Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-5 ta’ Ġunju 2014 – PPUH Stehcemp Sp. j. Florian Stefanek, Janina Stefanek, Jarosław Stefanek vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

(Kawża C-277/14)

2014/C 303/21

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PPUH Stehcemp Sp. j. Florian Stefanek, Janina Stefanek, Jarosław Stefanek

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 2(1), 4(1) u (2), 5(1), u 10(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) (iktar ’il quddiem is-“Sitt Direttiva”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li tranżazzjoni mwettqa f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, fejn la l-persuna taxxabbli u lanqas l-awtorità fiskali ma jinsabu f’pożizzjoni li jistabbilixxu l-identità tal-fornitur reali tal-oġġetti, hija kunsinna ta’ oġġetti?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikoli 17(2)(a), 18(1)(a) u 22(3) tas-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, tipprojbixxi lill-persuna taxxabbli milli tnaqqas it-taxxa peress li l-fattura nħarġet minn operatur li ma huwiex il-fornitur reali tal-oġġetti u peress li ma huwiex possibbli li tiġi stabbilita l-identità tal-imsemmi fornitur u li jiġi obbligat iħallas it-taxxa, jew li tiġi ddeterminata l-persuna li għandha toħroġ il-fattura skont l-Artikolu 21(1)(ċ) tas-Sitt Direttiva?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.