Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/16


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-487/08)

(2009/C 19/29)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u I. Martinez del Peral Cagigal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikajra li, billi eżerċita trattament differenti għad-dividendi mqassma lil azzjonisti barranin u lokali, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 tat-Trattat KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Taħt il-leġiżlazzjoni Spanjola, il-kumpanniji li għandhom sehem sinjifikattiv fil-kapital ta' kumpannija sussidjarja jistgħu jnaqqsu mid-dħul taxxabbli tagħha 100 % tad-dividend gross miksub minnha. Sabiex jaqgħu taħt din is-sistema, il-kumpannji parent residenti fi Spanja għandhom ikun kellhom sehem igwali għal jew ogħla minn 5 % fil-kapital tal-kumpannija sussidjarja li tkun residenti matul perijodu mhux interrott għal mhux inqas minn sena. Id-dividendi li jkollhom ir-rekwiżiti kollha sabiex tkun applikabbli din is-sistema jiġu eżenti mit-taxxa mħallsa minn ras il-għajn.

Fir-rigward tal-kumpanniji parenti li mhumiex residenti fi Spanja, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni, jeħtieġ li jkollhom sehem ta' 20 %, li jitnaqqas għal 15 % mill-1 ta' Jannar 2007 u għal 10 % mill-1 ta' Jannar 2009. B'hekk, b'differenza mil-kumpanniji parent residenti fi Spanja, il-kumpanniji parent ta' Stati Membri oħra tal-Komunità Ewropea u ta' Stati Membri tal-Ftehim dwar iż-ŻEE li għandhom sehem fil-kapital ugwali għal jew ogħla minn 5 % iżda inqas mil-limiti msemmija għandhom iħallsu t-taxxa fuq id-dividiendi mħallsa mill-kumpannija sussidjarja.

Il-Kummissjoni tqis li d-differenza fit-trattament stabbilita mil-leġiżlazzjoni Spanjola, li timponi rekwiżit ta' sehem fil-kapital ogħla fuq il-kumpannji parent li mhumiex residenti meta pparagunati ma' dawk residenti sabiex jiġu eżenti mill-ħlas tat-taxxa tad-dividendi mqassma mill-kumpannji sussidjarji residenti fit-territorju Spanjol tikkostitwixxi diskriminazzjoni li tikser l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE. Il-Kummissjoni ma ssib ebda ġustifikazzjoni għal din it-taxxa addizzjonali fuq il-kumpanniji parent ta' Stati Membri oħra u ta' Stati Membri tal-Ftehim ŻEE.