Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Novembru 2015 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs British Film Institute

(Kawża C-592/15)

(2016/C 027/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs.

Konvenuta: British Film Institute.

Domandi preliminari

i.

It-termini tal-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva (1), b’mod partikolari fil-frażi “ċertu servizzi kulturali”, huma suffiċjentement ċari u preċiżi sabiex l-Artikolu 13A(1)(n) ikollu effett dirett, b’tali mod li jeżenta l-provvisti ta’ servizzi kulturali minn korpi tad-dritt pubbliku jew korpi kulturali rikonoxxuti oħra, bħall-provvisti tal-parti konvenuta fil-kawża odjerna, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali traspożittiva?

ii.

It-termini tal-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva, b’mod partikolari fil-frażi “ċertu servizzi kulturali”, jagħtu lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom permezz tal-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni u, jekk dan huwa l-każ, x’diskrezzjoni hija?

iii.

Il-konkolużjonijiet marbuta mad-domandi preċedenti japplikaw ukoll għall-Artikolu 132(1)(n) tad-direttiva prinċipali tal-VAT (2)?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol.1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).