4.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Harry Winston SARL
(Kawża C-273/12)
2012/C 235/17
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières
Konvenuta: Harry Winston SARL
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 206 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt is-sistema tal-ħażna doganali, li seħħ fiċ-ċirkostanzi tal-kawża inkwistjoni, jikkostitwixxi telf għal kollox tal-merkanzija u każ ta’ forza maġġuri, bil-konsegwenza li f’tali eventwalità ebda dejn doganali fuq l-importazzjoni ma huwa meqjus li tnissel? |
(2) |
Is-serq ta’ merkanzija miżmuma taħt is-sistema ta’ ħażna doganali huwa tali li jinvolvi l-fatt li jiġġenera u l-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 71 tad-Direttiva [tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud] (2)? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.
(2) ĠU L 347, p. 1.