Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

14.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 433/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-22 ta’ Settembru 2020 – Real Vida Seguros SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-449/20)

(2020/C 433/30)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Real Vida Seguros SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

Il-fatt li, skont l-Artikoli 31 u 2 tal-Estatuto dos Beneficios Fiscais (l-Istatut dwar il-Benefiċċji Fiskali) u għall-iskopijiet tal-imposto sobre as pessoas colectivas (it-Taxxa fuq il-Persuni Kollettivi) (IRC) imposta fuq ir-rikorrenti għas-snin 1999 u 2000, id-dividendi miksuba mill-boroż ta’ skambju nazzjonali (Portugiżi) huma taxxabbli bil-50 % u minn dan it-tnaqqis huma esklużi d-dividendi rċevuti f’boroż oħra ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, jikser il-moviment liberu tal-kapital imsemmi fl-Artikoli 63 et seq. TFUE?