Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

23.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 259/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvija) fl-20 ta’ April 2018 – SIA “Kuršu zeme”

(Kawża C-273/18)

(2018/C 259/30)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Kuršu zeme”

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Domanda preliminari

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi projbizzjoni li titnaqqas it-taxxa tal-input ibbażata fuq is-sempliċi parteċipazzjoni kuxjenti tal-persuna taxxabbli fit-tfassil ta’ tranżazzjonijiet simulati, iżda mingħajr ma jiġi indentifikat b’liema mod it-tranżazzjonjiet inkwistjoni kkawżaw dannu għat-Teżor taħt forma ta’ VAT mhux imħallsa jew indebitament irrimborsata meta mqabbla mas-sitwazzjoni fejn it-tranżazzjonijiet ikunu ġew imfassla konformement maċ-ċirkustanzi reali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' 28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).