u Laval un Partneri (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44, punt 101).


49 – Sentenzi tas-17 ta’ Lulju 2008, Corporación Dermoestética (C-500/06, Ġabra p. I-5785, punti 39 u 40); tal-10 ta’ Marzu 2009, Hartlauer (C-169/07, Ġabra p. I-1721, punt 55), kif ukoll tad-19 ta’ Mejju 2009, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-531/06, Ġabra p. I-4103, punt 66) u Apothekerkammer des Saarlandes et (Kawżi Magħquda C-171/07 u C-172/07, Ġabra p. I-4171, punt 42).


50 – Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fit-23 ta’ April 2009 f’Futura Immobiliare et (C-254/08, Ġabra p. I-6995, punt 30).


51 – Ara, f’sens analogu, il-konklużjonijiet tiegħi ppreżentanti fil-kawża Futura Immobiliare et (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 50, punt 66), fejn sostnejt li huwa inkompatibbli mal-prinċipju li “min iniġġes iħallas” li jiġu eżonerati direttament ċerti gruppi, minħabba l-faqar estrem jew il-kapacità produttiva mnaqqsa, mill-ispejjeż marbuta mat-tniġġis ambjentali kkawżat minnhom.


52 – Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fil-kawża Futura Immobiliare et (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 50, punt 32), kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs ippreżentati fit-30 ta’ April 2002 f’GEMO (C-126/01, Ġabra 2003, p. I-13769, punt 66).


53 – Artikolu 4(6)(b) tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006.


54 – Sentenzi Schumacker (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punti 30 sa 34); Gerritse (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punti 43 u 44); tal-1 ta’ Lulju 2004, Wallentin (C-169/03, Ġabra p. I-6443, punti 15 u 16); tas-6 ta’ Lulju 2006, Conijn (C-346/04, Ġabra p. I-6137, punt 16); tal-14 ta’ Diċembru 2006, Denkavit Internationaal u Denkavit France (C-170/05, Ġabra p. I-11949, punti 23 u 24); tat-18 ta’ Lulju 2007, Lakebrink u Peters-Lakebrink (C-182/06, Ġabra p. I-6705, punti 28 u 29), u tat-22 ta’ Diċembru 2008, Truck Center (C-282/07, Ġabra p. I-10767, punti 38 u 39).


55 – Dawn id-differenzi ssemmew konkretament mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi Schumacker (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punti 32 u 33), u Truck Center (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54, punti 40 sa 50); ara, ukoll, is-sentenza tad-19 ta’ Jannar 2006, Bouanich (C-265/04, Ġabra p. I-923, punt 39).


56 – Sentenzi Gerritse (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punti 27 u 53); Wallentin (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54, punti 17 sa 20); Bouanich (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 55, punti 40 u 41); Conijn (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54, punti 20 u 24); Denkavit Internationaal u Denkavit France (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54, punt 25), kif ukoll Lakebrink u Peters-Lakebrink (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54, punti 30 sa 35).


57 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-27 ta’ Ottubru 1971, Rheinmühlen Düsseldorf (6/71, Ġabra p. 823, punt 14), u tas-16 ta’ Diċembru 2008, Arcelor Atlantique u Lorraine et (C-127/07, Ġabra p. I-9895, punt 26).


58 – Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 73 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


59 – Minn dan l-aspett, dan il-każ huwa differenti, pereżempju, mill-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (sentenza iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 47, punti 34 sa 36), fejn prodotti nazzjonali u prodotti barranin huma oġġettivament differenti fir-rigward ta’ ċerti prinċipji ta’ politika ambjentali rikonoxxuti wkoll fil-livell Komunitarju.


60 – Mill-proċess jirriżulta li parti konsiderevoli tad-dħul iġġenerat f’Sardegna mit-taxxa fuq id-dħul u mill-VAT huwa tar-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna. Għalhekk, l-Istatut speċjali tar-Reġjun ta’ Sardegna (Statuto speciale della Regione Sardegna) jistabbilixxi, skont l-Artikolu 8 tal-Liġi Kostituzzjonali Nru 3 tas-26 ta’ Frar 1948, kif emendat bil-Liġi Nru 296 tas-27 ta’ Diċembru 2006, li d-dħul tar-Reġjun jikkonsisti minn, inter alia, 70 % tad-dħul mit-taxxa tal-persuni taxxabbli ta’ Sardegna u minn 90 % tad-dħul mit-taxxa fuq il-valur miżjud iġġenerat fuq it-territorju reġjonali.


61 – Sentenzi tat-28 ta’ Jannar 1986, Il-Kummissjoni vs Franza (270/83, Ġabra p. 273, punt 21); tat-12 ta’ Diċembru 2002, de Groot (C-385/00, Ġabra p. I-11819, punt 97), kif ukoll Lakebrink u Peters-Lakebrink (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54, punt 24); kunsiderazzjoni analoga ġiet espressa wkoll fis-sentenza Carbonati Apuani (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41, punt 34).


62 – Ċertu kontribut għad-dħul fiskali tar-Reġjun awtonomu ta’ Sardegna jingħata wkoll minn dawk li ma humiex residenti, b’mod partikolari permezz tal-VAT fuq il-konsum tagħhom fil-post. Dan ġie rikonoxxut anki mir-Reġjun fil-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


63 – Sentenza Corporación Dermoestética (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 49, punt 37); ara, wkoll, is-sentenza Hartlauer (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 49, punt 46).


64 – Ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-524/07, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 47, punt 56).


65 – Ara l-punti 61 sa 90 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


66 – Riskju bħal dan għandu jiġi kkunsidrat skont kriterji analogi għal dawk użati għal theddida għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku (ara, f’dan ir-rigward, il-ġurisprudenza stabbilita kif tirriżulta, inter alia, mis-sentenza Orfanopoulos u Oliveri, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 17, punt 66).


67 – Sentenzi Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-490/04, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 35, punt 86), u Laval un Partneri (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna  44, punt 117).


68 – Ġurisprudenza stabbilita mis-sentenzi tat-28 ta’ Jannar 1992, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C-300/90, Ġabra p. I-305, punti 14 sa 21) u Bachmann (C-204/90, Ġabra p. I-249, punti 21 sa 28); ara, iktar riċentement, is-sentenzi tat-13 ta’ Marzu 2007, Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation (C-524/04, Ġabra p. I-2107, punt 68); Jundt (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 67); tat-23 ta’ Ottubru 2008, Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt (C-157/07, Ġabra p. I-8061, punt 43), kif ukoll tas-27 ta’ Novembru 2008, Papillon (C-418/07, Ġabra p. I-8947, punt 43).


69 – Sentenzi tat-28 ta’ Ottubru 1999, Vestergaard (C-55/98, Ġabra p. I-7641, punt 24); Il-Kummissjoni vs L-Italja (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20, punti 23 u 24); tas-7 ta’ Settembru 2004, Manninen (C-319/02, Ġabra p. I-7477, punt 42); Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 48, punt 70); Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 68, punt 68), u Jundt (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 68).


70 – Sentenzi Manninen (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 69, punt 43) u tat-18 ta’ Ġunju 2009, Aberdeen Property Fininvest Alpha (C-303/07, Ġabra p. I-5145, punt 72); f’sens analogu, kif intqal iktar ’il fuq, is-sentenza tal-11 ta’ Marzu 2004, de Lasteyrie du Saillant (C-9/02, Ġabra p. I-2409, punt 67).


71 – Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 88 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


72 – Fuq il-kriterju tal-konnessjoni ġenerika u indiretta wisq, ara s-sentenzi Jundt (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 70), u Eurowings Luftverkehr (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punt 42); l-istess ukoll, is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20, punt 24).


73 – Dikjarazzjoni Nru 30 mehmuża mal-Att Finali tat-Trattat ta’ Amsterdam (ĠU 1997, C 340, p. 136).


74 – In-neofiti u n-neożoj huma tipi ta’ annimali jew ta’ pjanti li – bil-ħsieb jew mingħajr ħsieb, direttament jew indirettament – jinġiebu mill-bniedem f’reġjuni li fin-natura ma jkunux preżenti.


75 – Bis-saħħa tal-Artikolu 4(1) KE u 98 KE, il-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ ekonomija ta’ suq liberu; fuq dan il-punt, ara wkoll is-sentenza tad-9 ta’ Settembru 2003, CIF (C-198/01, Ġabra p. I-8055, punt 47).


76 – Ara s-sentenzi tas-6 ta’ Ġunju 2000, Verkooijen (C-35/98, Ġabra p. I-4071, punt 48), u Il-Kummissjoni vs L-Italja (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20, punt 22), kif ukoll, b’mod speċifiku għal dak li jirrigwarda l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, is-sentenzi SETTG (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29, punt 23), u Kohll (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 43, punt 41).


77 – Ara, f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-15 ta’ Marzu 2005, Bidar (C-209/03, Ġabra p. I-2119, punti 56 u 57 kif ukoll 59 u 60); tat-18 ta’ Lulju 2007, Geven (C-213/05, Ġabra p. I-6347, punti 29 u 30); tat-23 ta’ Ottubru 2007, Morgan u Bucher (Kawżi Magħquda C-11/06 u C-12/06, Ġabra p. I-9161, punt 43), u tat-22 ta’ Mejju 2008, Nerkowska (C-499/06, Ġabra p. I-3993, punti 37 sa 39); ara, barra minn hekk, il-konklużjonijiet ippreżentati fit-30 ta’ Marzu 2006 f’Tas-Hagen u Tas (C-192/05, Ġabra p. I-10451, punti 60 sa 63) u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mazák ippreżentati fit-30 ta’ April 2009 f’Gottwald ( C-103/08, Ġabra p. I-9117, punti 58 sa 72).


78 – Fuq ir-restrizzjonijiet għall-bini ta’ residenzi sekondarji, ara s-sentenza tal-1 ta’ Diċembru 2005, Burtscher (C-213/04, Ġabra p. I-10309, b’mod partikolari l-punt 46).


79 – Sentenzi tal-4 ta’ April 1974, Il-Kummissjoni vs Franza (167/73, Ġabra p. 359, punti 24 sa 32), u tat-30 ta’ April 1986, Asjes et (Kawżi Magħquda minn 209/84 sa 213/84, Ġabra p. 1425, punti 44 u 45).


80 – Sentenzi tat-22 ta’ Marzu 1977, Steinike & Weinlig (78/76, Ġabra p. 595, punt 9); tal-21 ta’ Novembru 1991, Fédération nationale du commerce extérieur des produits alimentaires e Syndicat national des négociants et transformateurs de saumon (C-354/90, Ġabra p. I-5505, punt 14, iktar ’il quddiem is-“sentenza Saumon”); tal-5 ta’ Ottubru 2006, Transalpine Ölleitung in Österreich (C-368/04, Ġabra p. I-9957, punt 38); tat-18 ta’ Lulju 2007, Lucchini (C-119/05, Ġabra p. I-6199, punti 51, 52 u 62), u tat-22 Diċembru 2008, Régie Networks (C-333/07, Ġabra p. I-10807, punti 94, l-aħħar sentenza, u 125).


81 – Ara, f’dan ir-rigward, sentenzi Steinike & Weinlig (punt 14), Saumon (punt 10) u Lucchini (punt 50), iċċitati iktar’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 80.


82 – Konsegwentement il-Qorti tal-Ġustizzja tiddefinixxi b’mod wiesa’ l-kompetenza tal-qrati nazzjonali u tuża, pereżempju, fis-sentenza Lucchini (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 80, punt 50, l-ewwel sentenza), il-kliem “b’mod partikolari”.


83 – Sentenzi Saumon (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 80, punt 17); tas-27 ta’ Ottubru 2005, Distribution Casino France et (Kawżi Magħquda minn C-266/04 sa C-270/04, C-276/04 u minn C-321/04 sa C-325/04, Ġabra p. I-9481, punt 30); tas-7 ta’ Settembru 2006, Laboratoires Boiron (C-526/04, Ġabra p. I-7529, punt 29), u Transalpine Ölleitung in Österreich (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 80, punt 40); ara wkoll id-definizzjoni ta’ għajnuna illegali fl-Artikolu 1(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


84 – Sentenza tat-12 ta’ Frar 2008, Centre d’exportation du livre français (C-199/06, Ġabra p. I-469, punti 40 u 41).


85 – Sentenzi tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, (C-280/00, Ġabra p. I-7747, punt 74, iktar’il quddiem is-“sentenza Altmark Trans”); tat-23 ta’ Marzu 2006, Enirisorse (C-237/04, Ġabra p. I-2843, punt 38); UTECA (iċċitata iktar’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 48, punt 42), u tat-2 ta’ April 2009, Bouygues et vs Il-Kummissjoni (C-431/07P, Ġabra p. I-2665, punt 101); f’sens analogu wkoll, ara s-sentenza tal-21 ta’ Marzu 1990, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, magħrufa bħala “Tubemeuse” (C-142/87, Ġabra p. I-959, punt 25).


86 – Sentenzi Altmark Trans (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 85, punt 75); Enirisorse (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 85, punt 39); UTECA (C-142/87, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 48, punt 42), u Bouygues et vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 85, punt 102); f’sens analogu, għalkemm b’xi sfumaturi fil-formulazzjoni, ara s-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 2006, Air Liquide Industries Belgium (Kawżi Magħquda C-393/04 u C-41/05, Ġabra p. I-5293, punt 28).


87 – Diġà mis-sentenza tat-2 ta’ Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni (173/73, Ġabra p. 709, punt 28), ġie ċċarat li miżura ma taħrabx mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87 KE (li kien l-Artikolu 92 tat-Trattat KE) minħabba s-sempliċi fatt li għandha natura eventwali fiskali; ara wkoll, pereżempju, is-sentenzi tad-19 ta’ Settembru 2000, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (C-156/98, Ġabra p. I-6857, punt 26); tat-3 ta’ Marzu 2005, Heiser (C-172/03, Ġabra p. I-1627, punti 27 sa 58); tat-22 ta’ Ġunju 2006, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni (Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, Ġabra p. I-5479, punt 86), u tat-22 ta’ Diċembru 2008, British Aggregates vs Il-Kummissjoni (C-487/06 P, Ġabra p. I-10505, b’mod partikolari punt 92).


88 – Sentenzi Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 25); Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 86), u Laboratoires Boiron (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 83, punti 33 sa 35); f’sens analogu wkoll, ara s-sentenza tal-15 ta’ Marzu 1994, Banco Exterior de España (C-387/92, Ġabra p. I-877, punt 13).


89 – Sentenzi Banco Exterior de España (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 88, punt 14), u Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 87); f’sens analogu, ara s-sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 26).


90 – Sentenza British Aggregates vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 89, l-aħħar sentenza).


91 – Sentenzi Banco Exterior de España (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 88, punt 14); tad-19 ta’ Mejju 1999, L-Italja vs Il-Kummissjoni (C-6/97, Ġabra p. I-2981, punt 16); tas-17 ta’ Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, magħrufa bħala “Maribel” (C-75/97, Ġabra p. I-3671, punti 23 u 24), kif ukoll Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 87).


92 – Sentenzi tat-22 ta’ Novembru 2001, Ferring (C-53/00, Ġabra p. I-9067, punt 20); Laboratoires Boiron (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 83, punt 34), u British Aggregates vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 89).


93 – Sentenzi tal-15 ta’ Diċembru 2005, L-Italja vs Il-Kummissjoni (C-66/02, Ġabra p. I-10901, punt 94); tas-6 ta’ Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (C-88/03, Ġabra p. I-7115, punt 52), u British Aggregates vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 82).


94 – Sentenzi Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 93, punti 57 u 58 kif ukoll 60 u 61), u tal-11 ta’ Settembru 2008, UGT-Rioja et (Kawżi Magħquda minn C-428/06 sa C-434/06, Ġabra p. I-6747, b’mod partikolari l-punti 47 u 48).


95 – Sentenza Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 93, punti 55, 60 u 62); f’sens analogu wkoll, ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ottubru 1987, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (248/84, Ġabra p. 4013, punt 17).


96 – Sentenzi Adria-Wien Pipeline (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 41); Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 93, punt 54); UGT-Rioja et (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 94, punt 46), u British Aggregates vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 82).


97 – Sentenza Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 93, punt 52); f’sens analogu, ara l-ġurisprudenza stabbilita bis-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 33), b’mod partikolari s-sentenzi Adria-Wien Pipeline (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 42); Ferring (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 92, punt 17); tal-14 ta’ April 2005, AEM u AEM Torino (Kawżi Magħquda C-128/03 u C-129/03, Ġabra p. I-2861, punt 39); tal-15 ta’ Diċembru 2005, Unicredito Italiano (C-148/04, Ġabra p. I-11137, punt 51), u tal-10 ta’ Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et (C-222/04, Ġabra p. I-289, punti 137 u 138).


98 – Ara l-punti 62 sa 67 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


99 – Ara l-punti 73 u 81 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


100 – Ara l-punti 71 sa 77 ta’ dawn il-konklużjonijiet; f’sens analogu, ara s-sentenza Adria-Wien Pipeline (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 52).


101 – Ara, b’mod iktar partikolari, il-punti 78 sa 90 u 98 sa 102 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


102 – Sentenza British Aggregates vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punti 84 u 86); f’sens analogu, b’referenza għal miżuri b’għanijiet ta’ politika soċjali, sentenzi tas-26 ta’ Settembru 1996, Franza vs Il-Kummissjoni (C-241/94, Ġabra p. I-4551, punt 21); tad-29 ta’ April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni (C-342/96, Ġabra p. I-2459, punt 23), u Maribel (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 91, punt 25).


103 – Sentenzi tad-29 ta’ Frar 1996, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (C-56/93, Ġabra p. I-723, punt 79); Franza vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 102, punt 20); Maribel (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 91, punt 25), u British Aggregates vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punti 85, 87 u 89).


104 – Sentenza British Aggregates vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 92).


105 – Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tiegħi tas-26 ta’ Ġunju 2008 fil-kawża Régie Networks (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 80, punti 97 u 117).


106 – Ara, f’dan ir-rigward, il-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 80.


107 – Sentenzi Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 95, punt 17), u Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 93, punt 55).


108 – F’dan ir-rigward, ara l-punt 126 ta’ dawn il-konklużjonijiet u l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 88.


109 – F’dan is-sens, ara s-sentenzi tas-17 ta’ Marzu 1993, Sloman Neptun (Kawżi Magħquda C-72/91 u C-73/91, Ġabra p. I-887, punt 21); tal-1 ta’ Diċembru 1998, Ecotrade (C-200/97, Ġabra p. I-7907, punt 35); tas-17 ta’ Ġunju 1999, Piaggio (C-295/97, Ġabra p. I-3735, punt 35), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Pearle et (C-345/02, Ġabra p. I-7139, punt 36).


110 – Fuq ir-rinunzja għal dħul fiskali bħala finanzjament permezz ta’ riżorsi mill-Istat, ara s-sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punti 26 u 28); f’dan is-sens, ara s-sentenzi Banco Exterior de España (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 88, punt 14); L-Italja vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 91, punt 16), kif ukoll Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 87).


111 – Sentenzi L-Italja vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 93, punt 111); Cassa di Risparmio di Firenze (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 97, punt 140), u tat-30 ta’ April 2009, Il-Kummissjoni vs L-Italja u WAM (C-494/06 P, Ġabra p. I-3639, punt 50).


112 – Sentenzi Tubemeuse (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 85, punt 43); Altmark Trans (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 85, punt 81); Heiser (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punti 32 u 33), u Air Liquide Industries Belgium (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 86, punt 36).


113 – Sentenzi Il-Kummissjoni vs L-Italja u WAM (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 111, punt 51); f’sens analogu, ara s-sentenzi Heiser (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 35), u Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 93, punt 91).


114 – Ara l-punti 48 sa 53 u – b’mod speċifiku fuq ir-referenza transnazzjonali, punti 40 sa 45 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


115 – Fuq dan il-punt, ara l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 111.


116 – Sentenzi Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 30); Heiser (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 87, punt 55), u Il-Kummissjoni vs L-Italja u WAM (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punt 54).


117 – Sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja u WAM (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta qiegħ il-paġna 111, punt 58).


118 – Ara, għal iktar dettall, l-Artikolu 4(5), moqri flimkien mal-paragrafu (4) tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006, fil-punt 14 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


119 – Għall-kompletezza, ara l-punti 52 u 53 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


120 – Ara l-punti 83 sa 89 u 98 sa 102 ta’ dawn il-konklużjonijiet.