Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) fit-3 ta' Ottubru 2008 — Haribo Lakritzen Hans Riegel BetriebsgmbH vs Finanzamt Linz

(Kawża C-436/08)

(2009/C 19/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Haribo Lakritzen Hans Riegel BetriebsgmbH

Konvenut: Finanzamt Linz

Domandi preliminari

1.

Id-dritt Komunitarju jipprekludi li awtorità nazzjonali, sabiex tevita li tiddiskrimina kontra holdings f'kumpanniji barranin li, skont il-formulazzjoni tal-leġiżlazzjoni u b'differenza minn holdings f'kumpanniji domestiċi, huma eżenti mit-taxxa biss jekk id-daqs tal-holding ikun ta' 25 % jew iktar (skont il-leġiżlazzjoni preżenti 10 %), tapplika l-metodu ta' imputazzjoni peress li skont deċiżjoni tal-Verwaltungsgerichtshof Awstrijaka (il-Qorti amministrattiva) dan ir-riżultat huwa dak li joqrob l-iżjed lejn l-intenzjoni (ipotetika) tal-leġiżlatur, filwaqt li, jekk l-iskala minima diskriminatorja ta' 25 % (10 %) fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji barranin sempliċement ma tiġix applikata, dan iwassal għal eżenzjoni mit-taxxa?

2.

Id-dritt Komunitarju jipprekludi li tiġi applikata eżenzjoni ġenerali fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji domestiċi filwaqt li jiġi applikat il-metodu ta' imputazzjoni fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji barranin ta' inqas minn 25 % (10 %) u filwaqt li għall-azzjonisti jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li jipproduċu l-prova tat-taxxa (fuq il-kumpanniji) imħallsa preċedentement barra mill-pajjiż; jew

l-għoti ta' eżenzjoni fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji domestiċi ta' inqas minn 25 % (10 %) filwaqt li jkun il-metodu ta' imputazzjoni li jiġi applikat fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji barranin ta' inqas minn 25 % (10 %) u filwaqt li għall-azzjonisti jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li jipproduċu l-prova mitluba minnhom; jew

li tiġi applikata eżenzjoni ġenerali fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji domestiċi, bl-istess mod bħalma tiġi applikata fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji barranin ta' 25 % (10 %) jew iktar, filwaqt li l-metodu ta' imputazzjoni jiġi applikat fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji barranin ta' inqas minn 25 % (10 %) u filwaqt li għall-azzjonisti jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li jipproduċu l-prova mitluba minnhom?

2.1

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv, id-dritt Komunitarju jipprekludi l-impożizzjoni fuq il-persuna taxxabbli, sabiex tiġi eżentata minn taxxa doppja ekonomika, tal-oneru tal-prova tat-taxxa (fuq il-kumpanniji) imħallsa preċedentement barra mill-pajjiż filwaqt li għall-persuna taxxabbli jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li tipproduċi din il-prova u filwaqt li din tista' tiġi prodotta mill-awtorità b'applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-assistenza reċiproka?

3.

Id-dritt Komunitarju jipprekludi dispożizzjoni li tipprovdi li l-metodu ta' imputazzjoni għandu japplika fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji ta' pajjiżi terzi ta' inqas minn 25 % (10 %) li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-libertà ta' moviment tal-kapital filwaqt li jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li tiġi prodotta l-prova tat-taxxa (fuq il-kumpanniji) imħallsa preċedentement barra mill-pajjiż, minħabba d-daqs relattivament żgħir tal-holdings, u filwaqt li hemm dispożizzjoni li tawtorizza l-applikazzjoni tal-metodu ta' imputazzjoni fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji domestiċi b'mod ġenerali, jiġifieri indipendentement mid-daqs tal-holdings, b'tali mod li għalhekk huwa possibbli li tiġi evitata taxxa ekonomika doppja?

3.1

Jekk ir-risposta li tingħata għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv, id-dritt Komunitarju jipprekludi r-rifjut tal-eżenzjoni tad-dħul minn holdings f'kumpanniji ta' pajjiż terz fil-każ fejn id-daqs tal-holding ikun inqas minn 25 % (10 %) filwaqt li l-eżenzjoni tad-dħul minn holdings ta' iktar minn 25 % (10 %) mhijiex suġġetta għal kundizzjonijiet partikolari li l-osservanza tagħhom tista' tiġi eżaminata biss permezz ta' informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat iżda tingħata, f'dawn il-każijiet, mingħajr kundizzjonijiet addizzjonali?

3.2

Jekk ir-risposta li tingħata għat-tielet domanda tkun fin-negattiv, id-dritt Komunitarju jipprekludi l-esklużjoni ta' imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji barra mill-pajjiż fir-rigward ta' dħul minn holdings f'kumpanniji ta' pajjiżi terzi fil-każ fejn id-daqs tal-holding ikun inqas minn 25 % (10 %) filwaqt li l-eżenzjoni mit-taxxa għad-dħul ta' holdings ta' iktar minn 25 % (10 %) mhijiex suġġetta għal kundizzjonijiet partikolari li l-osservanza tagħhom tista' tiġi eżaminata biss permezz ta' informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat iżda tingħata, f'dawn il-każijiet, mingħajr kundizzjonijiet addizzjonali?