Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fil-15 ta’ Jannar 2010 — Missionswerk Werner Heukelbach E.v. vs État belge — Service Public Fédéral Finances

(Kawża C-25/10)

2010/C 100/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Missionswerk Werner Heukelbach E.v.

Konvenut: État belge — Service Public Fédéral Finances

Domanda preliminari

Għandhom l-Artikoli 18 (li kien l-Artikolu 12 tat-TKE), 45 (li kien l-Artikolu 39 tat-TKE), 49 (li kien l-Artikolu 43 tat-TKE) u 54 (li kien l-Artikolu 48 tat-TKE) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu l-adozzjoni jew iż-żamma fis-seħħ, mil-leġiżlatur ta’ Stat Membru, ta’ regola li l-iskop tagħha jkun li tirriżerva l-benefiċċju ta’ tassazzjoni bir-rata mnaqqsa ta’ 7 % għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru, għas-soċjetajiet ta’ mutwu jew għas-sindakati nazzjonali ta’ soċjetajiet ta’ mutwu, għas-sindakati professjonali u għall-assoċjazzjonijiet internazzjonali mingħajr skop ta’ lukru, għall-fondazzjonijiet privati u għall-fondazzjonijiet b’funzjoni pubblika li jkunu stabbiliti fi Stat membru fejn id-de cujus — residenti fir-reġjun tal-Vallonja — kien effettivament residenti jew kellu l-post tax-xogħol tiegħu fil-mument tal-mewt tiegħu, jew li fih huwa kien preċedentement effettivament residenti jew kellu l-post tax-xogħol tiegħu ?