Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil (Franza) fl-4 ta’ Lulju 2011 — Santander Asset Management SGIIC SA, f’isem FIM Santander Top 25 Euro Fi vs Direction des résidents à l’étranger et des services généraux

(Kawża C-338/11)

2011/C 269/64

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Santander Asset Management SGIIC SA, f’isem FIM Santander Top 25 Euro Fi

Konvenut: Directeur des résidents à l’étranger et des services généraux

Domandi preliminari

(1)

Is-sitwazzjoni tad-detenturi ta’ azzjonijiet għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, flimkien ma’ dik tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)?

(2)

F’dan il-każ, liema huma l-kundizzjonijiet li taħthom it-taxxa f’ras il-għajn ikkontestata tista’ titqies bħala li hija konformi mal-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital?