Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fit-2 ta’ Lulju 2010 — SIAT SA vs L-Istat tal-Belġju

(Kawża C-318/10)

()

2010/C 246/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIAT SA

Konvenut: L-Istat tal-Belġju

Domanda preliminari

Peress li l-fatti li wasslu għall-kawża seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikolu 49 tat-Trattat KE, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għal dan il-każ, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li skont din, ir-remunerazzjonijiet għal provvisti jew servizzi mhumiex ikkunsidrati bħala spejjeż professjonali li jistgħu jitnaqqsu meta huma mħallsa jew attribwiti direttament jew indirettament għal persuna taxxabbli resident fi Stat Membru ieħor jew lil stabbiliment barrani, li skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn huma stabbiliti, mhumiex suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul jew huma suġġetti għat-taxxa hemmhekk, għad-dħul tal-każ preżenti, għas-sistema ta’ taxxa li hija kunsiderevolment iktar vantaġġuża minn dik li għaliha huwa suġġett dan id-dħul fl-Istat Membru fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inkwistjoni, sa kemm il-persuna taxxabbli ma turix, permezz tar-rimedji legali, li dawn ir-remunerazzjonijiet huma relatati ma’ transazzjonijiet reali u ġenwini u li huma ma jeċċedux il-limiti normali, filwaqt li prova bħal din mhix meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jitnaqqsu r-remunerazzjonijiet għal provvisti jew servizzi li tħallsu lil persuna taxxabbli residenti f’dan l-Istat Membru, anki jekk il-persuna taxxabbli mhix suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul jew hija suġġetta għal sistema ta’ taxxa li hija kunsiderevolment iktar vantaġġuża minn dik tal-liġi ordinarja ta’ dan l-Istat?