12.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fis-26 ta’ Ġunju 2009 — G.A. Dijkman u M.A. Dijkman-Lavaleije vs Belgische Staat
(Kawża C-233/09)
2009/C 220/38
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gerhard Dijkman u Maria Dijkman-Lavaleije
Konvenut: Belgische Staat
Domanda preliminari
Il-fatt li residenti Belġjani li jwettqu investimenti jew jiddepożitaw flus barra mill-pajjiż, pereżempju fl-Olanda, sabiex jevitaw li jħallsu t-taxxa muniċipali addizzjonali prevista bl-Artikolu 465 WIB92, jiġu obbligati jużaw is-servizzi ta’ intermedjarju Belġjan sabiex jiksbu l-ħlas tad-dħul min proprjetà mobbli filwaqt li r-residenti li jwettqu investimenti jew jiddepożitaw flus fil-Belġju dejjem jistgħu jibbenefikaw mis-sistema ta’ ħlas minn ras il-għajn fuq proprjetà mobbli liberatorju stabbilita bl-Artikolu 313 WIB 92 u b’dan il-mod li jistgħu jevitaw it-taxxa muniċipali addizzjonali prevista bl-Artikolu 465 WIB92 minħabba li l-ħlas bil-quddiem fuq proprjetà mobbili diġa seħħ f’ras il-għajn, jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 56(1) KE?