Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Regeringsrätten fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Skandinaviska Enskilda Banken AB Momsgrupp vs Skatteverket

(Kawża C-540/09)

2010/C 51/40

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Regeringsrätten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skandinaviska Enskilda Banken AB Momsgrupp

Konvenut: Skatteverket

Domandi preliminari

(1)

Il-Parti B tal-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva tal-VAT (Artikolu 135, Nru 1 tad-Direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-eżenzjonijiet previsti minn dan l-istess artikolu huma applikabbli wkoll għas-servizzi (underwriting) li permezz tagħhom kumpannija ta’ intermedjazzjoni mobiljari tagħti, bi ħlas, garanzija lil kumpannija li tkun trid teffettwa ħruġ ta’ azzjonijiet, meta l-garanzija timplika li l-kumpannija ta’ intermedjazzjoni mobiljari tagħti impenn li tissottoskrivi l-azzjonijiet li eventwalment ma jiġux sottoskritti fil-perijodu ta’ sottoskrizzjoni?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23–62)