Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Ġunju 2011 — GfBk Gesellschaft für Börsenkommunikation mbH vs Finanzamt Bayreuth

(Kawża C-275/11)

2011/C 269/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GfBk Gesellschaft für Börsenkommunikation mbH

Konvenut: Finanzamt Bayreuth

Domandi preliminari

Għall-interpretazzjoni tal-kunċett “maniġġjar ta’ fondi speċjali ta’ investiment” fis-sens tal-punt 6 tal-Artikolu 13B(d) tad-Direttiva 77/388/KEE (1):

Is-servizz ta’ amministratur estern ta’ fondi speċjali ta’ investiment ma huwiex suffiċjentement speċifiku u, għalhekk, eżentat mit-taxxa ħlief

(a)

meta jeżerċita attività ta’ maniġġjar u mhux biss attività ta’ konsultazzjoni jew

(b)

meta minħabba n-natura tiegħu, is-servizz jiddistingwi ruħu minn servizzi oħrajn permezz ta’ karatteristika partikolari għall-finijiet tal-eżenzjoni skont din id-dispożizzjoni jew

(c)

meta dan l-amministratur jaġixxi b’eżekuzzjoni ta’ mandat fis-sens tal-Artikolu 5g tad-Direttiva 85/611/KEE (2) kif emendata.


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9 Vol. 1 p. 23

(2)  Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Jannar 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-kordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) bl-iskop li jiġu rregolati kumpanniji ta’ amministrazzjoni u prospectuses simplifikati, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 287