Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester (ir-Renju Unit) fis-27 ta’ Frar 2009 – Future Health Technologies Ltd vs Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

(Kawża C-86/09)

2009/C 102/27

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

VAT and Duties Tribunal, Manchester

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Future Health Technologies Ltd

Konvenuta: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

F’ċirkustanzi fejn Stat Membru jaċċetta li servizzi huma mwettqa minn stabbiliment li għandu jkun ikkunsidrat bħala stabbiliment debitament rikonoxxut ta’ natura simili għal sptar jew ċentru għat-trattament mediku jew dijanjosi skont l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva Prinċipali dwar il-VAT (1), l-espressjoni “sptar u kura medika” fl-Artikolu 132(1)(b) għandha tkun interpretata bħala li tinkludi s-servizzi kollha jew, inkella, servizz wieħed jew iktar (u f’dan il-każ liema) li għandhom is-segwenti deskrizzjonijiet (kif deskritti f’iktar dettall fid-dikjarazzjoni stabbilita tal-fatti):

a)

L-għoti lill-ġenituri ta’ tarbija li għadha ma twelditx ta’ kitt tat-tgħamir mediku neċessarju sabiex jippermetti lil professjonist mediku indipendenti li jkun qiegħed jassisti t-twelid jiġbor id-demm mill-kurdun umbelikali tat-tarbija ftit wara t-twelid;

b)

L-ittestjar tad-demm hekk miġbur f’faċilità mibnija għal dan il-għan sabiex ikun żgurat li dan ma jkunx ikkontaminat b’xi kundizzjoni medika li tista’ tkun trażmessa permezz tad-demm jew permezz ta’ estratt ta’ ċelluli staminali mid-demm fil-każ tal-użu terapewtiku taċ-ċelluli staminali (b’ittestjar simili li jsir għal darb’oħra wara 6 xhur);

c)

L-ipproċessar tal-imsemmi demm minn u taħt is-superviżjoni ta’ professjonisti mediċi kkwalifikati kif xieraq sabiex ikun estratt kampjun ta’ ċelluli staminali li jistgħu jintużaw għal użu mediku terapewtiku;

d)

Il-ħażna tad-demm u taċ-ċelluli staminali f’kundizzjonijiet xjentifikament ikkontrollati intiżi sabiex id-demm u ċ-ċelluli staminali jinżammu u jkunu ppreservati f’kundizzjoni perfetta; u/jew

e)

Ir-rilaxx tad-demm fuq talba tal-ġenituri (sakemm il-wild ikollu 18-il sena) għal użu fi trattament mediku?

2)

Sussidjarjament, il-kunċett ta’ attivitajiet li huma “relatati mill-viċin” għal sptar u kura medika fl-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva Prinċipali tal-VAT għandu jkun interpretat b’mod li jinkludi s-servizzi kollha msemmija iktar ’il fuq jew xi wħud minnhom (u f’dan il-każ liema)?

3)

F’ċirkustanzi fejn Stat Membru jaċċetta li l-imsemmija servizzi huma mwettqa minn jew taħt is-superviżjoni ta’ professjonist mediku kkwalifikat kif xieraq wieħed jew iktar, l-espressjoni l-espressjoni “il-provvediment [provvista] ta’ kura medika” fl-Artikolu 132(1)(ċ) għandha tkun interpretata b’mod li tinkludi is-servizzi kollha jew, inkella, servizz wieħed jew iktar (u f’dan il-każ liema) li għandhom is-segwenti deskrizzjonijiet (kif deskritti f’iktar dettall fid-dikjarazzjoni stabbilita tal-fatti):

f)

L-għoti lill-ġenituri ta’ tarbija li għadha ma twelditx ta’ kitt tat-tgħamir mediku neċessarju sabiex jippermetti lil professjonist mediku indipendenti li jkun qiegħed jassisti t-twelid jiġbor id-demm mill-kurdun umbelikali tat-tarbija ftit wara t-tweild;

g)

L-ittestjar tad-demm hekk miġbur f’faċilità mibnija għal dan il-għan sabiex ikun żgurat li dan ma jkunx ikkontaminat b’xi kundizzjoni medika li tista’ tkun trażmessa permezz tad-demm jew permezz ta’ estratt ta’ ċelluli staminali mid-demm fil-każ ta’ użu terapewtiku taċ-ċelluli staminali (b’ittestjar simili li jsir għal darb’oħra wara 6 xhur);

h)

L-ipproċessar tal-imsemmi demm minn u taħt is-superviżjoni ta’ professjonisti mediċi kkwalifikati kif xieraq sabiex ikun estratt kampjun ta’ ċelluli staminali li jistgħu jintużaw għal użu mediku terapewtiku;

i)

Il-ħażna tad-demm u taċ-ċelluli staminali f’kundizzjonijiet xjentifikament ikkontrollati intiżi sabiex id-demm u ċ-ċelluli staminali jinżammu u jkunu ppreservati f’kundizzjoni perfetta; u/jew

j)

Ir-rilaxx tad-demm fuq talba tal-ġenituri (sakemm il-wild ikollu 18-il sena) għal użu fi trattament mediku?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).