26.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/13 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjżi l-Baxxi
(Kawża C-473/11)
2011/C 347/19
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u W. Roels, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Talbiet
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tikkonstata li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, billi applika skema partikolari ta’ VAT għall-aġenziji tal-ivvjaġġar kif previst bid-Deċiżjoni Nru B71/2260 ta’ Marzu 1971, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 43, 96, 98 u 306 sa 310 tad-Direttiva tal-VAT (1); |
— |
tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li l-Pajjiżi l-Baxxi ma implementawx l-iskema partikolari tal-VAT għall-aġenziji tal-ivvjaġġar. Din il-konstatazzjoni tirriżulta mid-deċiżjoni tat-22 ta’ Marzu 1971, Nru B71/2260, kif emedata l-aħħar, li hija manifestament kuntrarja għall-iskema partikolari tal-aġenziji tal-ivvjaġġar prevista fl-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-VAT.
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).