Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-28 ta’ Mejju 2014 – Lisboagás GDL, Sociedade Distribuidora de Gás Natural de Lisboa SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-256/14)

2014/C 303/16

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lisboagás GDL, Sociedade Distribuidora de Gás Natural de Lisboa SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi li jiġi kkalkolat il-VAT meta jinġabru, mingħajr ebda marġni, minn impriża privata fornitriċi ta’ infrastruttura ta’ distribuzzjoni ta’ gass naturali lil impriża li tixtri s-servizzi tagħha, l-ammonti ta’ taxxi ta’ okkupazzjoni ta’ taħt l-art, imħallsa lill-muniċipalitajiet li fihom jeżistu pajpijiet li jintegraw dawn l-infrastrutturi?

2)

Peress li t-taxxi ta’ okkupazzjoni ta’ taħt l-art huma kkalkolati mill-awtoritajiet lokali, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-VAT, id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi li jiġi kkalkolat il-VAT meta jinġabru l-ammonti ta’ dawn it-taxxi mħallsa minn impriża privata fornitriċi ta’ infrastruttura ta’ distribuzzjoni ta’ gas naturali lil impriża li tixtri s-servizzi tagħha?