Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/4


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-387/11)

2011/C 305/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u C. Soulay, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi żamm fis-seħħ regoli differenti dwar it-taxxa fuq id-dħul kapitali u beni mobbli miġbura minn kumpanniji ta’ investiment Belġjani u t-taxxa fuq id-dħul kapitali u beni mobbli miġbura minn kumpanniji ta’ investiment barranin, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 49 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni tikkritika t-trattament differenti bejn il-kumpanniji ta’ investiment residenti u l-kumpanniji ta’ investiment li ma humiex residenti fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul kapitali u beni mobbli. B’differenza mal-kumpanniji ta’ investiment residenti, il-kumpanniji ta’ investiment li ma humiex residenti li ma għandhomx stabbiliment fiss fit-territorju nazzjonali ma għandhomx, fil-fatt, il-possibbiltà li jirkupraw l-ammont imħallas minħabba l-withholding tax fuq it-taxxa fuq id-dħul kapitali u beni mobbli. Din id-diskriminazzjoni hija inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment, peress li għandha l-konsegwenza li trendi inqas attraenti t-twaqqif ta’ kumpanniji ta’ investiment li ma humiex residenti, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, peress li l-finanzjament ta’ kumpannija Belġjana permezz ta’ kumpannija ta’ investiment barranija huwa ogħla minn finanzjament permezz ta’ kumpannija ta’ investiment Belġjana.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrifjuta l-ġustifikazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani. L-ewwel nett, dawn ma pproduċew l-ebda prova oġġettiva sabiex jiġi konkluż li teżisti differenza bejn is-sitwazzjoni tal-kumpanniji ta’ ivestiment residenti u dik tal-kumpanniji ta’ investiment li ma humiex residenti, li hija rilevanti mill-perspettiva tal-istauts fiskali tagħhom. Sussegwentement, is-sistema fiskali inkwistjoni ma għandha l-ebda rabta mat-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati kkonċernati. Fi kwalunkwe każ, Stat Membru ma jistax jinvoka ftehim bilaterali sabiex jevita l-obbligi imposti fuqu mit-Trattat. Fl-aħħar nett, fir-rigward ta’ allegat riskju ta’ frodi fiskali min-naħa tal-kumpanniji li ma humiex residenti, l-awtoritajiet Belġjani ma jistgħux jinvokaw ostakoli għall-kontrolli fiskali, li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet adottati mill-Belġju stess, sabiex jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-libertajiet iggarantiti mit-Trattat.