23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvija) fl-20 ta’ April 2018 – SIA “Kuršu zeme”
(Kawża C-273/18)
(2018/C 259/30)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Kuršu zeme”
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Domanda preliminari
L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi projbizzjoni li titnaqqas it-taxxa tal-input ibbażata fuq is-sempliċi parteċipazzjoni kuxjenti tal-persuna taxxabbli fit-tfassil ta’ tranżazzjonijiet simulati, iżda mingħajr ma jiġi indentifikat b’liema mod it-tranżazzjonjiet inkwistjoni kkawżaw dannu għat-Teżor taħt forma ta’ VAT mhux imħallsa jew indebitament irrimborsata meta mqabbla mas-sitwazzjoni fejn it-tranżazzjonijiet ikunu ġew imfassla konformement maċ-ċirkustanzi reali?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' 28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).