16.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fit-8 ta’ Awwissu 2017 – AS Viking Motors, OÜ TKM Beauty Eesti, AS TKM King, Kaubamaja AS, Selver AS vs Tallinna linn, Maksu- ja Tolliamet
(Kawża C-475/17)
(2017/C 347/20)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AS Viking Motors, OÜ TKM Beauty Eesti, AS TKM King, Kaubamaja AS, Selver AS
Konvenuta: Tallinna linn, Maksu- ja Tolliamet
Domanda preliminari
L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi taxxa nazzjonali li tapplika b’mod ġenerali u li l-ammont tagħha jiġi ddeterminat proporzjonalment għall-prezz, iżda li, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti, issir dovuta biss fil-fażi ta’ bejgħ ta’ oġġett jew ta’ servizz lil konsumatur, b’tali mod li l-piż fiskali jaqa’ fl-aħħar mill-aħħar fuq il-konsumatur, u li tostakola s-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).